
Il-Qaddis Ġorġ Preca

Il-Venerabbli Adelaide Cini

Il-Venerabbli Madre
Margerita De Brincat

Il-Qaddej ta' Alla
Mons. Ġużeppi de Piro

Il-Qaddej ta' Alla
Eugenio (Ġeġè) Borg

Il-Qaddej ta' Alla
l-Isqof Emanuel Galea

Il-Qaddejja ta' Alla
Henry u Ineż Casolani
|
San Ġorġ Preca
Ilkoll nafu li l-ewwel u l-uniku
qaddis Malti kkanonizzat mill-Knisja
huwa San Ġorġ Preca. Dan ġie
beatifikat fid-9 ta’ Mejju,
2001, mill-Papa San Ġwann Pawlu
II u kkanonizzat fit-3 ta’ Ġunju,
2007, mill-Papa Emeritus
Benedittu XVI.
Aktar ...
Imma probabbli ftit jafu
bil-kandidati kollha li hemm
fil-lista għall-beatifikazzjoni
u l-kanonizzazzjoni tagħhom.
Għalhekk ħsibt li nagħmel elenku
komprensiv ta’ dawn il-kandidati
biex ikollna viżjoni ċara
tar-rank li kull wieħed u waħda
minnhom waslu fih skond
il-proċedura mitluba mill-Knisja
u dan qed nagħmlu proprju
għall-qdusija tagħna stess.
Il-Beati Nazju Falzon u Marija
Adeodata Pisani
Fl-ewwel post hemm żewġ beati:
Nazju (Ignatius) Falzon, kjeriku,
u Marija Adeodata Pisani, soru
benedittina, it-tnejn ġew
ibbeatifikati fid-9 ta’ Mejju,
2001, mill-Papa San Ġwann Pawlu
II.
Il-Venerabbli Adelaide Cini u
Madre Margerita De Brincat
Warajhom għandna żewġ Venerabbli.
Adelaide Cini ġiet dikjarata
Venerabbli mill-Papa San Piju X
fit-23 ta’ Frar, 1910. Hemm
ukoll Madre Margerita De Brincat,
il-Fundatriċi tas-Sorijiet
Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù,
li ġiet dikjarata Venerabbli
fis-27 ta’ Jannar, 2014,
mill-Papa Franġisku.
Fra Baskal Farrugia
Fra Baskal Farrugia, Kapuċċin,
li l-proċess djoċesan
għall-beatifikazzjoni tiegħu
inbeda fis-6 ta' April, 1953,
meta saret ir-rikonjizzjoni
legali tal-kattavru tiegħu kif
jitolbu l-liġijiet tal-knisja,
fil-preżenza tal-Isqof ta’
Għawdex Monsinjur Ġużeppi Pace.
Monsinjur Ġużeppi
Depiro
Monsinjur Ġużeppi De Piro,
il-Fundatur tas-Soċjetà
Missjunarja ta’ San Pawl, li l-proċess
djoċesan għall-beatifikazzjoni
tiegħu infetaħ uffiċċjalment
fis-7 ta’ Ottubru, 1988, mill-Arċisqof
Monsinjur Ġużeppi Mercieca.
Is-Superjur Eugenio (Ġeġè) Borg
Eugenio (Ġeġè) Borg, l-ewwel
Superjur Ġenerali tas-Soċjietà
tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM),
li l-kawża tiegħu infetħet
uffiċċjalment fit-12 ta’ Marzu,
1997, mill-Arċisqof Monsijur
Ġużeppi Mercieca.
Monsinjur
Isidor Formosa
Monsinjur Isidor Formosa,
Fundatur tal-Kongregazzjoni
tas-Sorijiet ta’ l-Ursolini, li
l-kawża tiegħu infetħet
uffiċċjalment fl-4 ta’ Settembru,
2002, mill-Arċisqof Monsinjur
Ġużeppi Mercieca.
L-Isqof Emanuel Galea
L-Isqof Monsinjur Emmanuel Galea,
li kien għal żmien twil Isqof
Awżiljarju ta’ Malta.
Madre Maria Teresa Nuzzo
Madre Maria Teresa Nuzzo,
il-Fundatriċi
tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet
tal-Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-proċess
djoċesan tal-beatifikazzjoni ta’
dawn l-aħħar tnejn infetaħ
uffiċjalment fit-2 ta’ Mejju,
2003, mill-Arċisqof Monsinjur
Ġużeppi Mercieca.
Dun
Mikiel Attard
Dun Mikiel Attard, qassis
Għawdxi, li l-kawża tiegħu
infetħet uffiċċjalment fl-1 ta’
Awwissu, 2012, mill-Isqof ta’
Għawdex Monsinjur Mario Grech.
Aktar ...
Il-Koppja Henry u Ineż Casolani
Il-koppja miżżewġa Henry u Ineż
Casolani, li l-kawża
tal-beatifikazzjoni taqgħhom
infetħet uffiċċjalment fid-29 ta’
Awwissu, 2015, mill-Arċisqof ta’
Malta Monsinjur Charles J.
Scicluna.
Patri Avertan Fenech
Patri Avertan Fenech, Karmelitan,
li l-kawża tal-beatifikazzjoni
tiegħu infetħet uffiċċjalment
fit-2 ta’ Frar, 2017, mill-Arċisqof
ta’ Malta Monsinjur Charles J.
Scicluna.
Brother Louis Cammileri FSC
Brother Louis Camilleri miet
f’Mejju tal-2011, u x’aktarx
mhux isem daqstant magħruf,
għajr mal-istudenti tal-kulleġġi
Stella Maris u De La Salle, fejn
kien jgħallem, u li x’aktarx
jiftakruh bħala persuna qaddisa.
Huwa twieled iż-Żurrieq fl-1923
kien mogħti l-isem ta' Antonio.
Beda l-formazzjoni nisranija
tiegħu fl-iskola primarja
publika u fial-MUSEUM tal-istess
lokalità. Kien hemm li huwa sar
jaf lil San Ġorġ Preca.
Fisd-29 ta' Mejju 2016, il-ħames
anniversarju tal-mewt tieghu,
huwa kien dikjarat ‘Qaddej
t’Alla’, u hekk kien mogħti bidu
għall-proċess
tal-beatifikazzjoni, li
jirrikjedi miraklu
bl-interċessjoni tiegħu.
Informazzjoni dettaljata
tal-proċess
għall-beatifikazzjoni u
kanonizzazzjoni tinsab fid-dokument Sanctorum
Mater. Tista’ tinqara fis-sit
elettroniku tal-Vatikan ...
Il-mirakli huma meħtieġa wkoll:
wieħed għall-beatifikazzjoni u
ieħor għall-kanonizzazzjoni. Il-marda
trid tkun inkurabbli u għalhekk
mhemmx tama tal-fejqan tagħha
b’xi mod xjentifiku, u l-fejqan
irid isir b’mod istantaneju u
permanenti.
Il-morda, speċjalment dawk
b’marda terminali, huma mħeġġa
jitolbu lis-Santissima Trinità
bl-interċessjoni ta’ xi wieħed
jew waħda mill-Kandidati
msemmijin għall-fejqan mirakuluż
tagħhom u għall-glorifikazzjoni
tal-kandidat involut. Santi
tal-kandidat magħżul ħdejn
il-marid igħinu ħafna
fil-proċess kanoniku.
|

Il-Beatu Nazju Falzon

Il-Beata Marija Adeodata Pisani

Il-Qaddej ta' Alla
Fra Baskal Farrugia

Il-Qaddej ta' Alla
Monsinjur Isidor Formosa

Il-Qaddejja ta' Alla
Madre Marija Tereża Nuzzo

Il-Qaddej ta' Alla
Dun Mikiel Attard

Il-Qaddej ta' Alla
Patri Avertan Fenech

Il-Qaddej ta' Alla
Brother Louis Camilleri
|