
Servizz kbir lill-Knisja u lis-soċjetà ...
In-Nunzju tal-Vatikan
fil-Ġnus Magħquda, Mons Silvano Maria Tomasi qal lill
volontari ta’ “Uno di Noi” (Wieħed Minna): “Qed tagħmlu
servizz kbir lill-Knisja u lis-soċjetà”
Rimini, 22 Awwissu 2013 (Zenit.org)
Il-Papa
Benedittu XVI ukoll kien
tkellem dwar din l-inizjattiva
"Insellem lill-Moviment għall-Ħajja u
nawguralhom suċċess fl-inizjattiva
“Wiehed Minna”. Grazzi. Jalla l-Ewropa
tkun dejjem il-post fejn kull bniedem
ikun imħares fid-dinjità tiegħu."
Angelus, 3 ta' Frar 2013. |
IFFIRMA ONLINE
ikklikkja hawn
► |
EĦFEF TIFFIRMA ONLINE
Ikun eħfef għalik u għall-organizzaturi
jekk inti tiffirma direttament online.
Dan tista’ tagħmlu billi tidħol f’dan
is-sit …
(is-sit tnehha)
Wara ikklikkja fuq il-kelma Support.
Mill-fomrola li tinfetaħ għażel
il-pajjiż Malta, imbagħad kompli biex
timla il-kumplament tal-formola.
|
|
|
IL-PAPA
FRANĠISKU DWAR L-INIZJATTIVA
One of Us
"Insellem lill-parteċipanti tal-Mixja għall-ħajja
li saret dalgħodu f’Ruma u nistieden lil kulħadd biex ikomplu
jkunu attenti fuq din it-tema tant importanti tar-rispett
għall-ħajja umana sa mill-ewwel mument tat-tnissil. F’dan
ir-rigward, irrid insemmi l-ġbir ta’ firem li qed isir
fil-parroċċi Taljani biex jagħtu appoġġ għall-inizjattiva
“Wieħed Minna” (Uno di Noi) fl-Ewropa u li hi maħsuba
biex tiggarantixxi protezzjoni legali lill-embrijun, li
tipproteġi lil kull bniedem sa mill-ewwel mument tal-eżistenza
tiegħu. Mument speċjali għal dawk li għandhom għal qalbhom id-difiża
tal-qdusija tal-ħajja umana se jkun “Jum l-Evanġelium Vitae”,
li ser isir hawn fil-Vatikan fil-15 u s-16 ta’ Ġunju li ġej,
fil-kuntest tas-Sena tal-Fidi."
Papa Franġisku, Regina
Coeli, 12 ta' Mejju 2013.
FORMOLA
GĦALL-ĠBIR TAL-FIREM
NOTI
IMPORTANTI:
Il-firmatarji
għandhom ikunu ĊITTADINI ADULTI (18+) TAR-REPUBBLIKA
TA' MALTA u d-dettalji mitluba għandhom jitniżżlu
KOLLHA U B'ITTRI KBAR.
Għal persuni
b'ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni
Ewropea dawn mitluba jappoġġaw l-inizzjattiva billi
jżuru
http://www.oneofus.eu. F'każ ta' bżonn jistgħu
jidħlu f'kuntatt mal-koordinatur nazzjonali. Min
mhux ċittadin tal-UE ma jistax jiffirma.
Dawn
il-formoli għandhom jintużaw biss sa nofs Ottubru,
l-aħħar ħmistax ta' Ottubru għandhom jintużaw jew
il-formoli uffiċjali approvati mill-Kummissjoni
Ewropea jew is-sistema fuq l-internet direttament.
Dan minħabba l-ħin rikjest biex nipproċessaw
il-formoli li qed ngħaddilek ma' dan il-messaġġ.
Formoli
mimlija ghandhom ikunu mibgħuta lil Dr Edric
Micallef Figallo, fl-indirizz:-
Min jixtieq
jgħin fil-ġbir tal-firem jew għal aktar
informazzjoni żur
http://www.oneofus.eu
|
|

Nitolbuk tiffirma biex ...
fl-Unjoni
Ewropea jkun hemm
...
Protezzjoni
ġuridika tad-dinjità, id-dritt għall-ħajja u l-integrità ta’
kull persuna umana mill-konċepiment f’dawk l-oqsma li jaqgħu
taħt il-kompetenza tal-UE li fihom l-istess protezzjoni hija
ta’ importanza relevanti”.
u biex ...
L-embrijun uman jistħoqqlu r-rispett għad-dinjità u
l-integrità tiegħu. Dan kien konfermat fis-sentenza tal-QĠUE
(Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea) fil-każ ta’ Brustle
vs. Greenpeace, li fiha l-embrijun uman ġie definit bħala
l-bidu tal-iżvilupp tal-bniedem. Biex tiggarantixxi koerenza
fis-setturi tal-kompetenza tagħha, fejn il-ħajja hija mhedda
l-embriju uman, l-UE għandha tistabbilixxi projbizzjoni u
twaqqaf darba għal dejjem il-finanzjament ta’ attivitajiet
li jinvolvu qerda tal-embrijun uman, partikolarment f’oqsma
ta’ riċerka, għajnuna għall-iżvilupp, u sanità pubblika.
WIEĦED MINNA
ONE OF US
bl-Ingliż jew
UNO DI NOI
bit-Taljan, hija inizzjattiva taċ-ċittadini Ewropej li
qegħda tipproponi li l-Unjoni Ewropea ma tiffinanzjax
attivitajiet u programmi li jwasslu għall-qerda tal-embrijun
uman.
WIEĦED MINNA
hija mbuttata minn movimenti favur il-ħajja minn madwar
l-Unjoni Ewropea. Bl-appoġġ tiegħek int tgħin fid-difiża
tal-ħajja umana innoċenti fejn jidħlu lkompetenzi tal-Unjoni
Ewropea, biex b'hekk titkattar aktar kultura favur il-ħajja
biex kull bniedem li għadu ma twelidx jitqies tassew bħal ma
hu: “WIEĦED MINNA”.
L-ISQOF MARIO GRECH
"Din
hija inizjattiva nobbli ..."
"Fl-Unjoni
Ewropea bħalissa għaddejja dik li tissejjaħ European
Citizens’ initiative ONE OF US biex jingabru firem
bizzejjed biex il-Parlament Ewropew jiġi mgħarraf li aħna
ċ-ċittadin Ewropej inzommu li l-embrijun huwa wieħed minna u
għalhekk għandu jiġi protett bil-ligijiet. Din hija
inizjattiva nobbli u importanti li wieħed jiffirmaha biex
l-Ewropa ma tittradixxix iċ-ċivilta’ tagħha favur il-ħajja.
Inħeġġeġ lill-Azzjoni Kattolika biex taħdem aktar ħalli jkun
kotran l-għadd ta’ dawk li jiffirmaw din l-inizjattiva."
Aqra d-diskors kollu ...
|