Il-Papa Ġwanni Pawlu II
Omelija
Fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjoni ta’ San Padre Piju
Pjazza San Pietru
Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju 2002
San Piju mexa wara Kristu l-Feddej mill-viċin ħafna
1. “Għaliex
il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol
tiegħi ħafif.” (Mt 11,30)
Il-kliem ta’ Ġesù lid-dixxipli
tiegħu jgħinuna nifhmu l-messaġġ
l-iktar importanti ta’ din
iċ-ċelebrazzjoni solenni.
Fil-verità, f’ċertu sens,
nistgħu nqisuhom bħala ġabra
kbira tal-ħajja kollha ta’ Padre
Pio ta’ Pietralcina, li llum ġie
pproklamat qaddis.
Il-madmad ta’ Kristu: hu laqa’
t-tiġrib b’imħabba ta’ fedeltà
Ix-xbieha tal-Vanġelu tal-madmad
tfakkarna fil-ħafna tiġrib u
provi li l-umli Kapuċċin ta’ San
Giovanni Rotondo kellu jħabbat
wiċċhom magħhom. Illum, fih
nikkontemplaw kemm hu ħelu l-madmad
ta’ Kristu, u kemm hu veru li l-piż
tiegħu meta hu mgħejjex
b’imħabba b’fedeltà kbira. Il-ħajja
u l-missjoni ta’ Padre Pio
juruna li d-diffiltajiet u d-duluri
tal-ħajja tagħna, meta
naċċettawhom bl-imħabba, ikunu
trasformati f’mod privileġġjat
ta’ qdusija, li jinfetaħ fuq l-orizzonti
ta’ ġid ikbar, li Alla biss jaf
x’inhu.
Hu fittex li jkun jixbah dejjem
aktar mal-Mulej Imsallab
2. “Imma ma jkun qatt li
niftaħar jekk mhux bis-salib ta’
Sidna Ġesù Kristu.” (Gal 6, 14)
Imma mhijiex eżattament
il-“glorja tas-Salib” li tiddi
fuq kollox f’Padre Pio? Kemm
tgħodd għaż-żminijiet tagħna l-ispiritwalità
tas-Salib kif għexha l-umli
Kapuċċċin ta’ Pietralcina.
Iż-żminijiet tagħna għandhom
bżonn jerġgħu jiskopru l-valur
tas-Salib biex jiftħu qalbhom
għat-tama.
Matul ħajtu kollha, hu dejjem
fittex li jixbah lill-Kurċifiss,
peress li kien konxju ħafna li
kien imsejjaħ biex jikkollabora
b’mod speċjali fil-ħidma
tas-salvazzjoni. L-ispiritwalità
tiegħu ma tistax tkun mifhuma
mingħajr ma jkun hemm referenza
kostanti għas-Salib.
Fil-pjan t’Alla, is-Salib jiġbor
fih l-istrument veu
tas-alvazzjoni għall-umanità
kollha u t-triq ċara murija
mill-Mulej lil dawk li jixtiequ
jimxu warajh (Mk 16, 24). Il-Franġiskan
Qaddis tal-Gargano fehem dan
tajjeb ħafna, meta, fil-Festa
tal-Assunta tal-1914, kiteb:
“Biex jirnexxilna nilħqu l-għan
aħħari tagħna għandna nimxu wara
r-Ras divina, li ma jixtieqx
imexxi lir-ruħ magħżula fl-ebda
triq ħlief dik li mexa fiha hu
stess: b’din nifhem it-triq
taċ-ċaħda u tas-Salib.” (Epistolario
II, p. 155)
Laqa’ l-midinbin, sema’ l-qrar
tagħhom
3. “Jiena hu l-Mulej li nagħmel
it-tjieba.” (Ġeremija 9, 23)
Padre Pio kien iwassal il-ħniena
divina b’mod ġeneruż, billi kien
ikun lest li jilqa’ lil kulħadd,
bid-direzzjoni spiritwali u,
b’mod speċjali billi kien
jamministra s-Sagrament
tal-Penitenza. Jien ukoll, matul
is-snin ta’ meta kont għadni
żgħir, kelli l-privileġġ li
nibbenifika mill-attitudni
tiegħu li kellu li kien lest li
jilqa’ lill-penitenti. Il-ministeru
tal-konfessinarju, li hu wieħed
mill-katatteristiċi li
jiddistingwuh fl-appostolat
tiegħu, ġibed ġmiegħi kbar ta’
fidili lejn il-monasteru ta’ San
Giovanni Rotondo. Anke meta dak
il-konfessur straordinarju
tratta lill-pellegrini b’mod li
deher aħrax, dan, meta kien jiġi
konxju tal-gravità tad-dnub u
kien jindem bis-sinċerità, kważi
kien dejjem imur lura
għat-tgħanniqa mimlija paċi
tal-maħfra tas-sagrament. Jalla
l-eżempju tiegħu jinkoraġġixxi
lis-saċerdoti biex iwettqu dan
il-ministeru li hu tant
importanti llum, b’ferħ u ħeġġa,
bħalma nixtieq insaħħaħ f’din
is-sena fl-Ittra lis-Saċerdoti
fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka.
Alla fuq kollox: talb u karità
4. “Inti, Mulej, l-unika ġid
tiegħi.”
Dan hu dak li kantajna fis-salm
responsorjali. Permezz ta’ dan
il-kliem, il-Qaddis il-ġdid
jistedinna biex inpoġġu lil Alla
fuq kollox, biex inqisuh bħala
l-unika u l-ogħla ġid tagħna.
Fil-fatt, ir-raġuni aħħarija
għaliex l-appostolat ta’ Padre
Pio kien effettiv, l-għerq
profond tal-frott spiritwali
kollu li ħareġ minnu, insibuha
f’dik l-għaqda intima u kostanti
li kellu ma’ Alla, li jixhdu
għaliha dawk is-sigħat twal li
hu għadda jitlob u
fil-konfessinarju. Hu kien iħobb
jirrepeti, “Jiena Franġiskan
fqajjar li nitlob” li kien
konvint li “t-talb hu l-aqwa
arma li għandna, iċ-ċavetta li
tiftaħ il-qalb ta’ Alla”. Din
il-karatteristika
fundamentlital-ispiritwalità
tiegħu tibqa’ ħajja fil-“Gruppi
ta’ Talb” li huwa waqqaf, li
joffru lill-Knisja u lis-soċjetà
il-kontirbuzzjoni tal-għaġeb
tat-talb bla waqfien u
b’kunfidenza. Mat-talb, Padre
Pio għaqqad attività intensa ta’
karità, li tagħha “id-Dar
tas-Solliev mit-Tbatija”, hija
espressjoni straordinarja.
It-tfalb u l-karità, din hija
l-ġabra l-aktar konkreta
tat-tagħlim ta’ Padre Pio, li
llum hu offrut lil kulħadd.
Il-Misteri tas-Saltna li huma
murija lil dan iż-żgħir
tal-Vanġelu.
5. "Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art, għax inti dawn
il-ħwejjeġ … urejthom
liċ-ċkejknin.“
Kemm huma addattati dawn
il-kelmiet ta’ Ġesù, meta naħsbu
fihom bħala li huma applikati
għalik, umli u maħbub Padre Pio.
Għallimna, fil-waqt li nitolbuk,
l-umiltà tal-qalb biex aħna
nkunu magħduda baż-żgħar
tal-Vanġelu, li lilhom
il-Missier wegħedhom li jurihom
il-misteri tas-Saltna.
Għinna nitolbu bla ma naqtgħu,
għax aħna ċerti li Alla jaf dak
li neħtieġu anke qabel ma
nitolbuh aħna.
Aqlgħalna l-għajnejn tal-fidi li
jkunu kapaċi jagħrfu mill-ewwel
il-wiċċ ta’ Ġesù fil-foqra u
f’dawk li jbatu.
Fis-siegħa tat-tiġrib u
tal-prova agħtina dak li
neħtieġu u, jekk naqgħu, ħallina
nesperjenzaw il-ferħ
tas-sagrament tal-maħfra.
Agħtina d-devozzjoni ħelwa
tiegħek lejn Marija, Omm Ġesù u
ommna.
Akkompanjana fil-pellegrinaġġ
tagħna hawn fid-dinja lejn
id-dar tagħna mbierka, fejn aħna
nittamaw li naslu biex
nikkontemplaw għal dejjem
il-glorja tal-Missier, tal-Iben
u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Miġjub għall-Malti mill-Ingliż
minn Kathleen Bonello