X'INHU T-TALB? L-ESPERJENZA TIEGĦEK
Waqt irtir għall-istaff tal-Kurja f樽alta, 15/02/2013.
X段nhu t-Talb - l-esperjenza tiegħek Xinhu t-talb? Ġejna mitluba nwieġbu għal din il-mistoqsija ferm qasira li għaliha nistgħu nagħtu tweġiba qasira wkoll. Quddiemi għandi lil Eċċ. Tiegħu Mons Arċ Pawlu Cremona, lil l-Isqof Awżiljarju Mons Charles Scicluna, tant saċerdoti u intom ilkoll. U jiena ċerta li lkoll tafu twieġbu għal din il-mistoqsija intom stess. Dak li se naqsam magħkom hi riflessjoni personali, sempliċi u fqira, u xi whud minnkom kellkhom studju tajjeb u aktar dettaljat, barra milli għandkom ukoll esperjenza personali u aktar profonda. Jien tlabt biex il-Mulej jurini u jgħdili x男ixtieqni naqsam magħkom u nitlob issa jkollkom il-grazzja tieħdu paċenzja bija.
Nibda biex ngħid li t-talb dejjem isir bejn tnejn, allura t-talb huwa djalogu bejn xi ħadd u xi ħadd ieħor, relazzjoni li tressaq 値 wieħed u 値 ieħor flimkien. Mela tnejn qegħdin jiddeċiedu li jiltaqgħu flimkien u hekk jgħaddu l-ħin flimkien jitkellmu u jisimgħu lil xulxin. Bażikament dan kollox imma importanti ħafna li mill-bidu tkun ċara f知oħna u qalbna.
Il-bniedem minn natura tiegħu huwa esseri reliġjuz. Nikkwota mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika: < Ix-xewqa ta� Alla hi mnaqqxa f智alb il-bniedem, għaliex il-bniedem inħalaq minn Alla u għal Alla; Alla ma jieqaf qatt jiġbed il-bniedem lejh u f但lla biss il-bniedem isib il-verita� u l-hena li qatt ma jieqaf ifittex. (27) > Mill-kultura antika Eġizzjana waslet din it-talba. Raġel għama jitlob lid-divinita jagħtih id-dawl biex jara. Dan ir-raġel jitlob hekk: 轍albi tixtieq tarak ... Int li għamiltni nara ddlam, oħloq id-dawl għalija sabiex nkun nista� narak. Mejjel fuqi l-wiċċ għażiż tiegħek�. Li nkun nista� narak, din hi l-qalba tat-talb!
Fl-udjenza ġenerali ta� nhar t脱rbgħa, meta l-Papa Benedittu beda l-katekezi dwar it-talb qalilna hekk: < Fil-ġewwieni tal-bniedem hemm għatx għal Infinit, għal dak li ma jispiċċax, għandu nostalġija għal eternita�, ifittex il-ġmiel, jixxennaq għal imħabba, jħoss il-bżonn tad-dawl u l-verita� li jressquh lejn Alla, l-Assolut. Il-bniedem iġorr ġewwa fih innifsu xewqa għal Alla, li jara lil Alla, u b遅i mod jaf li hu jista� jitkellem ma� Alla, li jista� jitlob lilU. San Tumas t但quino, teologu kbir dumnikan, jiddefinixxi t-talb bħala 斗-espressjoni tax-xewqa tal-bniedem għal Alla.� Iġifieri permezz tat-talb il-bniedem juri li jixtieq lil Alla, jixtieq dak li hu ta� Alla f�ħajtu. Din l-attrazzjoni lejn Alla, li Alla nnifsu poġġa fil-bniedem, hija r-ruħ tat-talb, ħafna drabi mgħottija taħt diversi forom skont listorja, ż-żmien, il-mument, il-grazzja u wkoll skont id-dnub ta� kull min jitlob. It-talb mhux marbut ma xi kuntest partikolari, imma jinsab imnaqqax fil-qalb ta� kull bniedem u kull ċivilizzazjoni. It-talb għandu ċ-ċentru fil-qalb tal-bniedem u hemm iniżżel l-għeruq. L-esperjenza tat-talb hija sfida għal kulħadd, hija grazzja li rridu nitolbu, rigal mingħand dak li lilu nkellmu. > It-talb li huwa l-ftuħ talqalb għal Alla, jsir relazzjoni personali Miegħu.
L-inizzjattiva ġejja minn Alla. Jgħidilna l-K tal-K K (2567): < Kien Alla li l-ewwel sejjaħ lill-bniedem. Ukoll jekk il-bniedem jinsa l-Ħallieq tiegħu, imur jinħeba 値 bogħod minn wiċċu, ifittex l-allat foloz tiegħu u jixli lil Alla li abbandunah, iżda Alla ħaj u veru ma jieqaf qatt isejjaħ kull persuna biex tiltaqa� b知od misterjuz miegħu fit-talb. Dan il-pass ta� l-imħabba ta� Alla, fidil għall-Patt tiegħu dejjem jiġi l-ewwel fit-talb, il-pass li jagħmel il-bniedem hu dejjem tweġiba. Aktar ma Alla juri lilu nnifsu lill-bniedem u juri lill-bniedem x段nhu fih innifsu, aktar jidher it-talb bħala sejħa wieħed lil ieħor, ... Permezz tal-kliem u ta� l-għemil, dil-ġrajja timpenja l-qalb. >
Minn dan kollu qegħdin nifhmu li Alla meta ħalaqna naqqax fi qlubna xewqa għaliH, ġibda rresistibbli li nersqu lejH, il-bżonn li jkollna relazzjoni Miegħu li nagħmluha Miegħu. L-inizzjattiva dejjem tiġi minn Alla; Hu bħalli kieku dejjem qiegħed jitfa� l-għalf, l-ikel biex aħna nitħajjru. Ittweġiba tagħna hi risposta li Hu jistenna minna. Aktar ma nagħmluha Miegħu permezz tat-talb u fit-talb, aktar insiru nafu aħna minn aħna u x段nhu Alla fl-istorja personali tagħna u wkoll l-istorja inġenerali.
Imma x段nhu t-talb? It-talb huwa tqanqila li tħoss ġewwa qalbek b遅i kelma li tisma�, li taqra. Hija xewqa rresistibbli li tiġbdek lejn dak ix-Xiħadd li ħriġt mill-ġewwieni Tiegħu. Hekk kif il-bniedem ma jgħaddix mingħajr l-ikel u x-xorb, mingħajr l-arja, mingħajr il-mistrieħ, l-istess ukoll ir-ruħ u qalb il-bniedem ma tistax tgħix, ma ssibx il-kobor tagħha jekk ma tkunx f但lla u tirrelata Miegħu.
鏑ilek biss inħobb, Mulej, ... Lilek biss irrid infittex.
Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistrieħux.
Fik biss tinsab il-hena u l-mistrieħ tagħna.
Int għamiltna għalik, o Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet jekk ma tistrieħx fik.�
Hekk talab l-għaref Santu Wistin - dak li għadda żgħożitu jiġri wara dak li d-dinja ta� żmienu kienet toffrilu. Ħaseb li l-għerf u l-ġmiel se jimlewlu qalbu. Hemm fittex lil Alla. Ħaseb li Alla jinsab fil-għerf u l-argumenti ta� għorrief oħra. Imma fl-aħħar kif jistqarr hu stess, Alla faqalu lwidnejn torox tiegħu, beda jisimgħu jsejjaħlu u jgħajjatlu u fil-fond ta� qalbu sab lil Dak li qalbu kienet imxenqa għalih.
Nagħti eżempju ieħor. Niftakar meta kont tfal kont noqgħod nilgħab viċin ħuti akbar minni. Darba lil oħti waqgħettilha l-kaxxa tal-labar tar-ras. Qaltli, 典oqgħodx tiġborhom waħda, waħda, imma mur ġib il-kalamita.� Dak in-nhar skoprejt il-kalamita. Permezz tal-kalamita f智asir żmien irnexxieli niġbor l-labar. Għax bħalma tafu, l-kalamita tattratta, tiġbed lejha, tiġbor metal ieħor. Alla mall-bniedem għandu din l-attrazzjoni bħal ta kalamita u aktar. Minħabba li l-bniedem ġie maħluq minn Alla, kien maħsub f智albU, ġie msawwar minn idejH, allura tiġi waħedha li bilfors ninġibdu lejH, aħna minn aħna, nagħmlu x地agħmlu. 溺ulej, int tgħarbilni u tagħrafni ... Int sawwart il-ġewwieni tiegħi, u f�ġuf ommi int insiġtni.� jikteb is-salmista f�(Salm 139). 適ienu jdejk li sawwruni u għamluni�, jgħid Ġob lil Alla. U meta jsejjaħ lill-profeta Ġeremija, Alla jgħidlu, 轍abel ma sawwartek fil-ġuf, għaraftek; qabel ma ħriġt minn ħdan ommok, ikkonsagrajtek.�
Din ir-rabta li hemm bejn Alla u l-bniedem hi daqshekk intima. Mhix rabta li tista� tara hekk b暖ħajnejnk jekk ma jkollokx id-dawl Tiegħu. Tarbija li tnislet u qegħda tikber f�ġuf ommha, hi ħaġa waħda magħha; kemm minħabba li ġuf l弛mm hu l-ispazju tagħha - s-sigurta tagħha, l-ħajja tagħha u wkoll minħabba rabta li torbothom flimkien, il-kurdun. Meta titwieled il-kurdun jinqata�, mifruda minn ommha, mitfuha fi spazju akbar. Donnu ma� Alla, l-kurdun qatt ma jinqata għax dejjem nibqgħu l-għożża ta� qalbu. 典ista� mara tinsa� it-tarbija tagħha u ma tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa�, jien ma ninsik qatt!� (Is. 49; 15)鏑a tibżax, għax jiena miegħek.�(Is. 43; 5)
S段ssa rajna kif it-talb huwa fenominu universali li għalkemm għandu forom differenti imma huwa preżenti f談ull bniedem, fil-kulturi kollha ta� kull żmien. L-istorja tibda bil-kelma. Bil-kelma ta� Alla sar kollox, il-kelma ta� Alla hi l-bidu ta� kollox. L-inizzjattiva tiġi dejjem minn naħa ta� Alla u tiġi bilkelma Tiegħu. L-ewwel jitkellem hu � 妬l-Mulej qal� (Ġen 1; 3) u tibda l-istorja. Il-Bibbja li hi l-Kelma ta� Alla tippreżenta l-istorja bħala effett tal-kelma ta� Alla u bħala proċess u żvilupp tagħha. Alla tkellem u kollox sar. Tkellem u għadu jitkellem. Il-Bibbja hi l-kelma t但lla miktuba, allura fil-Bibbja niltaqgħu ma� Alla nisimgħu l-kelma t但lla li tkellimna, li tibda djalogu magħna, li jrid jaqsam magħna dak li Hu Tiegħu. Il-Kelma t但lla għandha fiha nfisha l-qawwa li tagħmel żgur dak li tgħid. Hi kelma li ma tistax tiġi nieqsa jew tisfa fix-xejn. Fil-Bibbja l-qawwa tal-Kelma t但lla tidher b断iguri ħajjin - il-profeti u l-kitbiet tagħhom.
Meta jitkellem, Alla jirrevela: L-istorja tar-rivelazzjoni tibda bil-kelma, tinħadem bil-kelma u tintemm fil-kelma, f�Ġesu Kristu, l-Kelma inkarnata t但lla. Din il-kelma fil-kotba tat-TQ tiddomina mill-bidu sa l-aħħar sa ma tasal għall-milja sħiħa tagħha fit-TĠ. Fit-TĠ il-kelma ta� Alla ssir ilkelma ta� Ġesu Kristu, l-Evanġelju ta� Ġesu Kristu - aħbar it-tajba t但lla, hu ssa l-kelma t但lla. Din il-kelma li tqegħdna f談untatt ma� Alla nnifsu, dak Alla li bħalma diġa rajna, kontinwament jixtieq jurina lilu nnifsu, jixħet fuqna d-dawl tiegħu, jidħol f池elazzjoni magħna biex nitkellmu flimkien bħalma żewġ t段ħbieb jitkellmu flimkien, bħalma missier jitkellem ma� ibnu.
Allura l-Bibbja hi l-ktieb tat-talb, għax hi tlaqqana ma� Alla. Il-bniedem jitlob meta jiltaqa� ma� Alla u jitkellem miegħu. Dan hu t-talb � djalogu bejn Alla u l-bniedem. U l-Bibbja turina dan bil-ħafna eżempji ta� talb li tagħtina. F壇an it-talb naraw l-elementi li jiffurmaw it-talb jew jagħmlu parti minnu; tifħir lil Alla għall-ħsieb tal-kobor tiegħu, ta� radd il-ħajr għat-tjieba tiegħu, ta� ndiema għallħtijiet tal-poplu, ta� talb bil-fiduċja kbira f但lla, talb ta� interċessjoni ta� dawk li jitolbu għal oħrajn, ta� lmenti. Imbagħad il-ktieb tas-salmi hu l-ktieb tat-talb per eċċellenza. Hekk kien għall-poplu t但lla fit-TQ, u hekk għadu għall-poplu t但lla fit-TĠ. Il-Lhud isejħulu 徒tieb it-tifħir�. Hu ktieb li fih kull xorta ta� talb u jfisser is-sentimenti kollha tal-bniedem quddiem Alla. Is-salmi jgħallmuna nqiegħdu kull tama tagħna f但lla; 的ttamajt b稚ama qawwija fil-Mulej, u niżel ħdejja u sama� l-għajta tiegħi.� (S 40; 2)
Biex nifhmu aħjar x段nhu t-talb tajjeb inħarsu lejn Ġesu bl-għajnuna tax-xhieda tiegħu fl-Evanġelju. Nersqu lejH qisna resqin lejn l-għollieq jaqbad, nikkontemplawH qiegħed jitlob, imbagħad nisimgħuH jgħallimna nitolbu biex hekk nifmu kif Hu se jisma t-talb tagħna.
- Ġesu tgħallem jitlob skont il-qalb tiegħu ta� bniedem. Tgħallem mingħand ommu, dik li kienet toqgħod taħseb fuq l-għemejjel kbar tas-Setgħani. Tgħallem jitlob bil-kliem u rritmu ta� ġensu.
- Ġesu talab qabel mumenti deċissivi tal-missjoni tieghu. Talab qabel għażel l-appostli, qabel waqqaf l-Ewkaristija u s-saċerdozju, talab qabel il-passjoni fil-ġnien tal-Ġetsemani, matul il-passjoni, fuq is-salib.
泥arba Ġesu kien qiegħed jitlob x段mkien. Meta spiċċa mit-talb wieħed mid-dixxipli tieghu qallu, 閃għallem, għallimna nitolbu.樗 (Lq 11; 1) Tgħid ma kienetx id-dehra ta� l-imgħallem jitlob, li wasslet lil dan id-dixxiplu ta� Kristu biex ikollu x-xewqa li jitlob? Nidħlu aħna wkoll f壇in l-iskola tattalb, nitgħallmu mill-Imgħallem tat-talb stess. It-talb ta� Ġesu hu kollu kemm hu rabta sħiħa kollha mħabba tal-qalb tiegħu ta� bniedem, mall-misteru tar-rieda tal-Missier. Għax, 的lbniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, imma b談ull kelma li toħroġ minn fomm Alla�, u 鏑-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta� dak li bagħtni�. L-ubbidjenza tagħna lejn Alla u dak kollu li jitlob minna, lejn is-superjuri bħala r-rapreżentanti Tiegħu, lejn l-aħwa, għax 電ak li għamiltu ma� l-iċken wieħed fost dawn ħuti għamiltuh miegħi�, turi li aħna dixxipli vera Tiegħu, li aħna qegħdin nixorbu mill-ispirtu tat-tagħlim tiegħu, li aħna ħaġa waħda f壇ak li hu tal-Missier.
Fit-talb tagħna aħna nersqu lejn Alla; dan huwa mument qaddis għax aħna niltaqgħu ma� Dak li hu waħdu Hu Qaddis. Nersaq b置milta�. L-umilta� hija dik id-dispozizzjoni tal-qalb li tagħraf irrejalta tax-xejn tagħha, aktar w誕ktar quddiem il-Ħallieq tagħha; Nersaq f誕tt ta� adorazzjoni għax ninsab quddiem Dak li ħalaqni. L-adorazzjoni hija l-qagħda ta� l-ispirtu li jinxteħet fl-art quddiem is- 鉄ultan tal-glorja� u skiet kollu rispett quddiem Alla li hu dejjem akbar minna. Fis-salm 24 issalmista jurina kif għandha tkun id-dizpozizzjoni tagħna meta nersqu quddiem il-Mulej, is-Sultan tal-glorja;
Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha,
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Min jista� jitla� fuq l-għolja tal-Mulej;
min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa
u anqas jaħlef bil-qerq
Dan ikollu barka mingħand il-Mulej.
Imma nersaq b断iduċja ta� iben/bint għax dan l-istess Alla huwa Missier. Ibnu Ġesu uriena u qalilna min hu �Ħadd ma jagħraf lill-Missier, ħlief l-Iben u dak li hu jrid jgħarrafulu�. U l-Ispirtu tiegħu li ġie jgħammar fija jqanqalni biex insejjaħlu 鄭bba, papa樗. Ma nibżax noffrilu ttifħir, radd ta� ħajr, qima, imma noffrilu wkoll qalbi. Hu li jnaddafha u jeħlisha mid-dnub, nitolbu jimliha bir-rigal tiegħu � bl-imħabba, biH innifsu. Permezz tat-talb issir taf aktar lil Alla u aktar ma ssir tafu aktar tieħu gost tkun Miegħu, aktar tistinka, tħabrek biex togħġob lilU. Hu stess inaqqax ix-xbieha tiegħu fik, għax huwa nar li jsaffi d-deheb u aħna għeżeż aktar mid-deheb.
Il-qaddisin għixu bit-talb u ħeġġew oħrajn biex jitolbu. Għax it-talb huwa mogħdija, triq lejn Alla. Imma xi drabi it-talb jista� jkun lotta, taqbida miegħek innifsek u x-xjaten li hemm ġo fik. U għalhekk li bit-talb naqilgħu l-umilta�, s-sabar u kull rigal tajjeb li Alla biss jaf jagħti. Fit-talb tiskopri l-kobor ta� Alla: San Franġisk beka bil-kbir meta għaraf kemm Alla huwa Mħabba u għal ħin twil ma setax jieqaf milli jtenni: 徹 Mħabba mhix maħbuba� u jxerred id-dmugħ bi qsim il-qalb għal ingratitudni tiegħu u tal-bnedmin.
Titlob bla heda � titlob bla waqfien. It-talb jista� jokkupana kullimkien u kull ħin � ma tridx toqgħod tistenna li tkun fil-knisja jew fil-kor biex tibda titlob, għax jekk tidħol fil-kamra ta� ġewwa, ġo qalbek, hemm tista� toqgħod titkellem ma� Dak li qalbek tħobb. Kull nifs, kull taħbita tal-qalb nistgħu nagħmluha talba. Il-għan tat-talb huwa li jokkupa r-ruħ b知od sħiħ fi ħwejjeġ tas-sema, biex hekk jilħqu l-milja fi żwieġ/għaqda sħiħa, tal-moħħ ma� Alla, hekk li ssir spirtu wieħed Miegħu. 溺in jingħaqad mall-Mulej hu ruħ waħda Miegħu.� (1 Kor 6; 17) Santa Klara għaddiet 42 sena tħares lejH, tiffissa l-ħarsa tagħha fuq il-Mulej, tikkontempla l-ġmiel Tiegħu f壇ik l置milta� u l-faqar talmaxtura, qalb il-folol fit-toroq tal-Galilija, torturat u mbiċċer hekk li ma tarafx is-sura Tiegħu u mejjet fuq is-salib, imma fl-aħħar rebbieħ u glorjuz fil-qsim tal-ħobz.
Min jitlob fl-ispirtu u l-verita� ma jkunx qiegħed jiddependi fuq ħlejjaq maħluqa meta iqim lill-Ħallieq, imma jfaħħru għal li Hu u għaliH innifsu. L-istedina ta� San Pawl lit-Tessalonkin nilqgħuha u ngħamluha tagħna llum, issa; 的firħu dejjem, itolbu bla heda, iżżu ħajr 値 Alla f談ollox. Dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesu, xxekklux l-Ispirtu, tmaqdrux il-profezija.
Ħa nagħmlu bħal Verġni Marija meta laqgħet u ħarset il-kelma ta� Ġesu, sabiex ngħarfu fiH il-Mulej tal-ħajja tagħna. Marija li kienet tisma� l-kelma, tgħozza f智albha u toqgħod taħseb fuqha. Marija, dik l-art tajba u fertili li trodd il-frott mija bil-mija. Marija li fiha l-kelma ħadet il-ħajja u tagħtilna; Marija l-mara li tinterċedi għalina quddiem Alla. Marija l-mara li tibqa� wieqfa, li tgħidilna u turina x暖ħandna nagħmlu, - 鄭għmlu dak li jgħidilkom Hu�. Ammen.