Laikos

 

Rit tal-Quddiesa

ORDNI GĦALL-QUDDIESA MAL-POPLU

 

IR-RITI TAL-BIDU

Meta l-poplu jinġabar, is-saċerdot flimkien mal-ministri jersaq lejn l-artal, waqt li jkun qiegħed isir il-kant ta’ l-introjtu. Kif jaslu quddiem l-artal, is-saċerdot u l-ministri isellmu b’inklinazzjoni profonda; imbagħad is-saċerdot jitla’ jbus l-artal u, skond iċ-ċirkustanzi, jista’ jinċensah. U jmur is-sedja flimkien mal-ministri. Kif jispiċċa l-kant ta’ l-introjtu, is-saċerdot u l-fidili, kulħadd bilwieqfa, iroddu s- salib, filwaqt li s-saċerdot, b’wiċċu lejn in-nies, jgħid:

 

Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

Imbagħad is-saċerdot, b’idejh miftuħin, isellem lill-poplu. Il-grazzja ta’ Sidna Ġesu’ Kristu,

l-imħabba ta’ Alla,

u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun magħkom ilkoll.

U l-poplu jwieġeb:

U miegħek ukoll

 

Jew:

Grazzja lilkom u sliem

Minn Alla Missierna u Sidna Ġesu’ Kristu. U l-poplu jwieġeb:

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesu’ Kristu.

 

Jew:

U lilek ukoll.

Jew

Il-Mulej magħkom. U l-poplu jwieġeb U miegħek ukoll.

Jekk ikun Isqof, jgħid: Il-paċi magħkom.

 

Is-saċerdot, jew id-djaknu jew ministru ieħor, jista’ jgħid kelmtejn fil-qosor ħafna lill- fidili biex idaħħalhom fl-ispirtu tal-Quddiesa tal-ġurnata.

Imbagħad isir l-att penitenxjali.

Is-saċerdot jistieden lill-fidili għall-indiema billi jgħidilhom:

Ħuti,


 

ejjew nagħrfu ħtijietna,

biex nitħejjew tajjeb ħalli niċċelebraw il-misteri qaddisa. Jinżamm ftit ta’ skiet, imbagħad kulħadd flimkien jgħid: Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, u lilkom, ħuti,

li jiena dnibt ħafna

bil-ħsieb, bil-kliem, bil-għemil, u billi ħallejt dmirijieti:

U, waqt li jħabbtu fuq sidirhom, jgħidu: ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi. Imbagħad ikomplu:

Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni, lill-Anġli u ‘l-Qaddisin kollha, u lilkom, ħuti,

biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

 

Forom oħra ta’ l-att penitenzjali.

A.  Jinżamm ftit ta’ skiet, imbagħad is-Saċerdot, jgħid:

Ħenn għalina, Mulej. Il-Poplu jwieġeb:

Għax dnibna kontra tiegħek. Is-saċerdot ikompli:

Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek. Il-Poplu jwieġeb:

U s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

B.  Jinzamm ftit ta’ skiet, is-Saċerdot, jew id-djaknu jew ministru ieħor kapaċi, jgħid jew ikanta l-invokazzjonijiet jew oħrajn bħalhom.

Int li kont mibgħut biex tfejjaq lill-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Is-Saċerdot:

Int li ġejt biex issejjaħ lill-midinbin għall-indiema: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Is-Saċerdot

Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier, biex tidħol għalina; Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

Minflok dawn it-tliet invokazzjonijiet, wieħed jista’ jagħżel minn dawn li ġejjin:

b) Int li għoġbok issir bniedem bħalna biex issalvana: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena

Int li ridt tmut għalina fuq is-salib: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li rġajt ftaħtilna t-triq tas-sema: Mulej, ħneina.

R. Mulej, ħniena.

 

b)  Int li tiftaħ dirgħajk lill-midinbin u taħfrilhom: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li tagħraf in-nagħaġ tiegħek; Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li tmur tfittex in-nagħġa l-mitlufa: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.


 

c)  Int, it-triq li twassalna għand il-Missier: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int, il-verita’ li tmexxina lejn il-ġid: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int, il-ħajja li biha ngħixu fik: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

d)  Int, salvazzjoni ta’ min jittama fik: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int, tama ta’ min imut f’idejk: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int, hena tal-qaddisin kollha: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

e)  Int li minħabba fiha sirt ubbidjenti sal-mewt: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li qalbek ħelwa u umli: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

f)  Int, ħanin bil-bosta ma’ kull min isejjaħlek: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int, kollok tjieba mal-midinbin: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int, avukat tagħna quddiem il-Missier: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

g)  Int li lqajt bl-mħabba kbira l-indiema ta’ Pietru: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li wegħidt il-ġenna lill-ħalliel it-tajjeb: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li tidħol għalina midinbin quddiem il-Missier: Mulej, ħniena

R. Mulej, ħniena.

 

h)  Iben Alla, li twelidt minn Xebba u sirt ħuna: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Iben il-bniedem, li taf u tagħder in-natura dgħajfa tagħna l-bnedmin: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Iben il-kbir tal-Missier, li ssalva lil ħutek u twassalhom fis-sema: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

i)   Int li għaddejt minn fostna tagħmel il-ġid u tfarraġ u taħfer lil kulħadd: Mulej,

ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ma tridx il-mewt tal-midneb, imma li jindem u jgħix: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li dejjem toffri lilek innifsek lil Missier b’sagrifiċċju għall-fidwa tagħna: Mulej,

ħniena.

R. Mulej, ħniena.


 

j)   Int li kollok tjieba lqajt il-foqra u l-midinbin: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li sejjaħt madwarek lill-bnedmin batuti u mwarrba minn kulħadd: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li wegħidt il-ħajja ta’ dejjem lil kull min jemmen fi mħabbtek u jwieġeb għaliha: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

k)   Int, Mgħallem tajjeb tagħna: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int, Ragħaj tajjeb tagħna: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int, Sultan ħanin tagħna: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

l)   Dawl ta’ kull min jemmen fik: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Mistrieħ ta’ min jittama fik: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Ferħ ta’ min jħobbok: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

m)   Int li nżilt mis-sema biex issalvana: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ħadt il-mewt tas-salib biex tagħti l-ħajja lilna: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li qomt mill-imwiet u tlajt is-sema biex terġa’ teħodna għand il-Missier: Mulej,

ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

n)   Int, is-sliem tagħna: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int, il-ħaruf tagħna ta’ l-Għid: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int, il-ħajja tagħna: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

o)   Int li sa minn dejjem għażilt lill-Verġni Marija biex tkun Ommok bħala bniedem: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ridt li l-Verġni Marija tkun mimlija bil-grazzja sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li bgħatt lill-anġlu Gabrijel iħabbar lill-Verġni Marija l-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni tiegħek: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

p)   Int li ridt titwieled minn Omm Verġni u tkun ħuna: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ridt li r-ragħajja u l-maġi jsibuk ma’ Ommok Marija: Kristu, ħniena.


 

R. Kristu, ħniena.

Int li għat-talba ta’ Ommok Marija għamilt l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħek f’Kana tal-Galilija: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

q)   Int li seħibt lill-Verġni Marija fit-tiġrib kollu tal-passjoni tiegħek: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li minn fuq is-salib tajtna lil Ommok biex tkun Ommna wkoll: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li ridt li Ommok Marija tkun it-triq li twassal il-midinbin għall-ħbiberija mill-ġdid miegħek, Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

r)   Int li ridt lill-Verġni Mnarija tkun imsieħba fit-talb ma’ l-Appostli huma u jistennew il-miġja ta’ l-Ispirtu mwiegħed: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ridt li l-Verġni Marija tieqaf ma’ l-Appostli fil-ħidma tagħhom għax-xandir ta’ l- Evnaġelju: Kristu, ħnioena.

R. Kristu, ħniena.

Int li ridt li l-Verġni Marija tkun dawl għalina u xbieha tal-Knisja mqaddsa: Mulej,

ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

s)   Int li ridt li l-Verġni Marija tkun il-qaddejja umli tiegħek fid-dinja: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li tellajt fis-sema lil Ommok Marija u għamiltha sultana tal-ħolqien kollu: Kristu,

ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li ridt li f’Ommok Marija, il-Knisja tara dak li tixtieq u tittama li tkun fil-glorja tas-sema: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

t)   Int li ridt li l-Verġni Marija tkun għalina għajn ta’ Salvazzjoni: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ridt li l-Verġni Marija tkun il-bidu tal-ferħ tagħna: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li ridt li l-Verġni Marija tkun tron ta’ l-għerf: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

u)   Int li ridt li l-Verġni Marija tkun għajnuna ta’ l-insara: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

Int li ridt li l-Verġni arija tkun saħħa tal-morda: Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

Int li ridt li l-Verġni Marija tkun Sultana tal-paċi: Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

Imbagħad is-Saċerdot jgħid: Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,


 

jaħfrilna dnubietna,

u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

Dawn l-invokazzjonijiet jingħadu, jekk ma jkunux ingħadu jew tkantaw f’xi waħda mill-atti penitenzjali:

 

V. Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

V. Kristu, ħniena.

R. Kristu, ħniena.

 

V. Mulej, ħniena.

R. Mulej, ħniena.

 

Imbagħad, meta jkun preskritt skond ir-rubriki, jingħad: Glorja lil Alla fil-għoli tas-smewwiet,

u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Infaħħruk,

inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieħ,

inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema.

Alla Missier li tista’ kollox,

Mulej Iben waħdieni, Ġesu’ Kristu, Mulej Alla, Ħaruf t’Alla, Bin il-Missier,

Int li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina;

Int li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna; Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex int waħdek Qaddis,

int waħdek Mulej, int waħdek il-Għoli,

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu s-Santu: fil-glorja tal-Missier Alla. Amen.

 

Wara l-innu, is-saċerdot jgħaqqad idejh ma’ xulxin u jgħid:

Nitolbu.

 

Kulħadd, flimkien mas-saċerdot, jagħmel ftit waqtiet ta’ talb fis-skiet, Imbagħad is- saċerdot jiftaħ idejh u jgħid il-kolletta, li għaliha l-poplu jwieġeb: Amen.

It-talba tagħlaq kif jitlob it-test, jiġifieri: Jekk it-talba ssir lill-Missier:

 

B’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla

U miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Għal dejjem ta’ dejjem.

Jekk issir lill-Missier, iżda fl-aħħar jissemma l-Iben:


 

Hu, li hu Alla,

U miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ ddjjem.

 

Jekk issir lill-Iben: Int li int Alla,

U tgħix u ssaltan ma’ Alla l-Missier flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

 

Bħala tweġiba jingħad:

Amen.

 

IL-LITURĠIJA TAL-KELMA

 

Wara l-kolletta l-lettur imur fuq l-ambone u jgħid l-ewwel lezzjoni, waqt li kulħadd ikun bilqiegħda jisma’; wara l-lezzjoni il-lettur jgħid:

Il-Kelma tal-Mulej.

 

Kulħadd iwieġeb: Inroddu ħajr lil Alla.

 

Imbagħad tingħad l-Hallelujah jew kant ieħor. Sadattant is-saċerdot jixħet l-inċens jekk jintuża.

Id-djaknu, li jkun se jaqra l-Evanġelju, jagħmel inklinazzjoni profonda quddiem is- saċerdot biex jitolbu l-barka, waqt li b’leħen baxx jgħid:

Missier, nitolbok tberikni.

 

Is-saċerdot, b’leħen baxx jgħid:

Il-Mulej ikun f’qalbek u f’fommok

Biex ixxandar sewwa u kif jixraq l-Evanġelju tiegħu Fl-isem tal-Missier, u ta l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

 

Id-djaknu jwieġeb:

Amen.

 

Jekk ma jkunx hemm id-djaknu, is-saċerdot jagħmel inklinazzjoni profonda quddiem l-artal u, b’leħen baxx, jgħid:

Naddafli qalbi u fommi, Alla li tista’ kollox,

Biex inxandar sewwa l-Evanġelju mqaddes tiegħek.

 

Id-djaknu, jew is-saċerdot, imur fuq l-ambone, flimkien mal-ministri bl-inċens u x- xemgħat skond iċ-ċirkustanzi, u jgħid:

Il-Mulej magħkom.

 

Il-poplu jwieġeb:

U miegħek ukoll.

 

Id-djaknu jew is-saċerdot:

Qari mill-Evanġelju ta’ San N.,

Waqt li jagħmel is-sinjal tas-salib l-ewwel fuq il-ktieb u mbagħad fuq ġbinu, fuq fommu u fuq sidru.


 

Il-poplu jwieġeb:

Glorja lilek, Mulej.

 

Id-djaknu jew is-saċerdot, jinċensa l-ktieb, jekk jintuża l-inċens, u jxandar l- Evanġelju.

Meta jispiċċa, id-djaknu, jew is-saċerdot, jgħid:

Il-Kelma tal-Mulej.

 

Kulħadd iwieġeb:

Tifħir lilek, Kristu.

 

Id-djaknu, jew is-saċerdot, ibus il-ktieb u, b’leħen baxx, jgħid:

Bit-tagħlim ta’ l-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna.

 

Jekk ikun il-Ħadd jew festa kmandata, issir l-omelja: tajjeb jekk issir ukoll fil-ġranet l-oħra, u l-aktar fl-Avvent u r-Randan.

Wara l-omelija, meta jkun preskitt skond ir-rubriki, jingħad:

 

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

Il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art, Dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

U f’Mulej wieħed Ġesu’ Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla, Imnissel mill-Missier qabel kull żmien.

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, Imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier;

u bih sar kollox.

Niżel mis-smewwiet

għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna.

 

Fil-kliem li ġej kulħadd jagħmel inklinazzjoni, sa u sar bniedem. Iżda nhar il-Milied u fis-solennita’ tat-Tħabbira tal-Mulej kulħadd jinżel għarkobbtejh.

 

U ħa l-ġisem bis-setgħa ta’ l-Ispirtu s-Santu Minn Marija Verġni u sar bniedem.

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu,

miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skond il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa’ jiġi bil-glorja

biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

u fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja; li ġej mill-Missier u mill-Iben;

li hu mequum u mweġġaħ flimkien mal-Missier u ma’ l-Iben; Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

u fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika. Nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet. U nistenna l-qawma mill-imwiet,

U l-ħajja taż-żmien li ġej. Amen.


 

Imbagħad issir it-Talba tal-fidili.

 

IL-LITURĠIJA TA’ L-EWKARISTIJA

 

Jibda l-kant ta’ l-offertorju, waqt li l-ministri jqiegħdu l-korporal, il-purifikatur, il- kalċi u l-missal fuq l-artal.

Jaqbel jekk il-fidili, bħala sinjal tas-sehem tagħhom, itellgħu l-offerti tal-ħobż u ta’ l- inbid għall-Ewkaristija, jew offerti oħra li jservu għall-ħtiġijiet tal-knisja u tal-foqra. Is-saċerdot, bilwieqfa f’nofs l-artal, jieħu l-patena bil-ħobż, iżommha kemm kemm merfugħa ‘l fuq, fuq l-artal, u jgħid minn taħt l-ilsien:

 

Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu,

għax fi tjubitek tajtna l-ħobż li qegħdin noffrulek,

-- frott ta’ l-art u xogħol il-bniedem, -- li minnu jsir għalina l-ħobż tal-ħajja.

 

Iqiegħed il-patena bil-ħobż fuq il-korporal.

Jekk ma jsirx kant għall-offertorju, is-saċerdot jista’ jgħid dawn il-kelmiet b’leħnu għoli u l-poplu jista’ jwieġeb:

 

Imbierek Alla għal dejjem.

 

Id-djaknu, jew is-saċerdot, jixħet l-inbid u ftit ilma fil-kalċi, waqt li minn taħt l-ilsien jgħid:

Bil-misteru ta’ dan l-ilma u nbid,

ikollna sehem fin-natura divina ta’ Kristu,

kif hu jissieħeb magħna fin-natura tagħna l-bnedmin.

 

Is-saċerdot jieħu l-kalċi, iżomm kemm kemm merfugħ ‘il fuq, fuq l-artal u jgħid minn taħt l-ilsien.

Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu,

għax fi tjubitek tajtna l-inbid li qegħdin noffrulek,

-- frott tad-diela u xogħol il-bniedem, -- li minnu jsir għalina x-xorb tar-ruħ.

 

Iqiegħed il-kalċi, fuq il-korporal.

Jekk ma jsirx kant għall-offertorju, is-saċerdot jista’ jgħid dawn il-kelmiet b’leħen għoli, u l-poplu jista’ jwieġeb:

Imbierek Alla għal dejjem.

 

Is-saċerdot jagħmel inklinazzjoni profonda u minn taħt l-ilsien jgħid: Ilqgħna, Mulej, Alla tagħna, umli u niedma quddiemek,

u għamel li jkun jogħġbok

dan is-sagrifiċċju li sejrin noffrulek.

 

U, skond iċ-ċirkustanzi, jinċensa l-offerti u l-artal. F’dan il-każ, id-djaknu mbagħad jew ministru ieħor, jinċensa lis-saċerdot u lill-poplu.

Wara dan, is-saċerdot jersaq fil-ġenb ta’ l-artal u jaħsel idejh, waqt li minn taħt l- ilsien:

Naddafni, Mulej, minn ħżuniti, u d-dnub tiegħi neħħieli.


 

Jieqaf f’nofs l-artal, b’wiċċu lejn il-poplu, u, waqt li jiftaħ idejh u jerġa’ jgħaqqadhom ma’ xulxin jgħid:

Itolbu, ħuti, biex is-sagrifiċċju tiegħi u tagħkom ikun jogħġob lil Alla l-Missier li jista’ kollox.

 

Il-poplu jwieġeb:

jilqa’ l-Mulej minn idejh is-sagrifiċċju għat-tifħir u l-glorja ta’ Ismu,

għall-ħtiġijiet tagħna

u tal-Knisja mqaddsa kollha tiegħu.

 

Is-saċerdot, b’idejh miftuħin, jgħid it-talba fuq l-offerti, li għaliha l-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA I JEW KANONE RUMAN

 

Iċ-ċelebrant Prinċipali Missier ħanin,

miċ-ċokon tagħna nitolbuk, b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna:

ilqa’ u bierek dawn l-offerti safja u qaddisa li ġibna għas-sagrifiċċju.

 

Aħna noffruhomlok

l-ewwelnett għall-Knisja tiegħek, qaddisa u kattolika: agħtiha s-sliem, ħarisha, għaqqadha,

u mexxiha mad-dinja kollha:

flimkien mal-qaddej tiegħek, il-Papa N., ma’ l-Isqof tagħna N.,

ma’ l-Isqof N., li qed jgħinu, u ma’ l-Isqfijiet kollha

li jħaddnu u jistqarru l-fidi vera u kattolika li għaddewlna l-Appostli.

 

L-ewwel konċelebrant

 

Ftakar, Mulej, fil-qaddejja tiegħek N. u N., u f’dawn kollha li hawn madwarna.

Int taf tajjeb il-fidi u r-rabta tagħhom miegħek. Għalihom aħna noffrulek,

u huma wkoll joffru, dan is-sagrifiċċju ta’ tifħir, għall-ġid tagħhom u ta’ qrabathom:

biex jiksbu l-fidwa ta’ ruħhom,

u jaqilgħu s-saħħa u s-salvazzjoni li jittamaw:

huma u jressqu t-talb u x-xewqat tagħhom quddiemek, Alla ta’ dejjem, ħaj u veru.

 

It-tieni konċelebrant


 

Imseħbin mal-Knisja kollha

f’xirka waħda ta’ mħabba nġeddu bil-qima t-tifkira tal-glorjuża dejjem Verġni Marija,

Omm Alla u Sidna, Ġesù Kristu: ta’ l-Għarus tagħha San Ġużepp,  u ta’ l-Appostli u l-Martri tiegħek: Pietru, Pawlu, Andrija,

(Ġakbu, Ġwanni, Tumas, Ġakbu, Filippu, Bartilmew, Mattew, Xmun u Taddew: Linu, Kletu, Klement, Sistu,

Kornelju, Ċiprijan, Lawrenz, Krisogonu,

Ġwanni u Pawlu, Kosma u Damjan,) u tal-Qaddisin tiegħek kollha;

għall-merti u t-talb tagħhom, għinna f’kollox u ħarisna. (Bi Kristu Sidna. Amen.)

Iċ-ċelebrant prinċipali Ilqa’, nitolbuk Mulej,

din l-offerta tagħna u tal-familja kollha tiegħek: seddaq ħajjitna fis-sliem,

eħlisna mit-telfien ta’ dejjem,

u għoddna fil-merħla tal-magħżulin tiegħek. (Bi Kristu Sidna. Amen.)

Il-konċelebranti kollha flimkien b’idejhom miftuħa fuq l-offerti: Bierek, o Alla, nitolbuk, din l-offerta,

agħmel li tkun kollha kemm hi tiegħek,

wettaqha, qaddisha, ilqagħha,

biex issir għalina l-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek il-għażiż, Sidna Ġesù Kristu. Hu, awl il-lejl qabel ma bata,

ħa l-ħobż fl-idejn qaddisa u mbierka tiegħu, refa’ għajejh lejn is-sema,

lejk, Alla Missieru li tista’ kollox, raddlek il-ħajr, bierek,

qasam,

ta lid-dixxipli tiegħu u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan: għax dan huwa ġismi

li jingħata għalikom.

 

Hekk ukoll, wara l-ikla,

ħa dan il-kalċi għażiż

fl-idejn qaddisa u mbierka tiegħu, reġa’ radd il-ħajr, bierek,

ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:


 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll:

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi tal-patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem: id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.

Iċ-ċelebrant Prinċipali Dan hu l-Misteru tal-Fidi. Il-Poplu jwieġeb:

Salvana int, o Salvatur tad-dinja;

bis-salib u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.

 

Il-konċelebranti kollha flimkien

 

Għalhekk, Mulej, aħna ministri tiegħek, u l-poplu qaddis tiegħek,

aħna u nagħmlu dan

b’tifkira tal-Passjoni mqaddsa

ta’ l-istess Ibnek, Ġesù Kristu Sidna, tal-qawmien tiegħu mill-imwiet,

u tat-tlugħ glorjuż tiegħu fis-sema, noffru lis-sebħ tiegħek bla tarf, mill-ġid li inti stess tajtna,

Vittma safja, qaddisa, bla tebgħa, il-ħobż qaddis tal-ħajja ta’ dejjem,

u l-Kalċi tas-salvazzjoni bla tmiem. Ixħet fuqhom ħarsa ta’ tjieba u sliem. Ilqagħhom, bħalma għoġbok tilqa’

l-offerti tal-qaddej ġust tiegħek Abel, is-sagrifiċċju ta’ missierna Abraham, u s-sagrifiċċju

li offrielek il-qassis il-kbir tiegħek Melkisedek, sagrifiċċju qaddis Vittma bla tebgħa.

Fiċ-ċokon tagħna nitolbuk, Alla li tista’ kollox:

agħmel li l-Anġlu qaddis tiegħek

iwassalhom quddiem l-artal tiegħek fis-sema, biex aħna lkoll, li nieħdu sehemna mill-artal u nitqarbnu bil-ġisem imqaddes ta’ Ibnek, nimtlew b’kull barka u grazzja tas-sema.

Bi Kristu Sidna. Amen L-ewwel konċelebrant

Ftakar ukoll, Mulej, fil-qaddejja tiegħek N. u N.,


 

li telqu qabilna

bis-sinjal tal-fidi li ħadu fil-Magħmudija, u qegħdin jistrieħu fir-raqda tas-sliem. ħenn għalihom, Mulej,

u agħti lilhom,

u lil dawk kollha li jistrieħu fi Kristu, il-hena, id-dawl u s-sliem.

Bi Kristu Sidna. Amen. It-tieni konċelebrant

Lilna wkoll midinbin, qaddejja tiegħek, li nittamaw fil-kotra tal-ħniena tiegħek, agħtina sehem fix-xirka

tal-qaddisin Appostli u Martri tiegħek:

Ġwanni, Stiefnu, Mattija, Barnaba, (Injazju, Alessandru, Marċellinu, Pietru, Feliċita, Perpetwa, Agata, Luċija,

Anjeże, Ċeċilja, Anastasja,)

u tal-Qaddisin tiegħek kollha: daħħalna fil-wirt magħhom. mhux għall-merti tagħna,

iżda għall-ħniena u l-maħfra tiegħek. Bi Kristu Sidna.

Iċ-ċelebrant prinċipali waħdu Bih, Mulej,

int dejjem taħlaq u tqaddes dan il-ġid kollu, timlieh bil-ħajja,

tbierku u tqassmu lilna.

 

Iċ-ċelebrant prinċipali waħdu jew flimkien mal-konċelebranti l-oħra

 

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA II

 

Prefazju


 

Sewwa u xieraq tassew, Missier qaddis, tajjeb u ta’ ġid għas-salvazzjoni tagħna, li dejjem u kullimkien inroddulek ħajr b’Ibnek il-għażiż, Ġesù Kristu,

il-Verb tiegħek li bih għamilt kollox,

li int bgħatthulna bħala Salvatur u Feddej, magħmul bniedem mill-Ispirtu s-Santu

u mwieled minn Marija Verġni.

 

Huwa temm ir-rieda tiegħek, u kiseb għalik poplu qaddis:

u fil-passjoni tiegħu fetaħ idejh fuq is-salib, biex iħollna mill-irbit tal-mewt

u jurina l-qawmien għall-ħajja.

 

Għalhekk, flimkien ma’ l-Anġli u l-Qaddisin kollha, inxandru l-glorja tiegħek u b’leħen wieħed intennu:

 

Qaddis, Qaddis, Qaddis, Mulej, Alla ta’ l-eżerċti.

Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

 

Iċ-ċelebrant prinċipali

 

Qaddis tassew int, Mulej: inti l-għajn ta’ kull qdusija.

 

Il-Konċelebranti kollha flimkien

 

Qaddes, għalhekk, nitolbuk, dawn l-offerti bil-barka ta’ l-Ispirtu tiegħek,

jgħaqqad idejh, jagħmel sinjal tas-salib fuq l-ostja u l-kalċi flimkien, u jgħid: biex isiru għalina l-Ġisem u d-Demm

ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jgħaqqad idejh

Li, meta kien se jingħata biex minn rajh ibati,

ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasam, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan: għax dan huwa ġismi

li jingħata għalikom.

 

Hekk, ukoll, wara l-ikla

ħa l-kalċi, reġa’ radd il-ħajr, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:


 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll:

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi tal-patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem: id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.

Dan hu l-Misteru tal-Fidi. Il-Poplu jwieġeb:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej,

inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

 

Il-Konċelebranti kollha flimkien

 

Għalhekk, aħna u nagħmlu dan b’tifkira tal-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu, noffrulek, Mulej,

il-ħobż tal-ħajja u l-Kalċi tas-salvazzjoni, u nroddulek ħajr

għax għoġbok tilqagħna hawn quddiemek biex naqduk.

U miċ-ċokon tagħna nitolbu

li l-Ispirtu s-Santu jgħaqqadna f’ġisem wieħed lilna li nieħdu sehem

mill-ġisem u d-Demm ta’ Kristu. L-Ewwel Konċelebrant

Ftakar, Mulej,

fil-Knisja tiegħek imxerrda mad-dinja kollha, wettaqha fl-imħabba,

flimkien mal-Papa N., ma’ l-Isqof tagħna N.

ma’ l-Isqof N. li qiegħed jgħinu, u mal-ministri tiegħek kollha.

It-Tieni Konċelebrant Ftakar ukoll f’ħutna

li raqdu bit-tama tal-qawmien: ftakar fil-mejtin kollha:

daħħalhom quddiemek fid-dawl tas-sebħ tiegħek.

ħenn għalina lkoll, nitolbuk:

agħti lilna wkoll il-wirt tal-ħajja ta’ dejjem flimkien mal-Verġni mqaddsa, Omm Alla, Marija, ma’ l-Appostli u l-Qaddisin kollha

li għexu fil-ħbiberija tiegħek


 

sa mill-bidu tad-dinja:

agħmel li magħhom infaħħruk u nsebbħuk jgħaqqad idejh ma’ xulxin

b’Ġesù Kristu Ibnek.

 

 

Iċ-ċelebrant prinċipali waħdu

jew flimkien mal-konċelebranti l-oħra

 

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem. Il-poplu jwieġeb: Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA III

Iċ-ċelebrant prinċipali Qaddis tassew int, Mulej,

u jistħoqqlok it-tifħir tal-ħolqien kollu,

għax b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna u bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu inti tagħti l-ħajja,

kollox tqaddes,

u tibqa’ dejjem tiġbor għalik poplu biex, minn tlugħ ix-xemx sa nżulha, issirlek offerta safja.

Il-konċelebranti kollha flimkien b’idejhom miftuħa fuq l-offerti Għalhekk, Mulej,

ġejna quddiemek b’dawn l-offerti biex ikunu kkonsagrati lilek:

miċ-ċokon tagħna nitolbuk, qaddishom bl-Ispirtu tiegħek, biex isiru l-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li bi kmandament tiegħu

qegħdin niċċelebraw dan il-misteru. Għax hu, fil-lejl li fih ingħata, għalina ħa l-ħobż,

raddlek il-ħajr, bierek, qasam, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan: għax dan huwa ġismi

li jingħata għalikom.


 

Hekk ukoll, wara l-ikla,

ħa l-kalċi,

raddlek il-ħajr, bierek,

ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:

 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll:

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi tal-patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem: id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.

 

Iċ-ċelebrant prinċipali

 

Dan hu l-Misteru tal-Fidi. Il-Poplu jwieġeb:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

 

Il-konċelebranti kollha flimkien

 

Għalhekk, Mulej, aħna u nagħmlu dan b’tifkira tal-passjoni li biha Ibnek fdiena

u tal-qawmien u t-tlugħ glorjuż tiegħu fis-sema, aħna li qegħdin nistennew

u nittamaw it-tieni miġja tiegħu, b’radd il-ħajr noffrulek

dan is-sagrifiċċju ħaj u qaddis.

ħares, nitolbuk, lejn l-offerta tal-Knisja tiegħek, agħraf fiha l-Vittma

li bis-sagrifiċċju tagħha

ridt terġa tħabbibna miegħek; agħmel li aħna,

li se nissaħħu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek, nimtlew bl-Ispirtu qaddis tiegħu,

u nkunu ġisem wieħed u ruħ waħda fi Kristu. L-ewwel konċelebrant

Nitolbuk li hu jagħmel minna offerta li tibqa’ għal dejjem quddiemek, biex inkunu nistgħu niksbu l-wirt mal-magħżulin tiegħek:

mal-Verġni mqaddsa, Omm Alla, Marija, ma’ l-Appostli u l-Martri glorjużi tiegħek, (ma’ San N., il-Qaddis tal-ġurnata)

u mal-Qaddisin kollha,


 

li, kif nittamaw, jidħlu dejjem għalina quddiemek. It-tieni konċelebrant

Agħmel, nitolbuk, Mulej,

li din il-Vittma li terġa’ tħabbibna miegħek tkun ta’ sliem u salvazzjoni għad-dinja kollha. Wettaq fil-fidi u fl-imħabba l-Knisja tiegħek tul il-mixja tagħha fid-dinja:

il-qaddej tiegħek il-Papa N.,

l-Isqof tagħna N. u l-Isqof N. li qed jgħinu, l-Isqfijiet u l-ministri kollha tiegħek,

u l-poplu kollu li inti ksibt għalik.

 

Ilqa’ bit-tjieba

t-talba u x-xewqat ta’ din il-familja li inti ridtha tinġabar madwarek.

Agħder, Missier ħanin,

lil uliedek kollha kull fejn jinsabu, u għaqqadhom miegħek ilkoll.

 

Ħenn għal ħutna mejtin

u għal dak kollha li ħallew din il-ħajja fis-sewwa tiegħek:

daħħalhom fis-saltna tiegħek,

fejn nittamaw li aħna wkoll għad naslu, biex, ilkoll flimkien,

nitgħaxxqu għal dejjem bis-sebħ tiegħek, bi Kristu Sidna,

li bih inti tfawwar id-dinja b’kull ġid.

Iċ-ċelebrant prinċipali waħdu jew flimkien mal-konċelebranti l-oħra

 

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA IV

 

Prefazju

 

Xieraq tassew li nroddulek ħajr,

tajjeb u sewwa li nsebbħuk, Missier qaddis, għax int waħdek Alla, ħaj u veru,

qabel kull żmien u tibqa’ għal dejjem,


 

u tgħammar f’dawl fejn ħadd ma jista’ jersaq. U int, li int waħdek tajjeb u għajn tal-ħajja, għamilt il-ħlejjaq tiegħek

biex timliehom b’kull barka u thenni lil ħafna minnhom bid-dija tad-dawl tiegħek.

Quddiemek, għalhekk,

jinsabu qtajja’ bla għadd ta’ Anġli, li lejl u nar jaqduk,

jitgħaxxqu bis-sebħ tiegħek, u bla heda jsebbħuk.

Magħhom nissieħbu aħna wkoll,

u, flimkien mal-ħlejjaq kollha ta’ l-art, li b’leħinna jfaħħruk,

nistqarru u nfaħħru ismek, u ntennulek l-innu: Qaddis, Qaddis, Qaddis ...

 

Iċ-ċelebrant Prinċipali

 

Infaħħruk, Missier qaddis, għall-kobor tiegħek,

għall-għerf u l-imħabba

li bihom int għamilt kollox.

ħlaqt il-bniedem xbieha tiegħek,

fdajtlu f’idejh id-dinja kollha biex jieħu ħsiebha, ħalli jaqdi lilek waħdek, ħallieq tiegħu,

u jsaltan fuq il-ħlejjaq kollha.

U meta ma qagħadx għar-rieda tiegħek u tilef il-ħbiberija miegħek,

int ma tlaqtux fil-jasar tal-mewt, imma ħennejt u waqaft ma’ kulħadd, biex kull min ifittxek isibek.

Kemm-il darba minn rajk dħalt f’patt mal-bnedmin, u bil-profeti rawwimthom jistennew is-salvazzjoni.

U int, Missier qaddis, hekk ħabbejtha d-dinja li, meta waslet il-milja taż-żminijiet,

bgħattilna ’l Ibnek il-waħdieni Salvatur tagħna, li sar bniedem mill-Ispirtu s-Santu,

twieled minn Marija Verġni, għadda ħajtu fostna,

u kien bħalna f’kollox minn barra fid-dnub, Huwa wassal il-Bxara t-Tajba tas-salvazzjoni lill-imsejknin,

il-fidwa lill-imjassrin, il-ferħ lill-imnikktin.

Biex itemm il-ħsieb ta’ mħabbtek ta lilu nnifsu għall-mewt,

u bil-qawmien tiegħu mill-imwiet qered il-mewt u ġedded il-ħajja.

U biex aħna ngħixu mhux aktar għalina nfusna,


 

imma għalih, li miet u rxoxta għalina,

minn għandek, Missier, fuq dawk li emmnu bagħat, bħala l-aqwa don, l-Ispirtu s-Santu, biex itemm fid-dinja l-ħidma tiegħu

u jagħti l-milja tal-qdusija.

Il-konċelebranti kollha flimkien b’idejhom miftuħin fuq l-offerti Nitolbu, għalhekk, Mulej,

li l-istess Spirtu s-Santu jogħġbu jqaddes dawn l-offerti, biex isiru l-ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu

għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-misteru kbir li hu ħallielna bħala patt għal dejjem.

Kif waslet is-siegħa

li jkun imsebbaħ minnek, Missier qaddis, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar: u huma u jieklu

ħa l-ħobż, bierek, qasam,  ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan: għax dan huwa ġismi

li jingħata għalikom.

 

Hekk ukoll

ħa l-kalċi bl-inbid, radd il-ħajr, ta lid-dixxipli tiegħu u qal:

 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll:

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi tal-patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem: id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.

Iċ-ċelebrant Prinċipali Dan hu l-Misteru tal-Fidi. Il-Poplu jwieġeb:

Kull darba li nieklu dal-hobż u nixorbu dal-kalċi,

inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, sa ma tiġi. Il-konċelebranti kollha flimkien

Għalhekk, Mulej

aħna u niċċelebraw it-tifkira tal-fidwa tagħna,


 

niftakru fil-mewt ta’ Kristu u fl-inżul tiegħu fl-imwiet,

nistqarru l-qawmien tiegħu għall-ħajja u t-tlugħ fil-lemin tiegħek; u, aħna u nistennewh jiġi fil-glorja,

noffrulek il-ġisem u d-Demm tiegħu, is-sagrifiċċju li jogħġob lilek

u li jiswa għas-salvazzjoni tad-dinja kollha.

ħares, Mulej, lejn il-Vittma

li inti nnifsek ħejjejt għall-Knisja tiegħek; agħmel, fit-tjieba tiegħek

li dawn kollha li jieħdu sehem

minn dan il-ħobż u minn dan il-Kalċi

l-Ispirtu s-Santu jgħaqqadhom f’ġisem wieħed u jsiru vittma ħajja fi Kristu,

għat-tifħir tal-glorja tiegħek.

 

L-ewwel konċelebrant

 

Ftakar, mela, Mulej, f’dawk kollha li għalihom

qegħdin noffru dan is-sagrifiċċju: il-qaddej tiegħek il-Papa N.,

l-Isqof tagħna N.,

l-Isqof N. li qed jgħinu,

l-Isqfijiet kollha tad-dinja il-ministri tiegħek kollha

dawk li qegħdin jagħmlu din l-offerta u dawk li hawn madwarna

il-poplu tiegħek kollu,

u l-bnedmin kollha li jfittxuk b’qalb safja.

Ftakar ukoll

f’dawk li mietu fis-sliem ta’ Kristu u fil-mejtin kollha,

li int waħdek taf il-fidi tagħhom.

Lilna lkoll, uliedek, Missier ħanin, agħtina li mal-Verġni mqaddsa, Omm Alla, Marija, ma’ l-Appostli u l-Qaddisin tiegħek, inkunu nistgħu niksbu l-wirt tas-sema

fis-saltna tiegħek,

fejn mal-ħlejjaq kollha,

meħlusa mit-taħsir tad-dnub u l-mewt, insebbħuk bi Kristu Sidna,

li bih int tfawwar id-dinja b’kull ġid.

Iċ-ċelebrant Prinċipali waħdu jew flimkien mal-Konċelebranti l-oħra Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja


 

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA V/a

 

Prefazju

Il-Knisja miexja fit-triq ta’ l-għaqda ta’ l-insara kollha Sewwa u xieraq tassew

Mulej, Missier ta’ tjieba bla qies,

li nroddulek ħajr

u nlissnulek innu ta’ glorja u ta’ tifħir, għaliex bil-kelma ta’ l-Evanġelju ta’ Ibnek waqqaft Knisja waħda

mill-popli, l-ilsna u n-nazzjonijiet kollha,

u biha ma tieqaf qatt tiġbor flimkien il-popli kollha bil-qawwa ta’ l-Ispirtu tiegħek li jagħti l-ħajja.

 

Hi tagħti xhieda ta’ l-imħabba tiegħek

u bla heda twassal lil kulħadd it-tama ħienja tas-saltna tiegħek, u tiddi bħala sinjal tal-fedeltà tiegħek

li inti wegħedtna għal dejjem f’ġesù Kristu, Sidna.

 

Għalhekk mal-qtajja’ kollha tas-sema infaħħruk għal dejjem fuq l-art

waqt li b’leħen wieħed mal-Knisja kollha ngħidulek: Qaddis, qaddis, qaddis ...

Iċ-ċelebrant Prinċipali

 

Qaddis tassew Int u ta’ min isebbħek, O Alla kollok imħabba għall-bnedmin,

li dejjem tieqaf magħhom tul il-mixja ta’ ħajjithom.

Imbierek tassew Ibnek li jinsab fostna

għax inġbarna mill-imħabba tiegħu, u, kif għamel mad-dixxipli tiegħu,

issa qiegħed ifissrilna l-iskrittura u jaqsmilna l-ħobż.

Il-Konċelebranti flimkien b’idejhom mifruxin fuq l-offerti: Nitolbuk, għalhekk, Missier kollok ħniena,

biex tibgħat l-Ispirtu Qaddis tiegħek

ħa jqaddes dawn l-offerti tal-ħobż u nbid biex isiru għalina l-ġisem u d-Demm

ta’ Sidna ġesù Kristu.


 

Li, qabel ma bata,

tul il-lejl ta’ l-Aħħar Ikla, ħa l-ħobż, bierek u qasam, tah lid-dixxipli tiegħu u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan, għax dan huwa ġismi,

li jingħata għalikom.

 

Hekk ukoll, wara l-ikla,

ħa l-kalċi, raddlek l-ħajr,

ta lid-dixxipli, u qal:

 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll,

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi, tal-Patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem; id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.

Dan hu l-misteru tal-fidi. Il-Poplu jwieġeb:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej,

inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

Il-Konċelebranti flimkien Għalhekk, Missier Qaddis,

aħna u nagħmlu dan b’tifkira t’Ibnek, il-feddej tagħna, li int wassaltu għall-passjoni u l-mewt fuq is-salib

u għall-glorja tal-qawmien għall-ħajja, u qegħedtu fuq il-leminija tiegħek,

sakemm Hu jerġa’ jiġi, nħabbru l-għemil ta’ mħabbtek, u noffrulek il-ħobż u l-kalċi tal-barka.

ħares bi ħniena

lejn l-offerta tal-Knisja tiegħek

li fiha nuru s-Sagrifiċċju ta’ l-Għid ta’ Kristu, li ġie mogħti lilna,

u bil-qawwa ta’ l-Ispirtu ta’ mħabbtek għoddna issa u għal dejjem ta’ dejjem fost il-membri ta’ Ibnek l-għażiż,

li bil-ġisem u d-Demm tiegħu sejrin nitqarbnu. L-ewwel Konċelebrant


 

Ġedded, Mulej, bid-dawl ta’ l-Evanġelju, il-Knisja li hi hawn f’Malta.

Wettaq ir-rabta ta’ l-għaqda

bejn il-fidili u r-ragħajja tal-poplu tiegħek,

flimkien mal-Papa N., ma’ l-Isqof tagħna N. u ma’ l-Isqof N. li qed jgħinu u ma’ l-Isqfijiet kollha,

biex il-poplu tiegħek

imġarrab mit-tilwin f’din id-dinja, jiddi b’sinjal profetiku

ta’ l-għaqda u l-ftehim. It-tieni konċelebrant

Ftakar, Mulej, f’ħutna N u N. li marru qabilna

fis-sliem ta’ Kristu tiegħek u fil-mejtin kollha,

li inti biss taf il-fidi tagħhom;

daħħalhom għall-hena tad-dija ta’ wiċċek

u fil-qawmien mill-imwiet agħtihom il-milja tal-ħajja.

 

Lilna wkoll agħtina

li naslu għall-għamara ta’ dejjem

wara li ntemmu l-mixja tagħna f’din id-dinja biex ngħixu għal dejjem miegħek,

mal-Verġni Mqaddsa l-Omm ta’ Alla Marija, ma’ l-Appostli u l-Martri,

ma’ San N. (il-qaddis tal-ġurnata),

u f’xirka waħda mal-qaddisin kollha infaħħruk u nkabbruk għal dejjem. B’Ġesù Kristu Ibnek.

Iċ-ċelebrant Prinċipali jew il-Konċelebranti flimkien Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen

 

TALBA EWKARISTIKA V/b

 

Prefazju

 

Alla jmexxi ’l Knisja tiegħu fit-triq tas-salvazzjoni


 

Sewwa u xieraq tassew,

tajjeb u ta’ ġid għas-salvazzjoni tagħna li nroddulek ħajr,

Mulej, Missier qaddis,

ħallieq tad-dinja u bidu ta’ kull ħajja:

 

Int ma tħalli qatt waħedhom

l-għemejjel ta’ l-għerf tiegħek,

iżda għadek f’nofsna taħdem bil-providenza tiegħek.

B’id qawwija u driegħ merfugħ

int mexxejt fid-deżert ’il poplu tiegħek Israel; u issa, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu,

int tissieħeb mal-Knisja tiegħek fil-mixi tagħha f’din id-dinja,

u twassalha għall-hena ta’ dejjem tas-saltna tiegħek mit-triqat ta’ kull żmien,

bi Kristu Sidna.

 

Għalhekk flimkien ma’ l-Anġli u l-Qaddisin inlissnu l-innu tal-glorja tiegħu

aħna u ngħidu bla heda: Qaddis, qaddis, qaddis ...

 

Iċ-ċelebrant Prinċipali

 

Qaddis tassew Int u ta’ min isebbħek, O Alla kollok imħabba għall-bnedmin,

li dejjem tieqaf magħhom tul il-mixja ta’ ħajjithom.

Imbierek tassew Ibnek li jinsab fostna

għax inġbarna mill-imħabba tiegħu, u, kif għamel mad-dixxipli tiegħu,

issa qiegħed ifissrilna l-iskrittura u jaqsmilna l-ħobż.

Il-Konċelebranti flimkien b’idejhom mifruxin fuq l-offerti: Nitolbuk, għalhekk, Missier kollok ħniena,

biex tibgħat l-Ispirtu Qaddis tiegħek

ħa jqaddes dawn l-offerti tal-ħobż u nbid biex isiru għalina l-ġisem u d-Demm

ta’ Sidna ġesù Kristu.

 

Li, qabel ma bata,

tul il-lejl ta’ l-Aħħar Ikla, ħa l-ħobż, bierek u qasam, tah lid-dixxipli tiegħu u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan, għax dan huwa ġismi,

li jingħata għalikom.


 

Hekk ukoll, wara l-ikla,

ħa l-kalċi, raddlek l-ħajr,

ta lid-dixxipli, u qal:

 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll,

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi, tal-Patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem; id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.

Dan hu l-misteru tal-fidi. Il-Poplu jwieġeb:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej,

inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

Il-Konċelebranti flimkien Għalhekk, Missier Qaddis,

aħna u nagħmlu dan b’tifkira t’Ibnek, il-feddej tagħna, li int wassaltu għall-passjoni u l-mewt fuq is-salib

u għall-glorja tal-qawmien għall-ħajja, u qegħedtu fuq il-leminija tiegħek,

sakemm Hu jerġa’ jiġi, nħabbru l-għemil ta’ mħabbtek, u noffrulek il-ħobż u l-kalċi tal-barka.

 

Ħares bi ħniena

lejn l-offerta tal-Knisja tiegħek

li fiha nuru s-Sagrifiċċju ta’ l-Għid ta’ Kristu, li ġie mogħti lilna,

u bil-qawwa ta’ l-Ispirtu ta’ mħabbtek għoddna issa u għal dejjem ta’ dejjem fost il-membri ta’ Ibnek l-għażiż,

li bil-ġisem u d-Demm tiegħu sejrin nitqarbnu. L-ewwel Konċelebrant

Wettaq, Mulej, f’għaqda bejnietna, lilna li sejjaħt għall-ikla tiegħek; biex flimkien mal-Papa N.,

l-Isqof tagħna N. u ma’ l-Isqof N. li qed jgħinu, ma’ l-isqfijiet, is-saċerdoti u d-djakni kollha,

u mal-poplu tiegħek kollu, nimxu bil-fidi u t-tama fi triqtek

biex hekk inkunu nistgħu nxandru hena u fiduċja fid-dinja kollha.


 

It-tieni Konċelebrant

 

Ftakar, Mulej, f’ħutna N. u N. li marru qabilna

fis-sliem ta’ Kristu tiegħek u fil-mejtin kollha,

li inti biss taf il-fidi tagħhom;

daħħalhom għall-hena tad-dija ta’ wiċċek

u fil-qawmien mill-imwiet agħtihom il-milja tal-ħajja.

 

Lilna wkoll agħtina

li naslu għall-għamara ta’ dejjem

wara li ntemmu l-mixja tagħna f’din id-dinja biex ngħixu għal dejjem miegħek,

mal-Verġni Mqaddsa l-Omm ta’ Alla Marija, ma’ l-Appostli u l-Martri,

ma’ San N. (il-qaddis tal-ġurnata),

u f’xirka waħda mal-qaddisin kollha infaħħruk u nkabbruk għal dejjem. B’Ġesù Kristu Ibnek.

Iċ-ċelebrant Prinċipali jew il-Konċelebranti flimkien Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA V/c

 

Prefazju

Alla jmexxi ’l Knisja tiegħu fit-triq tas-salvazzjoni Sewwa u xieraq tassew,

tajjeb u ta’ ġid għas-salvazzjoni tagħna li nroddulek ħajr,

Mulej, Missier qaddis,

ħallieq tad-dinja u bidu ta’ kull ħajja:

 

Int bil-Verb tiegħek ħlaqt id-dinja, u tmexxi kollox sewwa.

Lilu, magħmul bniedem għalina, tajtulna bħala medjatur tagħna; hu wasslilna l-kelma tiegħek

u sejħilna biex nimxu warajh;


 

hu t-triq li twassalna għandek, il-verità li teħlisna,

il-ħajja li timliena bil-hena.

 

Għalhekk flimkien ma’ l-anġli u l-qaddisin inlissnu l-innu tat-tifħir tiegħek

aħna u ngħidu bla heda: Qaddis, qaddis, qaddis ...

 

Iċ-ċelebrant Prinċipali

 

Qaddis tassew Int u ta’ min isebbħek, O Alla kollok imħabba għall-bnedmin,

li dejjem tieqaf magħhom tul il-mixja ta’ ħajjithom.

Imbierek tassew Ibnek li jinsab fostna

għax inġbarna mill-imħabba tiegħu, u, kif għamel mad-dixxipli tiegħu,

issa qiegħed ifissrilna l-iskrittura u jaqsmilna l-ħobż.

Il-Konċelebranti flimkien b’idejhom mifruxin fuq l-offerti: Nitolbuk, għalhekk, Missier kollok ħniena,

biex tibgħat l-Ispirtu Qaddis tiegħek

ħa jqaddes dawn l-offerti tal-ħobż u nbid biex isiru għalina l-ġisem u d-Demm

ta’ Sidna Ġesù Kristu.

 

Li, qabel ma bata,

tul il-lejl ta’ l-Aħħar Ikla, ħa l-ħobż, bierek u qasam, tah lid-dixxipli tiegħu u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan, għax dan huwa ġismi,

li jingħata għalikom.

 

Hekk ukoll, wara l-ikla,

ħa l-kalċi, raddlek l-ħajr,

ta lid-dixxipli, u qal:

 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll,

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi, tal-Patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem; id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.


 

Dan hu l-misteru tal-fidi.

 

Il-Poplu jwieġeb:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

Il-Konċelebranti flimkien Għalhekk, Missier Qaddis,

aħna u nagħmlu dan b’tifkira t’Ibnek, il-feddej tagħna, li int wassaltu għall-passjoni u l-mewt fuq is-salib

u għall-glorja tal-qawmien għall-ħajja, u qegħedtu fuq il-leminija tiegħek,

sakemm Hu jerġa’ jiġi, nħabbru l-għemil ta’ mħabbtek, u noffrulek il-ħobż u l-kalċi tal-barka.

 

Ħares bi ħniena

lejn l-offerta tal-Knisja tiegħek

li fiha nuru s-Sagrifiċċju ta’ l-Għid ta’ Kristu, li ġie mogħti lilna,

u bil-qawwa ta’ l-Ispirtu ta’ mħabbtek għoddna issa u għal dejjem ta’ dejjem fost il-membri ta’ Ibnek l-għażiż,

li bil-ġisem u d-Demm tiegħu sejrin nitqarbnu. L-ewwel Konċelebrant

Missier li tista’ kollox, bit-tisħib tagħna f’dan il-misteru aħjina bl-Ispirtu tiegħek,

u agħtina li nsiru nixbħu x-xbieha ta’ Ibnek; u wettaqna fir-rabta tax-xirka bejnietna

flimkien mal-Papa N., l-Isqof tagħna N. u l-Isqof li qed jgħinu, ma’ l-Isqfijiet l-oħra kollha,

mas-saċerdoti u d-djakni, u mal-poplu kollu tiegħek.

 

Agħmel li l-fidili kollha tal-Knisja tiegħek,

huma u jagħrfu fid-dawl tal-fidi s-sinjali taż-żminijiet, ikunu jistgħu, fi qbil sħiħ mal-fidi li jistqarru, jimpenjaw ruħhom sewwa fil-qadi ta’ l-Evanġelu.

Agħmilna ħerqana għall-ħtiġijiet tal-bnedmin kollha, biex, aħna u nissieħbu fin-niket u t-tiġrib tagħhom, fil-ferħ u t-tamiet tagħhom,

inwasslulhom bil-fedeltà kollha l-Bxara t-tajba tas-salvazzjoni

u flimkien magħhom, nimxu fit-triq li twassal għas-saltna tiegħek. It-tieni Konċelebrant


 

Ftakar, Mulej, f’ħutna N. u N. li marru qabilna

fis-sliem ta’ Kristu tiegħek u fil-mejtin kollha,

li inti biss taf il-fidi tagħhom;

daħħalhom għall-hena tad-dija ta’ wiċċek

u fil-qawmien mill-imwiet agħtihom il-milja tal-ħajja.

 

Lilna wkoll agħtina

li naslu għall-għamara ta’ dejjem

wara li ntemmu l-mixja tagħna f’din id-dinja biex ngħixu għal dejjem miegħek,

mal-Verġni Mqaddsa l-Omm ta’ Alla Marija, ma’ l-Appostli u l-Martri,

ma’ San N. (il-qaddis tal-ġurnata),

u f’xirka waħda mal-qaddisin kollha infaħħruk u nkabbruk għal dejjem. B’ġesù Kristu Ibnek.

Iċ-ċelebrant Prinċipali jew il-Konċelebranti flimkien Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA I TAR-RIKONĊILJAZZJONI

 

Prefazju

 

Sewwa u xieraq tassew li nroddulek ħajr,

Mulej, Missier qaddis

għaliex inti kollok tjieba u ħniena

u ma tehdiex tħeġġiġna għal ħajja aħjar, twegħedna bla heda l-maħfra tiegħek

u tistieden ’il midinbin

biex jafdaw biss fit-tjieba tiegħek.

Inti ma tbigħedx minna

għalkemm ksirna kemm-il darba l-patt tagħna miegħek, iżda b’Ibnek ġesù Kristu, Sidna,

inti rbatt miegħek ’il-bnedmin kollha b’rabta hekk qawwija

li xejn ma jista’ jħollha.

U issa li tajt dan iż-żmien ta’ grazzja u rikonċiljazzjoni


 

lill-poplu tiegħek, hu u jdur lejk,

agħtih il-ħajja mill-ġdid fi Kristu,

bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu li bla heda jissawwab fina,

ħa jkun ta’ servizz għall-bnedmin kollha.

Għalhekk, mistagħġbin b’dan l-għemil tiegħek ta’ ħniena, inroddulek ħajr,

u nsieħbu t-tifħir tagħna ma’ dak tal-qtajja kollha tas-sema, biex infaħħru l-qawwa ta’ mħabbtek

u nxandru l-ferħ tagħna għas-salvazzjoni li ksibna, aħna u ngħidu:

 

Qaddis, qaddis, qaddis ... Iċ-ċelebrant prinċipali

O Alla, inti sa mill-ħolqien tad-dinja, tagħmel kull ma hu meħtieġ

biex il-bniedem ikun qaddis bħalek.

Ħares għalhekk lejn dan il-poplu tiegħek li nġabar hawn u sawwab il-qawwa ta’ l-ispirtu tiegħek

fuq dawn l-offerti biex isiru għalina l-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek il-għażiż Ġesù Kristu, Sidna,

li fih aħna lkoll uliedek. Il-Konċelebranti flimkien

Meta konna mitlufin,

u ma stajniex aktar nersqu lejk,

int ħabbejtna b’imħabba liema bħalha; Ibnek il-għażiż, li hu waħdu l-ġust,

ta lilu nnifsu f’idejna

u ma stmerrx li jkun imsallab għalina. Iżda qabel ma fetaħ idejh fuq is-salib bejn is-sema u l-art

biex ikun sinjal għal dejjem tal-Patt tiegħek magħna, ried jagħmel l-ikla tal-Għid mad-dixxipli tiegħu.

U waqt li kien fuq il-mejda, ħa l-ħobż radd il-ħajr, bierek,

qasam, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal:

 

Ħudu u kulu lkoll minn dan: għax dan huwa ġismi

li jingħata għalikom.

 

Hekk ukoll, wara l-ikla,

hu li kien jaf li se jħabbeb kollox fih, bid-demm li kien se jxerred fuq is-salib, ħa l-kalci, mimli nbid,

reġa’ radd il-ħajr,


 

tah lil ħbiebu, u qal:

 

Ħudu u ixorbu minnu lkoll:

għax dan huwa l-kalċi ta’ Demmi tal-Patt il-ġdid li jibqa’ għal dejjem: id-Demm li jixxerred għalikom

u għall-bnedmin kollha għall-maħfra tad-dnubiet. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.

Dan hu l-misteru tal-fidi. U l-poplu jwieġeb:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej,

inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

 

Il-Konċelebranti flimkien

 

Għalhekk aħna u nagħmlu t-tifkira ta’ Ġesù Kristu, li hu l-Għid tagħna u sliem tassew għalina,

u niċċelebraw il-mewt u l-qawmien tiegħu għall-ħajja,

waqt li qegħdin nistennew il-jum għażiż tat-tieni miġja tiegħu, noffrulek, o Alla fidil u veru,

din il-Vittma li tikseb għall-bnedmin kollha l-grazzja tiegħek.

 

O Missier l-aktar ħanin,

fit-tjieba tiegħek ħares b’ħarsa ta’ ħniena lejn dawk li qed torbot miegħek

għax qed tagħtihom li jissieħbu

f’dan is-sagrifiċċju waħdieni ta’ Kristu; bil-qawwa ta’ l-Ispirtu qaddis tiegħek agħmel li jingħaqdu f’ġisem wieħed biex fih tintemm kull firda bejniethom.

 

L-ewwel Konċelebrant

 

żommna lkoll fehma waħda u qalb waħda

mal-Papa N., ma’ l-Isqof tagħna N. u ma’ l-Isqof N. li qed jgħinu.

Għinna nħejju l-miġja ta’ Saltnatek

sa ma tasal is-siegħa li nidhru quddiemek qaddisin fost il-Qaddisin tas-sema,

mal-Verġni Mqaddsa Marija u ma’ l-Appostli, u ma’ ħutna mejtin

li aħna nafdaw għall-ħniena tiegħek. Imbagħad, mibdulin f’ħolqien ġdid, u meħlusin minn kull taħsir,

inkunu nistgħu tassew, fiċ-ċokon tagħna,

inroddulek il-ħajr ta’ Kristu Ibnek li jgħix għal dejjem.


 

Iċ-ċelebrant prinċipali jew il-Konċelebrant flimkien

 

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA II TAR-RIKONĊILJAZZJONI

 

Prefazju

 

O Alla, Missier li tista’ kollox, b’Ibnek ġesù Kristu Sidna, inroddulek ħajr u nfaħħruk għall-ħidma tiegħek fid-dinja.

 

Għalkemm il-bnedmin jinsabu mifruda minn xulxin minħabba l-ġlied u t-tilwim bejniethom,

aħna nafu, għax ġarrabnieh, li inti tbiddel il-fehma tal-bnedmin biex jerġgħu jinħabbu bejniethom.

 

L-Ispirtu qaddis tiegħek iqanqal il-qlub biex dawk li kienu għedewwa ta’ xulxin jerġgħu jinħabbu bejniethom,

dawk li kienu wieħed kontra l-ieħor jieħdu b’idejn xulxin, u l-popli kollha jfittxu li jkunu ħbieb.

 

Bil-qawwa tiegħek

dawk li jħobbu l-paċi jwaqqfu l-ġlied, jirbħu l-mibegħda bil-maħfra

u jpattu d-deni bil-ġid.

 

Għalhekk jeħtieġ li aħna nroddulek ħajr u nfaħħruk mal-kori kollha ta’ l-anġli,

li qatt ma jehdew ixandru l-kobor tiegħek u jgħidu: Kulħadd iwieġeb:

Qaddis, qaddis, qaddis …. Iċ-ċelebrant prinċipali

Missier ħanin, int li taħkem fuq kull setgħa, aħna nberkuk b’Ibnek Ġesù Kristu, Sidna, li ġie fostna f’Ismek.


 

Hu l-kelma li biha l-bnedmin isalvaw, l-id li inti tagħti lill-midinbin,

it-triq li minnha jaslilna s-sliem tiegħek.

 

O Alla, Missier tagħna lkoll, meta aħna tbegħedna minnek,

inti reġġajtna għandek b’Ġesù Kristu Ibnek, li tajtu għall-mewt

biex aħna nitħabbu miegħek u nħobbu ’l xulxin. Il-Konċelebranti flimkien

Għalhekk aħna u niċċelebraw il-ħbibierija miegħek, li ħejja Kristu għalina,

nitolbukn biex tqaddes bil-barka ta’ l-Ispirtu tiegħek dawn l-offerti, aħna u qegħdin nagħmlu dak li ordnalna Ibnek

 

Hu meta wasal biex jagħti ħajtu ħa jsalvana, waqt li kien fuq il-mejda ma’ l-Appostli tiegħu, ħa f’idejh il-ħobż,

raddlek il-ħajr, bierek,

qasam, ta lid-dixxipli tiegħu u qal:

 

ĦUDU U KULU LKOLL MINN DAN: GĦAX DAN HUWA ĠISMI

LI JINGĦATA GĦALIKOM.

 

Hekk ukoll f’dak il-lejl

ħa l-kalċi,

u, waqt li xandar il-ħniena tiegħek, tah li-dixxipli tiegħu, u qal:

 

ĦUDU U IXORBU MINNU LKOLL:

GĦAX DAN HUWA L-KALĊI TA’ DEMMI

TAL-PATT IL-ĠDID LI JIBQA’ GĦAL DEJJEM: ID-DEMM LI JIXXERRED GĦALIKOM

U GĦALL-BNEDMIN KOLLHA GĦALL-MAĦFRA TAD-DNUBIET. AGĦMLU DAN B’TIFKIRA TIEGĦI

 

Dan hu l-misteru tal-fidi. U l-poplu jwieġeb:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.

 

Mulej, Alla tagħna,

Ibnek ħallielna dan ir-rahan ta’ mħabbtek;


 

għalhekk, aħna u qegħdin nagħmlu t-tifkira tal-mewt u l-qawmien tiegħu għall-ħajja, noffrulek dak li inti stess tajtna:

is-sagrifiċċju tal-ħbiberija sħiħa tagħna miegħek. Missier qaddis, nitolbuk,

ilqagħna lkoll ma’ Ibnek

u b’din it-tqarbina li se nagħmlu agħtina l-Ispirtu qaddis tiegħek,

ħa jbiegħed minn fostna kull ma jifridna.

 

 

L-ewwel Konċelebrant

 

Hu jżommna f’xirka waħda mal-Papa N.,

ma’ l-Isqof tagħna N., u ma’ l-Isqof N. li qiegħed jgħinu, ma’ l-Isqfijiet kollha u mal-poplu tiegħek kollu:

Agħmel li l-Knisja tiegħek tkun għall-bnedmin kollha sinjal ta’ għaqda u għajn ta sliem.

 

It-tieni Konċelebrant

 

Kif ġbartna hawn madwar il-mejda ta’ Ibnek,

f’rabta ta’ mħabba mal-Verġni mqaddsa Marija, Omm Alla, u mal-Qaddisin kollha,

hekk iġbor il-bnedmin ta’ kull sura u ta’ kull xorta, ta’ kull ġens u ta’ kull ilsien,

biex jissieħbu flimkien, f’għaqda sħiħa bejniethom, madwar il-mejda tiegħek ta’ dejjem,

f’dinja ġdida, fejn tiddi l-milja tas-sliem, Bi Kristu Sidna.

Iċ-Ċelebrant prinċipali jew il-Konċelebrant flimkien Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla, Missier li tista’ kollox,

flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu kull ġieħ u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA I FIL-QUDDIESA GĦAT-TFAL

 

 

V. Il-Mulej magħkom.

R. U miegħek ukoll.


 

V. Nerfgħu qlubna ’l fuq.

R. Nerfgħuhom lejn il-Mulej.

 

V. Niżżu ħajr lill-Mulej Alla tagħna.

R. Hekk sewwa u xieraq.

 

O Alla, Missierna li inti fis-smewwiet, Int ġbartna hawn flimkien,

u aħna qegħdin quddiemek

biex nuruk il-ferħ tagħna u nagħtuk it-tifħir tagħna, u ngħidulek kemm int kbir fis-setgħa tiegħek.

Infaħħruk għal kull ħaġa sabiħa li hawn fid-dinja, u għall-ferħ li bih timla qlubna.

Infaħħruk għad-dawl sabiħ tax-xemx,

u għall-kelma tiegħek li biha ddawwal il-qlub tagħna.

Infaħħruk għad-dinja li int ħlaqt, u għall-bnedmin li jgħammru fiha.

Int tassew twajjeb

għaliex tħobbna u tagħmel ħwejjeġ kbar għalina. Għalhekk aħna lkoll flimkien ngħidulek (inkantaw):

 

Kulħadd jgħid:

Is-sema u l-art mimlija bil-glorja tiegħek. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Int Missierna u dejjem taħseb fil-bnedmin kollha, U trid tkun dejjem magħhom;

Inti bgħattilna ’l Ġesù, ’l Ibnek il-maħbub, biex isalvana:

Hu fejjaq ’il morda,

ħafer id-dnubiet lill-midinbin,

wera lil kulħadd l-imħabba tiegħek, u laqa’ lit-tfal u berikhom.

Għalhekk minn qalbna ngħidulek (inkantaw):

 

Kulħadd jgħid:

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Meta nfaħħruk, m’aħniex waħedna għaliex fil-pajjiżi kollha tad-dinja,

l-insara, li huma l-poplu tiegħek, ifaħħruk. għalhekk flimkien mal-Knisja,

mal-Papa N.,

ma’ l-Isqof tagħna N. u ma’ l-Isoqf N. li qed jgħinu, aħna nitolbuk b’qalbna kollha.

Fis-sema mbagħad ifaħħruk għal dejjem l-Imqaddsa Verġni Marija,

l-Appostli u l-Qaddisin kollha:


 

magħhom u ma’ l-Anġli kollha nadurawk u ngħidulek ilkoll flimkien:

 

Kulħadd jgħid:

Qaddis, qaddis, qaddis, Mulej Alla ta’ l-eżerċiti. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Missier qaddis,

għaliex irridu nroddulek ħajr  aħna ġibna l-ħobż u l-inbid: agħmel li jsiru l-ġisem u d-Demm ta’ Ġesù Kristu, Ibnek il-għażiż.

 

B’hekk inkunu nistgħu noffrulek dak li int stess tajtna. Għaliex dak in-nhar filgħaxija, qabel ma bata għalina, huwa u jiekol ma’l-Appostli,

Ġesù ħa l-ħobż minn fuq il-mejda, raddlek il-ħajr, bierek,

qasmu, tahulhom u qal:

 

ĦUDU U KULU LKOLL MINN DAN: GĦAX DAN HUWA ĠISMI

LI JINGĦATA GĦALIKOM.

 

U meta l-ikla waslet fit-tmiem tagħha,

Ġesù ħa l-kalċi, mimli nbid, raddlek il-ħajr,

tah il-ħbiebu, u qal:

 

ĦUDU U IXORBU MINNU LKOLL:

GħAX DAN HUWA L-KALĊI TA’ DEMMI

TAL-PATT IL-ĠDID LI JIBQA’ GĦAL DEJJEM: ID-DEMM LI JIXXERRED GĦALIKOM

U GĦALL-BNEDMIN KOLLHA GĦALL-MAĦFRA TAD-DNUBIET.

 

Imbagħad qalilhom:

AGĦMLU DAN B’TIFKIRA TIEGħI

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Missier qaddis, dak li ġesù Kristu qalilna biex nagħmlu b’tifkira tiegħu, aħna qegħdin nagħmluh issa:

aħna qegħdin noffrulek il-ħobż li jagħti l-ħajja u l-kalċi li jsalvana

waqt li qegħdin inxandru l-mewt ta’ Ġesù u l-qawmien tiegħu għall-ħajja.

Ġesù jwassalna għandek,


 

Il-Missier tagħna tas-smewwiet: ilqagħna miegħu.

 

Kulħadd jgħid:

Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, Inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, Nistennewk sa ma tiġi bil-glorja.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Missier qaddis, inti tħobbna ħafna: ħallina nersqu għal din il-mejda tiegħek

biex, kollna ferħana u magħqudin flimkien fl-Ispirtu tiegħek, nitqarbnu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna.

 

Int, Mulej, Alla tagħna, qatt ma tinsa ’l ħadd,

għalhekk nitolbuk għal dawk kollha li aħna nħobbu N. u N. u għall-mejtin kollha li ħallew din il-ħajja bis-sliem.

Ftakar f’dawk kollha mxerrdin mad-dinja, ftakar fil-bnedmin kollha li hawn fuq l-art.

Meta aħna niftakru f’dak kollu li tagħmel għalina b’Ibnek Ġesù Kristu,

qalbna timtela bil-ferħ u lkoll flimkien nfaħħruk.

 

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu, jingħata lilek Alla Missier li tista’ kollox kull ġieh u glorja

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Kulħadd jgħid:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA II FIL-QUDDIESA GĦAT-TFAL

 

V. Il-Mulej magħkom.

R. U miegħek ukoll.

 

V. Nerfgħu qlubna ’l fuq.

R. Nerfgħuhom lejn il-Mulej.

 

V. Niżżu ħajr lill-Mulej Alla tagħna.

R. Hekk sewwa u xieraq.

 

Prefazju

Missier maħbub tagħna,

dan hu mument ta’ ferħ kbir għalina! Aħna nroddulek ħajr,

aħna nfaħħruk flimkien ma’ Ġesù Kristu, Ibnek, Sidna.


 

Kulħadd jgħid:

Glorja lilek, għax inti tħobbna lkoll!

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Int tant tħobbna

li ħlaqt għalina din id-dinja kbira u sabiħa.

 

Kulħadd jgħid:

Glorja lilek, għax inti tħobbna lkoll!

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Int tant tħobbna

li tajtna lil Ġesù Ibnek biex iwassalna għandek.

 

Kulħadd jgħid:

Glorja lilek, għax inti tħobbna lkoll!

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Int tant tħobbna

li tridna ninġabru lkoll flimkien fi Kristu qisna lkoll ulied ta’ familja waħda.

 

Kulħadd jgħid:

Glorja lilek, għax inti tħobbna lkoll!

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Għal din l-imħabba tiegħek hekk kbira, aħna lkoll inroddulek ħajr

ma’ l-Anġli u l-Qaddisin,

li fis-sema jadurawk u jgħidulek:

 

Kulħadd jgħid:

Qaddis, qaddis, qaddis, Mulej Alla ta’ l-eżerċiti. Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glirja tiegħek.

Hosanna fl-għoli tas-smewwiet. Imbierek min ġej f’isem il-Mulej. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Ikun tassew imbierek Ġesù,

il-ħabib tat-tfal u tal-fqar. Int bgħattulna,

u Hu ġie biex jurina kif għandna nħobbu lilek u kif għandna nħobbu lil xulxin.

Hu ġie biex minn qlub il-bnedmin ineħħi l-ħażen, li jfixkel il-ħbiberija bejniethom.

Hu ġie biex jeqred il-mibgħeda li ma tħalliniex inkunu ferħana.


 

Hu wiegħed li jagħtina l-Ispirtu s-Santu biex ikun dejjem magħna

ħalli ngħixu l-istess ħajja tiegħek.

 

Kulħad jgħid:

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Lilek, Missier, nitolbuk:

ibgħat l-Ispirtu qaddis tiegħek

biex dan il-ħobż u l-inbid li ġibna fuq l-artal, isiru l-Ġisem u d-Demm

ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Hu, awl il-lejl qabel ma bata għalina,

uriena kemm hi kbira l-imħabba tiegħu għalina, meta huwa u jiekol mad-dixxipli tiegħu,

ħa l-ħobż raddlek il-ħajr,

qasmu, tahulhom, u qal:

 

ĦUDU U KULU LKOLL MINN DAN: GħAX DAN HUWA ĠISMI

LI JINGĦATA GĦALIKOM.

 

Juri l-ostja kkonsagrata lill-poplu, waqt li kulħadd jgħid:

Ġesù Kristu ġie mogħti għalina!

 

Is-saċerdot, ikompli:

Imbagħad ħa l-kalċi, mimli nbid, talab u raddlek il-ħajr,

ta l-kalċi lid-dixxipli tiegħu u qal:

 

 

ĦUDU U IXORBU MINNU LKOLL:

GħAX DAN HUWA L-KALĊI TA’ DEMMI

TAL-PATT IL-ĠDID LI JIBQA’ GĦAL DEJJEM: ID-DEMM LI JIXXERRED  GĦALIKOM

U GĦALL-BNEDMIN KOLLHA

GĦALL-MAĦFRA TAD-DNUBIET.

 

Kulħadd jghid:

Ġesù Kristu ġie mogħti għalina!

 

Is-saċerdot, ikompli: Imbagħad qalilhom:

AGĦMLU DAN B’TIFKIRA TIEGĦI.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Missier l-aktar maħbub, għalhekk aħna nagħmlu dan


 

b’tifkira tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, is-Salvatur tad-dinja. Hu ta lilu nnifsu u miet għalina,

biex ikun is-sagrifiċċju li issa qegħdin noffrulek,

ħalli bih ninġibdu lejk.

 

Kulħadd iwieġeb:

Glorja u tifħir lil Alla tagħna. Jew:

Lilek infaħħru, lilek inbierku, lilek inroddu ħajr, o Alla tagħna.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Mulej Alla tagħna, ilqa’ t-talb li qegħdin nagħmulek, u agħti l-Ispirtu ta’ mħabbtek

lil dawk kollha li qegħdin jieħdu sehem f’din il-Quddiesa. Agħmel li jkunu dejjem magħqudin flimkien fil-Knisja, mal-Papa N.,

ma’ l-Isqof tagħna N., ma’ l-Isqof N. li qed igħinu u ma’ l-Isqfijiet kollha,

u ma’ dawk kollha li jaqduk fost il-poplu tiegħek.

 

Kulħadd, jekk ikun jaqbel, iwieġeb:

Ħa jkunu qalb waħda flimkien għall-glorja tiegħek!

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli: Tinsiex lil dawk li nħobbu (…)

tinsiex lanqas lil dawk li forsi ma tantx nuruhom imħabba.

Ftakar ukoll f’dawk kollha li ħallew il-ħajja bis-sliem tiegħek (…):

ilqagħhom fid-dar tiegħek tas-sema.

 

Kulħadd iwieġeb:

Ħa jkunu qalb waħda flimkien għall-glorja tiegħek!

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

U meta jasal il-waqt, lilna wkoll sejħilna

biex, mal-Verġni Mqaddsa Marija, Omm Alla u Ommna, niċċelebraw il-festa kbira tiegħek fis-sema,

fejn il-ħbieb kollha ta’ Ġesù Kristu, Ibnek Sidna, ikantawlek innu li ma jintemm qatt.

 

Kulħadd jekk ikun jaqbel, iwieġeb:

ħa jkunu qalb waħda flimkien għall-glorja tiegħek!

 

Is-saċerdot, ikompli:

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja,

għal dejjem ta’ dejjem.


 

Kulħadd iwieġeb:

Amen.

 

TALBA EWKARISTIKA III FIL-QUDDIESA GĦAT-TFAL

 

 

V. Il-Mulej magħkom.

R. U miegħek ukoll.

 

V. Nerfgħu qlubna ’l fuq.

R. Nerfgħuhom lejn il-Mulej.

 

V. Niżżu ħajr lill-Mulej Alla tagħna.

R. Hekk sewwa u xieraq.

 

Prefazju

Inroddulek ħajr, o Alla tagħna, għax ħlaqtna

biex ngħixu għalik,

maqgħqudin flimkien fl-imħabba.

Bil-grazzja tiegħek nitgħallmu nħobbu ’l xulxin,

ħa nkunu nistgħu naqsmu bejnietna

il-ferħ kollu u d-dwejjaq kollha tagħna.

 

 

Fi żmien il-Għid

 

Inroddulek ħajr, o Alla tagħna, għaliex inti Alla tal-ħajjin:

inti sejjaħtilna għall-ħajja

u trid li naslu għall-hena ta’ dejjem.

L-ewwel wieħed fostna li int qajjimt mill-imwiet kien Ġesù: Int tajtu ħajja ġdida,

u Hu wegħedna ħajja bla tmiem, bla niket u bla dwejjaq.

 

Ta’ dan, Missier, Inroddulek ħajr, ferħanin,

ma’ dawk kollha li jemmnu fik; u mal-Qaddisin u l-Anġli kollha

infaħħruk minn qalbna u ngħidulek:

 

Qaddis, qaddis, qaddis, Mulej Alla ta’ l-eżerċti Is-smewwiet u l-art mimlija bil-glorja tiegħek Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej. Hosanna fl-għoli tas-smewwiet.

 

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:


 

Qaddis tassew int, Mulej, u twajjeb magħna lkoll.

Int turi l-ħniena tiegħek mal-bnedmin kollha,

Inroddulek ħajr

l-ewwelnett għal Ibnek Ġesù Kristu Sidna:

Hu għoġbu jiġi fid-dinja

għaliex il-bnedmin kienu tbiegħdu minnek, u ma kinux aktar jaqblu bejniethom.

Hu fetħilna għajnejna u widnejna Biex nifhmu li aħna lkoll aħwa  U inti l-Missier ta’ kulħadd.

 

Fi żmien il-Għid

 

Qaddis tassew int, Mulej, u twajjeb magħna lkoll.

Int turi l-ħniena tiegħek mal-bnedmin kollha.

Inroddulek ħajr

l-ewwelnett għal Ibnek Ġesù Kristu Sidna:

Hu wasslilna l-Bxara t-tajba ta’ ħajja ġdida bla tmiem fil-glorja miegħek.

Hu mexa quddiemna

biex, b’ħafna għemil ta’ mħabba, jurina t-triq li minnha ngħaddu ħa naslu għal din il-ħajja.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

U issa Ġesù sejħilna biex ninġabru hawn flimkien għax iridna nagħmlu dak li darba għamel Hu.

 

Missier maħbub, qaddes dan il-ħobż u dan l-inbid biex isiru għalina l-ġisem u d-Demm

ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna.

 

Hu, fil-lejl

qabel miet għalina,

fl-Aħħar Ikla mad-dixxipli tiegħu,

ħa l-ħobż, raddlek il-ħajr,

qasmu, tahulhom u qal:

 

HUDU U KULU LKOLL MINN DAN: GĦAX DAN HUWA ĠISMI

LI JINGĦATA GĦALIKOM.

 

Hekk ukoll, ħa l-kalċi, mimli nbid, raddlek il-ħajr

tah lid-dixxipli tiegħu, u qal:


 

ĦUDU U IXORBU MINNU LKOLL:

GĦAX DAN HUWA L-KALĊI TA’ DEMMI

TAL-PATT IL-ĠDID LI JIBQA’ GĦAL DEJJEM: ID-DEMM LI JIXXERRED GĦALIKOM

U GĦALL-BNEDMIN KOLLHA GĦALL-MAĦFRA TAD-DNUBIET.

 

Imbagħad qalilhom:

AGĦMLU DAN B’TIFKIRA TIEGĦI.

 

Għalhekk, Missier qaddis, qegħdin quddiemek, biex fil-ferħ niftakru

f’dak kollu li Ġesù għamel biex isalvana. F’dan is-sagrifiċċju qaddis,

li hu ħalla lill-Knisja tiegħu,

aħna nagħmlu t-tifkira tal-mewt u l-qawmien tiegħu għall-ħajja.

 

Missier qaddis, li inti fis-smewwiet, ilqagħna għandek

flimkien ma’ Ibnek il-għażiż. Hu ħa l-mewt min rajh għalina; Inti qajjimtu mill-imwiet: Għalhekk ngħidulek:

 

Kulħadd iwieġeb:

Lilek, o Alla, infaħħru għax inti tajjeb, Lilek inroddu ħajr.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Hu, Ġesù, fl-aħħar taż-żmien għandu jiġi fil-glorja, u fis-saltna tiegħu ma jkunx hemm aktar

min ibati l-faqar, min jibki, min ikun imdejjaq.

 

Kulħadd iwieġeb:

Lilek, o Alla, infaħħru għax inti tajjeb, Lilek inroddu ħajr.

 

Is-saċerdot, b’idejħ miftuħin, ikompli:

Missier qaddis, inti sejjaħtilna

biex mimlijin bil-ferħ li jagħti l-Ispirtu s-Santu, minn fuq dan l-artal

nitqarbnu bil-Ġisem ta’ Kristu: agħmel

li bil-qawwa ta’ dan l-ikel tas-sema  nogħġbuk dejjem aktar minn jum għall-ieħor.

 

Ftakar, Mulej , fil-Papa N.,

fl-Isqof tagħna N., fl-Isqof N., li qed igħinu u fl-Isqfijiet l-oħra kollha. Għin lid-dixxipli kollha tal-Mulej


 

ħa jaħdmu għall-paċi u s-sliem

biex iwasslu l-hena u l-ferħ lil kulħadd. Fi żmien il-Għid

Missier qaddis, inti sejjaħtilna

biex mimlijin bil-ferħ li jagħti l-Ispirtu s-Santu, minn fuq dan l-artal nitqarbnu bil-ġisem ta’ Kristu: agħmel

li bil-qawwa ta’ dan l-ikel tas-sema  nogħġbuk dejjem aktar minn jum għall-ieħor. Ftakar, Mulej, fil-Papa N.

fl-Isqof tagħna N., u fl-Isqfijiet l-oħra kollha.

Agħmel li qlub l-insara

jimtlew b’dan il-ferħ ta’ l-Għid, imxerred ma’ kullimkien fid-dinja, biex iwassluh lill-bnedmin kollha li huma mdejqin.

Lilna lkoll agħtina

li, mal-Verġni Mqaddsa Marija, Omm Alla, u mal-Qaddisin kollha,

meta jasal il-waqt, inkunu ma’ Kristu fis-sema

ħa noqgħodu miegħek għal dejjem.

 

Bi Kristu, ma’ Kristu, u fi Kristu,

jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu,

kull ġieh u glorja,

għal dejjem ta’ dejjem.

 

Kulħadd iwieġeb:

Amen.

 

IR-RIT TAT-TQARBIN

 

Is-saċerdot jerġa’ jqiegħed il-kalċi u l-patena bl-ostja fuq il-korporal, jgħaqqad idejh ma’ xulxin u jgħid:

Ejjew nitolbu

kif għallimna u riedna nagħmlu l-Iben ta’ Alla għas-salvazzjoni tagħna.

 

Jiftaħ idejh u, flimkien mal-poplu, ikompli:

 

Missierna, li inti fis-smewwiet: jitqaddes ismek;

tiġi saltnatek;

Ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum; aħfrilna dnubietna,

bħalma naħfru lil min hu ħati għalina: u la ddaħħalniex fit-tiġrib;

iżda eħlisna mid-deni.


 

B’idejh miftuħin, is-saċerdot waħdu jkompli jgħid:

 

Eħlisna, nitolbuk, Mulej minn kull deni; agħtina, fit-tjieba u l-ħniena tiegħek,

Il-paċi fi żmienna,

biex inkunu ħielsa dejjem mid-dnub u mħarsa minn kull inkwiet,

aħna u nitennew u nittamaw il-hena

u l-miġja tas-Salvatur tagħna Ġesu’ Kristu.

 

Jgħaqqad idejh.

Il-poplu jtemm it-talba billi jgħid:

Għax tiegħek hi s-saltna, il-qawwa u l-glorja għal dejjem. Imbagħad is-saċerdot jiftaħ idejh u jgħid b’leħen ċar:

Mulej Ġesu’ Kristu,

li għidt lill-Appostli tiegħek:

inħallilkom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi: la tħarisx lejn dnubietna,

iżda ħares lejn il-fidi tal-Knisja tiegħek; Agħtiha s-sliem u l-għaqda li int trid fiha.

 

Jgħaqqad idejh

Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.

 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

Is-saċerdot, b’wiċċu lejn il-poplu, jiftaħ idejh u jerġa’ jgħaqqadhom, waqt li jgħid: Il-paċi tal-Mulej tkun dejjem magħkom.

 

Il-poplu jwieġeb: U miegħek ukoll.

 

Imbagħad, skond iċ-ċirkustanzi, id-djaknu, jew is-saċerdot, jgħid: Agħtu l-paċi lil xulxin.

 

U kulħadd, skond id-drawwiet tal-post, wieħed lil ieħor jagħti sinjal ta’ paċi u mħabba. Is-saċerdot jagħti l-paċi lid-djaknu jew lill-ministru.

Imbagħad jieħu l-ostja f’idejh, jaqsamha fuq il-patena, jitfa’ biċċa żgħira minnha fil- kalċi, u minn taħt l-ilsien jgħid:

Il-Ġisem flimkien mad-Demm ta’ Sidna Ġesu’ Kristu jkunu jiswew lilna, li se nitqarbnu bihom.

 

Sadattant jitkanta jew jingħad:

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina. Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina. Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, agħtina l-paċi.


 

Jekk il-qsim tal-ħobż jieħu ż-żmien, din it-talba tista’ tibqa’ tingħad sakemm jintemm qsim il-ħobż, iżda fl-aħħar dejjem jingħad: Agħtina l-paċi.

 

Imbagħad is-saċerdot jgħaqqad idejh ma’ xulxin u, minn taħt l-ilsien, jgħid:

Mulej Ġesu’ Kristu, Bin Alla l-ħaj,

bil-mewt tiegħek, kif ried minnek il-Missier, u bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu,

Int tajt il-ħajja lid-dinja:

B’dan il-Ġisem u d-Demm qaddis tiegħek Eħlisni minn ħtijieti kollha u minn kull ħażen,

żommni dejjem fidil lejn il-kmandamenti tiegħek, u tħallini qatt ninfired minnek.

 

Jew:

Mulej Ġesu’ Kristu, nitolbok

li din it-tqarbina bil-Ġisem u d-Demm tiegħek ma tkunx il-kundanna tiegħi,

iżda għall ħniena tiegħek,

tkun għalija l-ħarsien u l-fejqan ta’ ruħi u ġismi.

 

Is-saċerdot jagħmel ġenuflessjoni, jieħu f’idu l-ostja, iżommha kemm kemm merfugħa ‘l fuq, fuq il-patena, u b’wiċċu lejn il-poplu u b’leħen ċar jgħid: Dan u l-Ħaruf t’Alla, dan hu li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Ħenjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tal-Ħaruf.

 

U flimkien mal-poplu jgħid darba:

Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi, iżda għid kelma waħda, u ruħi tkun imfejqa.

 

Is-saċerdot, b’wiċċu lejn l-artal, jgħid minn taħt l-ilsien:

Il-Ġisem ta’ Kristu jħarisni għall-ħajja ta’ dejjem.

 

U bil-qima kollha jitqarben bil-Ġisem ta’ Kristu: Imbagħad jieħu l-kalċi f’idejh u jgħid minn taħt l-ilsien: Id-Demm ta’ Kristu jħarisni għall-ħajja ta’ dejjem.

 

U bil-qima kollha jitqarben bid-Demm ta’ Kristu.

Imbagħad jieħu f’idejh, il-patena jew pissidi, jersaq lejn dawk li jkunu se jitqarbnu, juri ostja kemm kemm merfugħa quddiem kull wieħed u jgħidlu:

Il-Ġisem ta’ Kristu.

 

Min ikun qiegħed jitqarben iwieġeb:

Amen.

 

U jitqarben.

Hekk ukoll jagħmel id-djaknu jew l-akkoltu, jekk iqarben.

Fit-tqarbin biż-żewġ speċi jinżamm ir-rit kif inhu mfisser f’postu.

Waqt li s-saċerdot ikun qiegħed jitqarben bil-Ġisem ta’ Kristu jinbeda l-kant għat- tqarin.

Wara t-tqarbin, is-saċerdot jew djakmu jew akkoltu jippurifika l-patena fuq il-kalċi,


 

kif ukoll l-istess kalċi:

Waqt il-purifikazzjoni s-saċerdot jgħid minn taħt l-ilsien:

Għamel, Mulej li nilqgħu b’qalb safja l-ikel u x-xorb li ħadna,

biex dan id-don li tajtna issa

jkun jiswielna għall-ħajja ta’ dejjem.

 

Imbagħad is-saċerdot jista’ jerġa’ jmur fuq is-sedja. Skond iċ-ċirkustanzi, jista’ jinżamm ftit skiet, jew jingħad salm jew kantiku ta’ tifħir.

Imbagħad is-saċerdot, wieqaf quddiem is-sedja jew f’nofs l-artal jgħid:

Nitolbu.

 

U kulħadd, flimkien mas-saċerdot, joqgħod jitlob fis-skiet għal ftit ħin, jekk is-skiet ma jkunx ġa nżamm.

Imbagħad is-saċerdot, b’idejh miftuħin, għid it-talba ta’ wara t-tqarbin, li għaliha l- poplu jwieġeb:

Amen.

 

IR-RIT TA’ L-GĦELUQ

 

Imbagħad, jekk ikun hemm, jingħataw avviżi qsar lill-poplu. Wara dan, is-saċerdot, b’wiċċu lejn il-poplu, jiftaħ idejh u jgħid: Il-Mulej magħkom.

 

Il-poplu jwieġeb:

U miegħek ukoll.

 

Is-saċerdot ibierek il-poplu u jgħid:

Iberikkom Alla li jista’ kollox,

Il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.

Il-poplu jwieġeb:

Amen

 

Jekk ikun Isqof jgħid:

Ikun imbierek isem il-Mulej.

 

Il-poplu jwieġeb:

Minn issa u għal dejjem.

 

L-Isqof:

Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej.

 

Il-Poplu:

Li għamel is-sema u l-art.

 

L-Isqof:

Iberikkom Alla li jista’ kollix,

Il-Missier, u l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.


 

Il-poplu jwieġeb:

Amen.

 

F’ġie ġranet jew okkażjonijiet, qabel din il-barka, tingħad skond ir-rubriki barka oħra aktar solenni jew talba fuq il-poplu.

Imbagħad id-djaknu, jew is-saċerdot stess, b’idejh magħqudin ma’ xulxin u wiċċu lejn il-poplu, jgħid:

Morru fil-paċi ta’ Kristu.

 

Il-popli jwieġeb:

Inroddu ħajr lil Alla.

 

Is-saċerdot ibus l-artal, bħal fil-bidu tal-Quddiesa, flimkien mal-ministri jagħmel inklinazzjoni profonda lill-artal, u jidħol ġewwa.

 

Jekk minnufih wara l-Quddiesa ssir azzjoni liturġika oħra, ir-rit ta’ l-għeluq jitħalla barra.