QADDISIN GĦAL MARZU

 

 

4 TA’ MARZU

 

SAN KAŻIMIRU

Prinċep:  1458 – 1484

 

San Każimiru twieled fit-3 ta’ Ottubru, 1458, fil-palazz rjali ta’ Krakow, il-Polonja.  Kien it-tielest fost it-tlettax-il wild tar-Re Każimiru IV tal-Polonja, u ta’ Eliżabetta, prinċipessa ta’ l-Awstrija.

 

Sa minn tfulitu kien reliġjuż, u għal xi żmien, kien jieħ d-direzzjoni spiritwali tiegħu mingħand il-kanonku Ġwann Dlugosz, bniedem ta’ spiritwalita’ kbira.

 

Kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna, u kien jgħidilha kuljum italba ”Omni die die Mariae” (Kuljum, kuljum, għanni lil Marija), ta’ San Anselmu, u xtaq li meta jmut kopja ta’ din it-talba tindifen miegħu.

 

Kien jgħix ħajja semplici u mingħajr privileġġi li kellu bħala Prinċep.  Anzi kien juża flusu u l-influwenza tiegħu biex jgħin lill-foqra.

 

Fl-1471, meta lanqas biss kellu ħmistax-il sena , missieru bagħtu jmexxi l-armata, u jinvadi l-Ungerija biex ineħħi lir-Re Matthias Covinus mis-setgħa, u jilħaq u floku.  Iżda meta għaraf li kien ser iwettaq inġustizzja, malajr abbanduna dan il-pjan.  Biex ma jżidx is-sens ta’ telfa f’missieru, mar irtira għal tliet xhur fil-kastell ta’ Dobzki.

 

Mill-1479 sa l-1483, San Każimiru ggverna l-Polonja flok missieru li kien mar il-Litwanja.  Il-Pollakki kienu jaraw fih raġel twajjeb u rett, u kienu jħobbuh ħafna.

 

Meta missieru ried iżewwġu lit-tifla ta’ l-Imperatur Federiku, ma riedx.  Kien ilu li għamel il-vot taċ-ċelebat.

 

Miet tiżiku. Fl-eta ta’ ħamsa u għoxrin sena, fl-4 ta’ Marzu 1484.

 

Huwa l-Patrun tal-Polonja.

 

Ħsieb

Xejn ma jagħmilna unur ikbar, daqs dak li nunuraw lil Ġesù Kristu fil-persuna tal-fqar.  Irrid inwarrab kull glorja biex inservi l-ifqar fost il-fqar.             (San Każimiru)

 

 

 

 

 

 

7 TA’ MARZU

 

SANTA PERPETWA U SANTA FELIĊITA

Martri:  ? – 203

 

Santa Perpetwa kienet mara sinjura, edukata fl-aħjar skejjel, żagħżugħa ta’ 22 sena, miżżewġa u kellha tarbija.  Kienet mill-belt ta’ Thuburbo, ftit l-isfel minn Kartaġni, fl-Afrika ta’ Fuq (illum it-Tuneżija).

 

 

Santa Feliċita kienet ilsira, seftura ta’ Perpetwa, u kienet qed tistenna tarbija, li fil-fatt welditha meta kienet il-ħabs, ftit ġranet qabel mietet.

 

 

 

It-tnejn kienu qed iħejju ruħhom biex jitgħammdu, meta fil-persukuzzjoni ta’ Settimu Severu, ġew arrrestati u mitfugħin il-ħabs, flimkien ma’ l-ilsiera Revokatu, Saturninu u Sekundulu, u wara wkoll il-Katekist Saturu.

 

Missier Perpetwa riedha tiċħad il-Fidi biex issalva ħajjitha.  Darba minnhom urietu vażett u qaltlu: “Missier, qed tara dan il-vażett?  Jista’ dan ikun xi ħaġa oħra?  Lanqas jien ma nista’ nkun ħaġa oħra għajr isranija”.

 

Perpetwa u Feliċita kienu kkundannati għall-mewt, biex jittieklu mill-annimali selvaġġi fl-anfiteatru.  It-trabi tagħhom ittieħdu u trabbew mill-Insara.

 

Billi l-annimali selvaġġi ma messewhomx, ġew maqtula bix-xabla mill-gladjaturi, fis-7 ta’ Marzu 203.

 

Isimhom insibuh fir-Raba’ Talba Ewkaristika tal-Quddiesa.

 

Ħsieb

”Ibqgħu qawwija fil-fidi, u ħobbu lil xulxin.  Tħallux is-sofferenzi jaqtgħulkom qalbkom.”  Santa Perpetwa qalet dan il-kliem lil xi Nsara li rat meta kienet fl-arena).

 

 

 

 

 

 

 

8 TA’ MARZU

 

 

SAN ĠWANN TA’ ALLA

Reliġjuż:  1495 – 1550

 

San Ġwann twieled f’Montemor, il-Portugal, fl-1495, minn ġenituri fqar iżda nsara tajbin.

 

Żogħżitu għaddieha fi Spanja, ma’ ragħaj sinjur, u kien sejjer tajjeb ħafna miegħu, sakemm dan ried iżewġu lil bintu.  Billi San Ġwann ma riedx jiżżewweġ telaq, u daħal suldat.

 

Ħa sehem fil-gwerra kontraq Franza, u fl-Ungerija kontra t-Torok, fiż-żmien li Karlu V kien Re ta’ Spanja.  Il-kumpanija ħażina nissietu l-prattika tar-Reliġjon u ttraskuraha bis-sħiħ.

 

Fl-1536, ħareġ minn suldat, u sab jaħdem bħala ragħaj.  Bil-mod beda jbiddel ħajtu.  Wasal biex iddeċieda li jmur l-Afrika biex jeħles l-ilsiera ħalli jpatti għal dnubietu.  Issa kellu 40 sena.

 

Mill-Afrika mar Ġibilta’.  Fl-1538, kien fi Granada, Spanja, fejn fetaħ ħanut u beda jbigħ kotba, santi, inkwatri tal-qaddisin u affarijiet reliġjużi.

 

Ġurnata waħda, sama’ priedka mingħand il-Beatu Ġwanni ta’ Avila, u tant laqtitu li ta kull ma kellu lill-foqra, u beda jibki dnubietu pubblikament fit-toroq.  Spiċċa biex daħħluh għal żmien qasir bħala pazjent fi sptar tal-moħħ.

 

Fl-1540, kera dar u beda jżomm fiha nies morda li kienu fqar.  Kien jieħu ħsiebhom kollox waħdu.  Ien idur bihom, u fl-istess waqt kien isib il-ħin biex ibigħ l-injam u xi affarijiet oħra biex jaqla’ l-għixien tiegħu ta’ kuljum.

 

F’qasir żmien, l-għajnuna mingħand il-qassisin, tobba u bosta oħrajn bdiet ġejja qatigħ.

 

Tnejn minn dawk li offrew lilhom infushom biex jgħinu lil San Ġwann, kienu għedewwa ta’ xulxin, għamlu paċi, u saru l-qalba ta’ l-Ordni ”Fratelli Ospidalieri ta’ San Ġwann ta’ Alla”, li twaqqaf għoxrin sena wara mewtu.

 

Miet waqt li kien jitlob fuq iekobbtejh fl-eta’ ta’ 55 sena, fit-8 ta’ Marzu, 1550.

 

Il-Papa Ljun XIII ħatru Patrun ta’ l-Isptarijiet u ta’ l-agunizzanti.

 

Ħsieb

X’qed nagħmel jien biex bħal San Ġwann ta’ Alla, nuri tjieba u ħniena ma’ min hu mġarrab mill-hemm tad-dinja?  Dak li nagħmlu ma’ l-oħrajn, Ġesù jqisu magħmul lilu nnifsu.

 

 

 

 

 

 

 

 

9 TA’ MARZU

 

SANTA FRANĠISKA RUMANA

Reliġjuża:  1384 – 1440

 

Santa Franġiska twieldet fl-1384, fi Trastevere f’Ruma, għand familja sinjura.

 

Kellha ħajra li ssir soru, iżda biex tobdi lill-ġenituri tagħha żżewġet ta’ tlettax-il sena lil Lorenzo Ponziano, nobbli Ruman.  Kien żwieġ feliċi li dam għal 40 sena, u kellhom żewġ subien u tifla.

 

Franġiska, li minn dejjem kellha x-xewqa li tgħin lill-foqra, iltaqgħet mal-mara ta’ ħu żewġha, Vannozza, li kellha l-istess ħajra, u flimkien, bil-barka ta’ żwieġhom, bdew ħidma għal dawk li kienu fil-bżonn.  Kienu ta’ għajnuna kbira għal dawk li ġew milquta mill-epidemija tal-pesta li xterdet f’Ruma.

 

Fl-1408, il-familja ta’ żewġha ġiet ippersegwitata u mfaqqra mit-truppi ta’ Ladislaw ta’ Napli li kien qed jappoġġa lill-Antipapa Ġwanni XXIII.

 

Fl-1410, Ladislaw raġa’ nvada Ruma, u mhux biss għamel straġi mill-propjeta’ tal-familja ta’ Ponzjano, imma saħansitra immaltratta lil Lorenzo li baqa’ jbati tul il-kumplament ta’ ħajtu.

 

Fl-1413, binha ż-żgħir miet kawża tal-pesta li kienet reġgħet ħakmet Ruma.  Ftit wara bintha mietet ukoll.

 

Fl-1414, binha l-kbir iżżewweġ, u l-mara li ħa kienet tiddisprezza lil Franġiska, iżda ma baqgħetx wara li mardet serjament u ġiet ikkurata minn Franġiska nnifisha.

 

Franġiska fetħet parti minn darha bħala sptar.  U fl-1426, billi xi nisa ngħaqdu magħha biex jgħinuha fix-xogħol li kienet qed tagħmel mal-morda, waqfet l-Oblati ta’ Marija, komunita’ għan-nisa li ma kienu marbuta bl-ebda voti ħlief li joffru ruħhom għas-servizz ta’ Alla u tal-foqra..

 

Franġiska ma kinetx tgħix fil-omunita’, iżda fid-dar tagħha ma’ żewġha.  Kienet tgħid: ”Il-mara miżżewġa għandha tħalli anki l-artal biex tħobb ’l Alla fil-qadi tad-dar.”

 

Meta żewġha miet, fl-1436, Franġiska daħlet fil-omunita’, u ma damitx ma ġiet eletta bħala s-Superjura.

 

F’hajjitha kellha ħafna rivelazzjonijiet u estasijiet.  Hi waħda mill-mistiċi kbar tas-seklu ħmistax.  Mietet fid-9 ta’ Marzu, 1440, fl-eta’ ta’ 56 sena.

 

Talba

Mulej Alla tagħna, agħmel li nibqgħu magħqudin miegħek, ikunu xi jkunu s-sitwazzjonijiet li nkunu ninsabu fihom, u jkun kemm ikun tqil il-hemm li minnu ngħaddu minn żmien għal żmien tul il-ħajja tagħna.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17 TA’ MARZU

 

SAN PATRIZJU

Isqof:  385 – 461

 

Id-data u l-post tat-twelid ta’ San Patrizju huma nċerti.  Twieled f’madwar is-sena 385, f’Dunbarton, l-Iskozja, jew f’Cumberland, l-Ingilterra.

Ġurnata waħda, meta kellu sittax-il sena, waqt li kien fir-razzett ta’ missieru, ġie maqbud u mbagħad mibjugħ bħala lsir fl-Irlanda.  Sitt snin wara ħarab, u raġa’ lura lejn id-dar.

 

Fil-kaptivita’ tiegħu fl-Irlanda rnexxielu jitgħallem tajjeb l-ilsien tal-pajjiż, u nissel xewqa kbira fih li jwassal il-fidi Nisranija lill-poplu Irlandiż.

 

Patrizju studja fil-Monasteru ta’ Lerins fi Franza, fis-snin 412 sa 415.  Għal ħmistax-il sena wara, kien f’Auxerre, fejn probabbilment kien ġie ordnat saċerdot fis-sena 417, minn San Amator.

 

Fis-sena 432, Patrizju ġie kkonsagrat Isqof, u ftit wara mar fit-tramuntana ta’ l-Irlanda fejn ġie milqugħ tajjeb mill-mexxejja Irlandiżi.  Ma damx ma beda jwaqqaf knejjes ma’ l-Irlanda kollha, u minkejja t-tfixkil qawwi li kienu jagħmlulu d-Druwidi (saċerdoti saħħara pagani), irnexxielu jagħmel ħafna konverżjonijiet.

 

Fis-sena 444, wara żjara li kien għamel f’Ruma, stabilixxa s-sede tiegħu fil-belt ta’ Armagh, li saret iċ-ċentru tal-ħidma tal-Knisja Kattolika fl-Irlanda.

 

San Patrizju miet fis-sena 461.  Hu l-Patrun ta’ l-Irlanda, u hu għalll-Irlandiżi bħalma San awl hu għall-Maltin.  Il-jum tal-festa tiegħu hu btala pubblika, u jinżamm hekk mhux biss fl-Irlanda, iżda kull fejn hemm komunitajiet Irlandiżi.

 

Talba

Mulej Alla li tista’ kollox, għaqqad u saħħaħ il-poplu Irlandiż fil-Fidi Nisranija, li għaliha San Patrizju ħadem b’ħeġġa l-iktar kbira.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18 TA’ MARZU

 

SAN ĊIRILLU TA’ ĠERUSALEMM

Isqof  u Duttur tal-Knisja:  315 – 386

 

San Ċirillu twieled fis-sena 315 minn ġenituri nsara, u ġie edukat f’Ġerusalemm.

 

Ġie ordnat saċerdot minn San Massimu, l-Isqof ta’ Ġerusalemm.  Kienet l-għaxqa tiegħu jgħallem u jipprepara l-katekumeni għall-magħmudija.

 

Meta San Massimu miet, Ċirillu laħaq floku fis-sena 349, fi żmien meta l-Knisja kellha tħabbat wiċċha bil-kbir ma’ l-ereżija ta’ Arju, li Ċirillu kkumbatta b’ħiltu kollha.

 

Fis-sena 357, ġie mkeċċi minn Ġerusalemm minn Akaċju, l-Arċisqof Metropolitan ta’ Ċesarija li kien Arjan, u mar f’Tarsus.  Iżda sentejn wara, il-Kunsill ta’ Selewkja ġabu lura f’Ġerusalemm.

 

Fis-sena 360, Akaċju reġa keċċieh bl-għajnuna ta’ l-Imperatur Kostanzu, iżda sena wara ġie msejjaħ lura mill-Imperatur Ġuljanu (li ‘l quddiem ġie msejjaħ l-“Apostata”), li kien laħaq flok Kostanzu.

 

San Ċirillu ra l-attentat ta’ Ġuljanu l-Apostata jisfaxxa fix-xejn meta bi sfida għall-kliem ta’ Ġesù ried jerġa’ jibni t-tempju ta’ Ġerusalemm.

 

Għat-tielet darba, Ċirillu ġie mkeċċi minn Ġerusalemm.  Din id-darba mill-Imperatur Arjan Valent fis-sena 367.  Ħdax-il sena wara, ġie msejjaħ lura mill-Imperatur Teodosju, fejn baqa’ sakemm miet fil-paċi, tmien snin wara, fit-18 ta’ Marzu 386.

 

Fis-sena 381, attenda l-Konċilju ta’ Kostantinopli, fejn aċċetta l-verżjoni sħiħa tal-Kredu ta’ Niċea.

 

Ħsieb

Fil- magħmudija tmut u titwieled fl-istess waqt.  L-ilma tas-salvazzjoni hu kemm il-qabar, u kemm l-omm.  ”Hemm żmien biex titwieled u żmien biex tmut” tgħid l-Iskrittura, iżda fil-magħmudija jiġri l-kuntrarju.  Iż-żmien li fih tmut hu ż-żmien li fih titwieled.        (San Ċirillu)

 

 

 

 

 

 

 

 

19 TA’ MARZU

 

SAN ĠUŻEPP

Ir-raġel tal-Verġni Mqaddsa Marija:  (L-Ewwel Seklu)

 

San Ġużepp, kien min-nisel tas-Sultan David, u kien daqxejn ta’ ħaddiem bis-sengħa ta’ mastrudaxxa, f’Nazaret.

 

Dan il-bniedem umli twajjeb u qaddis kellu responsabbilta’ mill-akbar fdata f’idejh, jew aħjar ġie mogħti lilu privileġġ uniku, dak li jieħu ħsieb il-Madonna u ’l Ġesù.

 

Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu.  Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust, ma riedx ixandarha quddiem kulħadd; għalhekk għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.  Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-ulej fil-ħolm u qallu:  ”Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu lil Marija b’martek, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.” (Mt. 1”18)

 

San Ġużepp assista lill-Madonna fit-twelid ta’ Binha.  Tmint ijiem wara, ħa ħsieb li t-Tifel ikun ċirkonċiż, u semmieh Ġesù kif kien amarlu l-anġlu.

 

Erbgħin jum wara t-twelid tat-Tarbija, mar fit-tempju ta’ Ġerusalemm flimkien mal-Madonna, biex jippreżentaw lit-Tarbija lil Alla, skond il-Liġi ta’ Mose’.

 

Xhur sew wara, fuq twissija mill-anġlu, ħa ’l Marija u ’l Ġesù u telaq bihom minn Betlem lejn l-Eġittu fejn baqa’ sakemm miet is-Sultan Erodi li ried joqtol lit-tarbija Ġesù.

 

Meta darba Ġesù, tifel ta’ tnax-il sena, intilef, San Ġużepp baqa’ ma’ Marija jfittxuh sakemm sabuh.

 

Bla dubju San Ġużepp miet qabel il-passjoni ta’ Ġesù, għax kieku Ġesù ma kienx ser jafda’ lil ommu f’idejn San Ġwann.

 

Id-devozzjoni lejn San Ġużepp bdiet fir-raba’ seklu mill-Insara Kopti fl-Eġittu.  Fl-1621, il-Papa Girgor XV għamel il-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu bl-obbligu tal-quddies.  Fl-1870, il-Papa Piju IX, ipproklamah Patrun tal-Knisja Universali, u fl-1955, il-Papa Piju XII iddikjarah Patrun tal-Ħaddiema (Ara San Ġużepp Ħaddiem – 1 ta’ Mejju).

 

Talba

B’Ferħ kbir rajt il-Feddej, mimdud f’maxtura, li kien imħabbar mill-profeti kollha, u l-ewwel wieħed kont li, flimkien m’ommu, inxtħett biex tqimu.     (Mill-innu ta’ Sbiħ il-Jum)

 

 

 

 

 

 

 

 

23 TA’ MARZU

 

SAN TURIBJU TA’ MONGROVEJO

Isqof :  1538 – 1606

 

San Turibju twieled f’Majorga, Spanja, fl-1538, minn familja nobbli, u kellu edukazzjoni soda.  Studja fl-Universita’ ta’ Salamanka, u baqa’ sakemm laħaq professur tal-liġi.

 

Fl-1575, ir-Re Filippu II, ħatru Prim Imħallef fil-qorti ta’ l-Inkwiżizzjoni ta’ Granada u Gran Inkwiżitur ta’ Spanja.

 

Fl-1580, meta l-Arċidjoċesi ta’ Lima sfat battala, ġie deċiż li Turibju li kien bniedem ta’ karattru sode u ta’ ħajja edifikanti, kien l-iktar persuna addattata biex timla l-post.  Għalhekk, għalkemm kien lajk, u kontra x-xewqa tiegħu, ġie magħżul biex ikun l-Arċisqof tad-djoċesi ta’ Lima li kienet tinfirex fuq medda ta’ 640 km fuq il-kosta tal-Peru li kien taħt il-ħakma ta’ l-Ispanjoli.  Hekk ġie ordnat saċerdot u kkonsagrat Isqof, u fl-1581 mar il-Peru u beda l-ħidma tiegħu ta’ Arċisqof ta’ Lima.

 

Sa mill-bidu nett, l-Arċisqof Turibju ikkonfronta lill-Ispanjoli li kienu qed jimmaqltrattaw lill-Peruvjani, u beda jaħdem bla serħan fost in-nies tiegħu li fil-maġġoranza tagħhom kienu foqra u għadhom lura.  Huwa tgħallem il-lingwa tagħhom, u beda jżur kull rokna tad-Djoċesi, jitkellem ma’ kullħadd, jikkonverti u jgħammed ħafna minnhom.

 

Fil-25 sena li dam Arċisqof, waqqaf ħafna knejjes, monasteri u sptarijiet, u fl-1591, bena l-ewwel Seminarju fil-kontinent Amerikan, f’Lima.

 

Jgħidu li San Turbiju għamel il-Griżma ta’ l-Isqof lil Santa Roża ta’ Lima, lil San Martin ta’ Porres, lil San Ġwann Massias u lil San Franġisk Solano.

 

Turibju baqa jaħdem sa mewtu li ġrat fit-23 ta’ Marzu 1606, f’Santa, Peru, fl-eta’ ta’ 68 sena.

 

Ħsieb

Iż-żmien mhux tagħna.  Għandna nagħtu kont tiegħu bir-reqqa.                               (San Turibju)

 

 

 

 

 

 

 

 

25 TA’ MARZU

 

IT-TĦABBIRA TAL-MULEJ

 

Disa’ xhur mil-lum ikun il-Milied.  F’dan il-jum, il-Knisja tfakkarna meta l-Mulej Alla permezz ta’ l-Arkanġlu Gabrijel stieden lill-Madonna biex issir Omm il-Messija, u hi aċċettat.  F’dak il-mument, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, tnissel fiha Ġesù.  Għalhekk nistgħu ngħidu li llum qed niċċelebraw żewġ festi; it-tħabbira tal-maternita’ tal-Madonna, u l-inkarnazzjoni ta’ l-Iben ta’ Alla.

 

Din il-ġrajja nsibuha rrakkontata tajjeb ferm fil-Vanġelu:  ”Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabriel f’belt tal-Galilija, jisimha Nażaret, għand xebba mgħarrsa ma raġel, jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija.  L-anġlu daħal għandha u qalilha: ”Ifraħ, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”  Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima.  Iżda l-anġlu qalilha:  ”Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla.  Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù.  Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli.  Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.”  Iżda Marija qalet lill-anġlu: ”Kif ikun dan, ladarba jiena verġni?”  Wieġeb l-anġlu u qalilha: ”L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dawl tagħha fuqek.  U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla.  Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.”   Imbagħad qalet Marija: ”Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek!”  U l-anġlu telaq minn quddiemha. (Lq. 1:26-38).

 

Talba

Is-Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.