Laikos

 

Litanija ta’ San Ġużepp

 * Aġġornata bl-invokazzjonijiet ta’ April 2021

 

Mulej, ħniena,

Kristu, ħniena,

Mulej, ħniena,

Kristu, ismagħna,

Kristu, ilqa’ t-talb tagħna,

 

Missier Etern, Alla, Ħenn għalina

Iben, Alla, li fdejt id-dinja, Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, Alla, Ħenn għalina

Trinità Qaddisa, Alla wieħed, Ħenn għalina

 

Imqaddsa Marija, Itlob għalina

Imqaddes Ġużeppi, Itlob għalina

Iben glorjuż ta’ David, Itlob għalina

Dawl tal-Patrijarki, Itlob għalina

Għarus tal-Verġni Omm Alla, Itlob għalina

 

Ħarries tal-Feddej, Itlob għalina *

Ħarries safi tal-Verġni Marija, Itlob għalina

Int li ħsibt għall-għajxien tal-Iben t’Alla, Itlob għalina

Int li bi bżulitek ħarist lil Kristu, Itlob għalina

Qaddej ta’ Kristu, Itlob għalina *

 

Ministru tas-salvazzjoni, Itlob għalina *

Kap tal-Familja Mqaddsa, Itlob għalina

Ġużeppi kollok qdusija, Itlob għalina

Ġużeppi kollok safa, Itlob għalina

Ġużeppi kollok għaqal, Itlob għalina

 

Ġużeppi kollok ubbidejnza, Itlob għalina

Ġużeppi, qaddej l-aktar fidil, Itlob għalina

Mera ta’ sabar, Itlob għalina

Ħabib kbir tal-faqar, Itlob għalina

Xempju tal-ħaddiema, Itlob għalina

 

Ġieħ u żina tal-ħajja tad-dar, Itlob għalina

Ħarsien tal-verġni, Itlob għalina

Sur qawwi ta’ kull familja, Itlob għalina

Għajnuna fid-diffikultajiet, Itlob għalina *

Faraġ tal-imsejknin, Itlob għalina *

 

Tama tal-morda, Itlob għalina

Patrun tal-eżiljati, Itlob għalina *

Patrun tal-foqra, Itlob għalina *

Patrun tal-moribondi, Itlob għalina

Biża tal-infern, Itlob għalina

Protettur tal-Knisja Mqaddsa, Itlob għalina

 

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.

 

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

 

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja.

Ħenn għalina, Mulej.

 

Alla qiegħdu sid fuq id-dar tiegħu.

U ħakem fuq kulma għandu.

 

Nitolbu. O Alla, li fil-providenza tiegħek tal-għaġeb għoġbok taħtar lil San Ġużepp bħala Għarus tal-Omm Imqaddsa tiegħek, agħmel, nitolbuk, li kif qegħdin nagħtuh ġieħ fuq l-art bħala Protettur tagħna, hekk ukoll ikun jistħoqqilna li jidħol għalina fis-sema. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

 

It-Talb fl-Aħħar

U int, maħbub San Ġużepp, nitolbuk li taċċetta dan is-sehem fqajjar tiegħi li għamilt għall-ġieħ tiegħek u nitolbok li taqlagħli mingħand Ġesù u Marija l-grazzji spiritwali u temporali li għandi bżonn. Ftakar ukoll, nitolbok, fl-agonizzanti ta’ dan il-jum. Amen.

 

* Miżjuda mal-Litanija f'April 2021