IL-LITANIJA
TAR-RIKONĊILJAZZJONI
Il-bnedmin
kollha dinbu u ċċaħħdu
mill-glorja ta’ Alla.
Rum 3:32
Il-mibegħda li
tifred ġens minn ġens, razza
minn razza, klassi minn klassi.
Missier, aħfrilna.
Ix-xenqa bla
rażan tal-popli u l-ġnus li
jaħtfu dak li mhuwiex tagħhom.
Missier, aħfrilna.
Ir-regħba li
tisfrutta xogħol idejn
il-bniedem u teqred l-art.
Missier, aħfrilna.
L-għira tagħna
għall-ġid u l-ferħ tal-oħrajn.
Missier, aħfrilna.
L-indifferenza
tagħna għall-karba tal-ħabsin,
tal-foqra bla saqaf fuq rashom,
tar-rifuġjat. Missier,
aħfrilna.
Iż-żina li
tbaxxi l-ġisem ta’ rġiel, nisa u
tfal. Missier, aħfrilna.
Il-kburija li
twassalna biex nafdaw fina
nfusna u mhux f’Alla.
Missier, aħfrilna.
Kunu twajba ma’
xulxin, ħennu għal xulxin, aħfru
lil xulxin, bħalma Alla ħafer
lilkom fi Kristu.
Efes 4:32
Miġjuba
għall-Malti minn Francesco Pio
Attard.
|