 |
L-ITTRA
DOMINICAE CENAE
TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II
LILL-ISQFIJIET KOLLHA
DWAR IL-MISTERU U L-KULT
TAL-EWKARISTIJA
Meqjuma u għeżież ħuti,
1. Din is-sena wkoll, għal Ħamis
ix-Xirka li ġej, se
nindirizzalkom ittra, li għandha
rabta mmedjata ma’ dik li
rċivejtu s-sena l-oħra, fl-istess
okkażjoni, flimkien mal-ittra
lis-saċerdoti. Nixtieq qabel
xejn niżżikom ħajr kordjalment
talli lqajtu l-ittri tiegħi ta’
qabel b’dak l-ispirtu ta’ għaqda,
li l-Mulej stabbilixxa bejnietna,
u wkoll talli ttrażmettejtu
lill-presbiterju tagħkom
il-ħsibijiet li xtaqt nesprimi
fil-bidu tal-pontifikat tiegħi.
Matul il-liturġija ta’ Ħamis ix-Xirka
ġeddidtu, flimkien mas-saċerdoti
tagħkom, il-wegħdiet u l-impenji
li għamiltu filwaqt
tal-ordinazzjoni. Bosta minnkom,
meqjuma u għeżież ħuti,
għarraftuni wara dwar dan, waqt
li żidtu b’mod personali wkoll
kliem ta’ ringrazzjament, u anzi,
spiss billi bgħattu dak espress
mill-presbiterju tagħkom. Barra
minn dan, bosta saċerdoti wrew
il-ferħ tagħhom, kemm minħabba
l-karattru penetranti u sollenni
ta’ Ħamis ix-Xirka, bħala «festa
tas-saċerdoti» annwali, kif
ukoll minħabba l-importanza
tal-problemi ttrattati fl-ittra
ndirizzata lilhom.
Tali tweġibiet jiffurmaw ġabra
għanja, li għal darb’oħra turi
kemm hija għażiża
għall-maġġoranza enormi
tal-presbiterju tal-Knisja
kattolika t-triq tal-ħajja
saċerdotali, li fuqha timxi din
il-Knisja minn sekli: kemm hija
minnhom maħbuba u stmata, u kemm
jixtiequ jkomplu mexjin fuqha
fil-ġejjieni.
Nixtieq hawn inżid li fl-ittra
lis-saċerdoti sabu eku biss xi
problemi, dak li, mill-bqija,
kien enfasizzat b’mod ċar
fil-bidu tiegħu (cfr. Ioannis
Pauli PP. II «Epistola
ad universos Ecclesiae
Sacerdotes adveniente feria V in
Cena Domini anno MCMLXXIX»,
2, die 8 apr. 1979: AAS 71
[1979] 395ss). Barra minn dan
kien prinċipalment indikat
il-karattru pastorali
tal-ministeru saċerdotali, li ma
jfissirx bla dubju li ma kinux
ikkunsidrati wkoll dawk
il-gruppi ta’ saċerdoti li ma
jwettqux attività pastorali
diretta. Għal dan il-għan, nerġa
niġbed l-attenzjoni għal
darb’oħra għall-maġisteru
tal-Konċilju Vatikan II, kif
ukoll għall-istqarrija
tas-Sinodu tal-Isqfijiet
tal-1971.
Il-karattru pastorali
tal-ministeru saċerdotali ma
jaqtax jakkumpanja l-ħajja ta’
kull saċerdot, ukoll jekk id-dmirijiet
ta’ kuljum, li huwa jwettaq,
mhumiex indirizzati b’mod
espliċitu għall-pastorali
tas-sagramenti. F’dan is-sens l-ittra
miktuba lis-saċerdoti, fl-okkażjoni
ta’ Ħamis ix-Xirka, kienet
indirizzata lilhom kollha,
mingħajr ebda eċċezzjoni, ukoll
jekk, kif diġa aċċennajt, din ma
ttrattatx il-problemi kollha
tal-ħajja u tal-attività
tas-saċerdoti. Inqis utli u
opportuna din iċ-ċarezza
tal-ittra preżenti.
IL-MINISTERU EWKARISTIKU
FIL-ĦAJJA TAL-KNISJA U
TAS-SAĊERDOT
Ewkaristija u Saċerdozju
2. L-ittra preżenti li qiegħed
nindirizza lilkom, mequma u
għeżież ħuti fl-episkopat – u
kif, għidtilkom hija, f’ċertu
mod, il-kontinwazzjoni ta’ dik
ta’ qabilha – tibqà wkoll
f’rapport strett mal-ministeru
ta’ Ħamis ix-Xirka, u
f’relazzjoni mas-saċerdozju.
Feħsiebni nfatti niddedikaha
lill-ewkaristija u, b’mod
partikolari, għal xi aspetti
tal-ministeru ewkaristiku u
tal-impatt tagħha fuq il-ħajja
ta’ min hu l-ministru: u allura
id-destinatarji diretti ta’ din
l-ittra huma intom, Isqfijiet
tal-Knisja; flimkien magħkom,
is-saċerdoti kollha; u, fil-grad
tagħhom, id-djakni wkoll.
Fir-realtà, is-saċerdozju
ministerjali jew ġerarkiku,
is-saċerdozju tal-Isqfijiet u
tal-presbiteri u, maġembhom,
il-ministeru tad-djakni –
ministeri li normalment jibdew
bit-tħabbir evanġeliku – huma
f’rapport strettissmu
mal-ewkaristija. Din hija
r-raġuni ewlenija u ċentrali li
tkun tas-sagrament
tas-saċerdozju, imwieled b’mod
effettiv fil-waqt
tal-istituzzjoni tal-ewkaristija
u flimkien magħha (cfr. Concilii
Trid. Sessio XXII, can.2:
«Conciliorum Oecumenicorum
Decreta», Bononiae 19733, p.
735). Mhuwiex ta’ xejn il-kliem
«Agħmlu dan b’tifkira tiegħi»
ippronunzjat immedjatament wara
l-kliem tal-konsagrazzjoni
ewkaristika u aħna ntennuh kull
darba li niċċelebraw
is-sagrafiċċju mqaddes (Quod
attinet ad istud Domini
praeceptum, in quadam liturgia
eucharistica Aethiopica haec
verba continentur: apostoli
«constituerunt nobis
patriarchas, archiepiscopos,
presbyteros et diaconos ad ritum
(celebrandum) Ecclesiae tuae
sanctae»: «Anaphora S.Athanasii:
Prex Eucharistica»,
Haenggi-Pahl, Fribourg (Suisse)
1968, p. 183).
Permezz tal-ordinazzjoni tagħna
– li ċ-ċelebrazzjoni tagħha hija
marbuta mal-Quddiesa mqaddsa sa
mill-ewwel xhieda liturġika
(cfr. «Tradition apostolique de
saint Ippolyte», nn.2-4) – aħna
magħqudin b’mod singulari u
eċċezzjonali mal-ewkaristija.
Aħna, b’ċertu mod, «minnha» u
«għalija». Aħna wkoll, u b’mod
partikolari, responsabbli
«tagħha» - kemm kull saċerdot
fil-komunità tiegħu, kif ukoll
kull Isqof bis-saħħa tal-kura
tal-komunitajiet kollha, afdati
lilu, a bażi tas- «sollicitudo
omnium ecclesiarum» li dwarha
jitkellem San Pawl (2Kor 11,28).
Huwa mela afdat lilna, Isqfijiet
u Saċerdoti, il-kbir «misteru
tal-fidi»; jekk hu huwa wkoll
mogħti lill-Poplu kollu ta’
Alla, lil dawk kollha li jemmnu
fi Kristu, madankollu lilna ġiet
afdata l-ewkaristija wkoll
«għall-»oħrajn, li jistennew
minna xhieda partikolari ta’
qima u ta’ mħabba lejn dan
is-sagrament, sabiex huma wkoll
ikunu jistgħu jkunu edifikati u
rivitalizzati «biex joffru
sagrifiċċji spiritwali» (1Pt
2,5).
B’dan il-mod il-kult ewkaristiku
tagħna, kemm fiċ-ċelebrazzjoni
tal-quddiesa kif ukoll lejn
is-santissimu sagrament, ikun
bħal kurrent li jagħti l-ħajja,
li jgħaqqad is-saċerdozju
ministerjali jew ġerarkiku
tagħna mas-saċerdozju komuni
tal-fidili u jippreżentah
fid-dimensjoni vertikali tiegħu
u bil-valur tiegħu ċentrali.
Is-saċerdot jiżvolġi l-missjoni
ewlenija tiegħu u jimmanifesta
ruħu fil-milja kollha tiegħu
waqt li jiċċelebra l-ewkaristija
(cfr. «Lumen
Gentium»,
28; «Presbyterorum
Ordinis»,
2.5; «Ad
Gentes»,
39) u tali manifestazzjoni tkun
iktar sħiħa meta huwa stess
iħalli tidher il-profondità ta’
dak il-misteru, sabiex hu biss
jiddi fil-qlub u fil-kuxjenzi
umani, permezz tal-ministeru
tiegħu. Dan huwa l-eżerċizzju
suprem tas-«saċerdozju regali»,
is-«sors u l-quċċata tal-ħajja
nisranija kollha» («Lumen
Gentium»,
11).
Il-kult tal-misteru ewkaristiku
3. Tali kult huwa dirett lejn
Alla l-Missier permezz ta’ Ġesù
Kristu fl-Ispirtu Santu. Fuq
kollox lejn il-Missier li, bħal
ma jiddikjara l-Vanġelu ta’ San
Ġwann, «tant ħabb lid-dinja li
ta lil Ibnu uniġenitu, sabiex
kull min jemmen fih ma jmutx
imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem»
(Ġw 3,16). Iubat memorare haec
verba resumi in Liturgia
S.Ioannis Chrysostomi proxime
ante verba consecrationis, ad
quae animos componunt: cfr. «La
divina Liturgia del santo nostro
Padre Giovanni Crisostomo», Roma
- Grottaferrata 1967, pp. 104ss)
Idur ukoll fl-Ispirtu Santu lejn
dak l-Iben inkarnat,
fl-ekonomija tal-fidwa,
speċjalment f’dak il-waqt ta’
devozzjoni suprema u ta’
abbandun totali tiegħu nnifsu,
li għalih jirreferi l-kliem
ppronunzjat fiċ-ċenaklu: «Dan
huwa ġismi mogħti għalikom»...
«dan huwa l-kalċi ta’ demmi
mxerred għalikom...» (cfr. Mt
26,26ss; Mk 14,22-25; Lq
22,18ss; 1Kor 11,23ss; cfr.
etiam «Preces eucharisticae»
Liturgiae). L-akklamazzjoni
liturġika: «Inħabbru l-mewt
tiegħek, Mulej!» teħodna propju
għal dak il-waqt; u
bil-proklamazzjoni tal-qawmien
mill-imwiet tiegħu inħaddnu
fl-istess att ta’ qima
il-Kristu rxoxt u gglorifikat
«fil-lemin tal-Missier», kif
ukoll il-prospettiva tal-«miġja
fil-glorja» tiegħu. Madankollu
hija l-qerda tiegħu volontarja,
milqugħa mill-Missier u
gglorifikata bil-qawmien
mill-imwiet, li, iċċelebrata
sagramentalment flimkien
mal-qawmien mill-imwiet, li
twassaln għall-adorazzjoni ta’
dak ir-Redentur «li għamel lilu
nnifsu ubbidjenti sal-mewt u
sal-mewt tas-salib» (Fil 2,8).
U din l-adorazzjoni tagħna fiha
wkoll karatteristika oħra. Din
hija bbilanċjata mill-kobor ta’
din il-mewt umana, li fiha
d-dinja, jiġifieri kull wieħed
minna, kien maħbub «sal mewt»
(Ġw 13,1). Hekk hija hi wkoll
tweġiba li trid tħallas
mill-ġdid dik l-imħabba
ssagrifikata sal-mewt tas-salib:
din hija l-«ewkaristija» tagħna,
jiġifieri r-ringrazzjament
tagħna, it-tifħir lilu talli
fdiena bil-mewt tiegħu u
rrendiena parteċipi tal-ħajja
mmortali permezz tal-qawmien
mill-imwiet tiegħu.
Tali kult, indirizzat
lit-Trinità tal-Missier,
tal-Iben u tal-Ispirtu Santu,
jakkumpanja u jinfirex quddiem
iċ-ċelebrazzjoni kollha
tal-liturġija ewkaristika. Imma
dan irid ukoll jimlà mill-ġdid
it-tempji tagħna wkoll ‘il hemm
mill-orarju tal-quddies
imqaddes. Fis-sewwa. Billi
l-misteru ewkaristiku kien
imwaqqaf mill-imħabba, u
jirrendilna lil Kristu preżenti
b’mod sagramentali, dan jixraqlu
azzjoni ta’ grazzja u ta’ kult.
U dan il-kult għandu
jiddistingwi ruħu f’kull laqgħa
tagħna mas-santissmu sagrament,
kemm meta nżuru l-knejjes
tagħna, kif ukoll meta l-ispeċi
sagri jinġarru u jkunu
amministrati lill-morda.
L-adorazzjoni ta’ Kristu f’dan
is-sagrament ta’ mħabba għandha
mbagħad issib l-espressjoni
tagħha f’diversi forom ta’
devozzjoni ewkaristika: talb
personali quddiem is-Santissmu,
siegħat ta’ adorazzjoni,
espożizzjonijiet qosra, imtawla,
annwali (il-kwaranturi),
benedizzjonijiet ewkaristiċi,
proċessjonijiet ewkaristiċi,
kungressi ewkaristiċi (cfr.
Ioannis Pauli PP. II «Allocutio
Dublini habita in hortis, quibus
nomen "Poenix Park"»,
7, die 29 sept. 1979: AAS 71
[1979] 1074ss; Sacrae Rituum
Congregationis «Eucharisticum
Mysterium»: AAS 59 [1967]
539-573; «Rituale Romanum», «De
sacra communione et de cultu
Mysterii eucharistici extra
Missam». Notandum est cultus
pondus et vim sanctificationis
harum pietatis formarum in
Eucharistiam non ex ipsis formis
sed potius ex intimis mentis
rationibus pendere). Tifkira
partikolari f’dan il-punt
jixirqilha s-sollennità
tal-«Ġisem u d-Demm ta’ Kristu»
bħala att ta’ kult pubbliku
magħmul lil Kristu preżenti
fl-Ewkaristija, mixtieq
mill-predeċessur tiegħi Urbanu
IV b’tifkira tal-istituzzjoni
ta’ dan il-misteru kbir (cfr.
Urbani IV «Transiturus de hoc
mundo», die 11 aug. 1264:
Aemilii Friedberg «Corpus Iuris
Canonici», Pars II. «Decretalim
Collectiones», Leipzig 1881, pp.
1174-1177; «Studi eucaristici»,
VII centenario della Bolla
«Transiturus» 1264-1964, Orvieto
1966, pp. 302-317). Dan kollu
jikkorrispondi mela
mal-prinċipji ġenerali u
man-normi partikolari diġa
eżistenti minn qabel, imma
fformulati mill-ġdid matul jew
wara l-Konċilju Vatikan II (cfr.
Pauli VI «Mysterium
Fidei»:
AAS 57 [1965] 753-774; Sacrae
Rituum Congregationis
«Eucharisticum Mysterium»: AAS
59 [1967] 539-573; «Rituale
Romanum» «De sacra communione et
de cultu Mysterii eucharistici
extra Missam»).
L-animazzjoni u l-approfondiment
tal-kult ewkaristiku huma prova
ta’ dak it-tiġdid awtentiku li
l-Konċilju qiegħed bħala fini, u
huma l-punt ċentrali. U dan,
meqjuma u għeżież ħuti, jixraqlu
riflessjoni għalih waħdu.
Il-Knisja u d-dinja għandhom
bżonn kbir tal-kult ewkaristiku.
Ġesù jistenniena f’dan
is-sagrament tal-imħabba. Ma
nikomenizzawx il-ħin tagħna biex
inmorru niltaqgħu miegħu
fl-adorazzjoni,
fil-kontemplazzjoni mimlija fidi
u lesta biex tpatti
għall-ħtijiet kbar u d-delitti
tad-dinja. Jalla ma taqtà qatt
l-adorazzjoni tagħna.
Eukaristija u Knisja
4. Grazzi għall-Konċilju
ntbaħna, b’qawwa mġedda, dwar
din il-verità: bħal ma l-Knisja
«tagħmel l-ewkaristija», hekk
«l-ewkaristija tibni» l-Knisja
(Ioannis Pauli PP. II «Redemptor
Hominis»,
20: AAS 71 [1979] 311; cfr. «Lumen
Gentium»,
11; insuper annotat. 57 ad n.20
Schematis II eiusdem
Constitutionis dogmaticae in
operae quod inscribitur «Acta
Synodalia Sacrosancti Concilii
Oecum. Vat. II, vol.II, periodus
2, pars I, sessio publica II,
pp. 251ss; Pauli VI «Allocutio
habita in Admissione Generali»,
die 15 sept. 1965: «Insegnamenti
di Paolo VI», III [1965] 1036;
H. de Lubac, «Méditation sur
l'Eglise», Paris 19532, pp.
129-137); u din il-verità hija
marbuta b’mod strett mal-misteru
ta’ Ħamis ix-Xirka. Il-Knisja
twaqqfet, bħala komunità ġdida
tal-Poplu ta’ Alla, fil-komunità
apostolika ta’ dawk it-tnax li,
waqt l-Aħħar Ċena, saru
parteċipi tal-ġisem u tad-demm
tal-Mulej taħt l-ispeċi tal-ħobż
u tal-imbid. Kristu kien
qalilhom: «Ħudu u kulu...»,
«ħudu u ixorbu». U huma, waqt li
wettqu dan l-amar tiegħu, daħlu,
għall-ewwel darba, f’għaqda
sagramentali mal-Iben ta’ Alla,,
għaqda li hija wegħda sollenni
ta’ ħajja eterna. Minn dak
il-waqt sal-aħħar tas-sekli,
il-Knisja tibni lilha nfisha
permezz tal-istess għaqda
mal-Iben ta’ Alla, li hija
wegħda sollenni ta’ għid etern.
Bħala għalliema u għassiesa
tal-verità feddejja
tal-ewkaristija, irridu, għeżież
u meqjuma ħuti fl-episkopat,
ngħassu dejjem u ma kullimkien
dan is-sinifikat u din
id-dimensjoni tal-laqgħa
sagramentali u tal-intimità ma’
Kristu. Propju dawn
jikkostitwixxu nfatti s-sustanza
tal-kult ewkaristiku. Is-sens
ta’ din il-verità esposta hawn
fuq bl-ebda mod ma tnaqqas, anzi
tiffaċilita l-karattru
ewkaristiku ta’ avviċinament
spiritwali u ta’ għaqda fost
il-bnedmin, li jieħdu sehem
fis-sagrifiċċju, li, mbagħad,
fit-tqarbin isir għalihom
il-festin. Dan l-avviċinament u
din l-għaqda li l-prototipu
tagħha hija l-għaqda
tal-appopstli madwar Kristu waqt
l-Aħħar Ċena, jesprimu u jwettqu
l-Knisja.
Imma dan ma jitwettaqx biss
permezz tal-fatt tal-għaqda fost
il-bnedmin, permezz
tal-esperjenza tal-fraternità,
li għaliha joħloq l-okkażjoni
l-festin ewkaristiku. Il-Knisja
titwettaq meta f’dik l-għaqda u
l-komunjoni fraterna niċċelebraw
is-sagrifiċċju tas-salib ta’
Kristu, meta nħabbru «l-mewt
tal-Mulej sa ma jiġi» (1Kor
11,26) u, wara, meta b’mod
profond minfuda mill-misteru
tal-fidwa tagħna, nersqu qrib
b’mod komunitarju lejn il-mejda
tal-Mulej, biex nitrejqu, b’mod
sagramentali, mill-frott
tas-sagrifiċċju propizjatorju
qaddis. Fil-komunjoni
ewkaristika mela nirċievu lil
Kristu, Kristu stess; u l-għaqda
tagħna miegħu, li hija don u
grazzja għal kull wieħed,
tagħmel iva li fih aħna
assoċjati fl-għaqda ta’ ġismu li
hija l-Knisja.
B’dan il-mod biss, permezz ta’
tali fidi u ta’ tali
dispożizzjoni tar-ruħ, jitwettaq
dak il-bini tal-Knisja li
fl-ewkaristija jsib tassew
is-sors tiegħu u l-quċċata
tiegħu skont in-nota ta’
espressjoni tal-Konċilju Vatikan
II (cfr. «Lumen
Gentium»,
11; «Sacrosanctum
Concilium»,
10; «Presbyterorum
Ordinis»,
5; «Christus
Dominus»,
30; «Ad
Gentes»,
9). Din il-verità, li b’opra
tal-istess Konċilju kisbet
prominenza ġdida u vigoruża
(cfr. «Lumen
Gentium»,
26; «Unitatis
Redintegratio»,
15), għandha tkun tema frikwenti
tar-riflessjonijiet tat-tagħlim
tagħna. Titrejjaq biha kull
attività pastorali, u tkun ukoll
ikel għalina u għas-saċerdoti
kollha li jikkollaboraw magħna,
u fl-aħħarnett
għall-komunitajiet kollha afdati
f’idejna. Hekk f’tali rutina
għandu jirrivela ruħu, kważi ma’
kull pass, dak ir-rapport strett
bejn il-vitalità spiritwali u
apostolika tal-Knisja u
l-ewkaristija, mifhuma
fis-sinifikat profond tagħha, u
taħt il-punti kollha di vista
(Hoc ipsum expetitur per
collectam Missae vespertinae in
Cena Domini: «Ut ex tanto
mysterio plenitudinem caritatis
hauriamus et vitae»: «Missale
Romanum»; et etiam per epicleses
communionis Missalis Romani: «Et
supplices deprecamur ut Corporis
et Sanguinis Christi participes
a Spirito Sancto congregemur in
unum. Recordare, Domine,
Ecclesiae tuae toto orbe
diffusae ut eam in caritate
perficias»: «Prex eucharistica»
II; cfr. «Prex eucharistica»
III).
Ewkaristija u karità
5. Qabel ma ngħaddu għal
osservazjonijiet iktar
partikolareġġjati dwar it-tema
taċ-ċelebrazzjoni
tas-sagrifiċċju santissmu,
nixtieq mill-ġdid niddikjara
fil-qosor li l-kult ewkaristiku
jikkostitwixxi r-ruħ tal-ħajja
nisranija kollha. Jekk infatti
l-ħajja nisranija tesprimi ruħha
fit-twettiq tal-ikbar
kmandament, u jiġifieri
fl-imħabba ta’ Alla u
tal-proxxmu, din l-imħabba ssib
is-sors tagħha propju
fis-santissmu sagrament li
komunement huwa msejjaħ:
sagrament tal-imħabba.
L-ewkaristija tfisser din
il-karità, u allura tfakkarha,
tirrendiha preżenti u fl-istess
ħin twettaqha. Id-drabi kollha
li nieħdu sehem b’mod kuxjenti,
tinfetaħ f’ruħna dimensjoni
reali ta’ dik l-imħabba bla qies
li tiġbor fiha dak kollu li Alla
għamel għalina l-bnedmin u li
jagħmel b’mod kontinwu, skont
il-kliem ta’ Kristu: «Missieri
dejjem jopera u jien ukoll
nopera» (Ġw 5,17). Flimkien ma’
dan id-don bla qies u gratwit,
li huwa l-karità rivelata,
sal-aħħar, fis-sagrifiċċju
feddej tal-Iben ta’ Alla, li
tiegħu l-ewkaristija hija sinjal
li ma jitħassarx, titnissel
ukoll fina tweġiba ħajja ta’
mħabba. Mhux biss nafu
l-imħabba, imma aħna stess
nibdew inħobbu. Nidħlu, biex
ngħidu hekk, fit-triq
tal-imħabba u f’din it-triq
inwettqu progressi. L-imħabba,
li titnissel fina
mill-ewkaristija, grazzi lilha
tiżviluppa fina, tapprofondixxi
ruħha u titqawwa.
Il-kult ewkaristiku huwa mela
espressjoni propja ta’ din
l-imħabba, li hija
l-karatteristika awtentika u
l-iktar profonda tal-vokazzjoni
nisranija. Dan il-kult
jirriżulta mill-imħabba u jaqdi
lill-imħabba, li għaliha aħna
lkoll imsejħa f’Ġesù Kristu
(cfr. «Oratio post communionem
Dominicae XXII "per annum"»:
«Pane mensae caelestis refecti,
te, Domine, deprecamur, ut hoc
nutrimentum caritatis corda
nostra confirmet, quatenus ad
tibi ministrandum in fratribus
excitemur»: «Missale Romanum»).
Frott ħaj ta’ dan il-kult hija
l-perfezzjoni tax-xbiha ta’ Alla
li nġorru fina, xbiha li
tikkorrispondi għal dik li
Kristu rrivelalna. Waqt li hekk
insiru adoraturi tal-Missier
«fl-ispirtu u l-verità» (Ġw
4,23), aħna nimmaturaw f’għaqda
ma’ Kristu dejjem iktar sħiħa,
inkunu dejjem iktar magħqudin
miegħu u – jekk inhu leċitu tuża
l-espressjoni - inkunu dejjem
iktar solidali miegħu.
Id-duttrina tal-ewkaristija,
sinjal ta’ għaqda u rabta
tal-karità, mgħallma minn San
Pawl (cfr. 1Cor 10,17;
S.Augustini «In Evangelium
Ioannis», tract. 31,13: PL
35,1613; item Concilii Trid.
Sessio XIII, c. 8: «Conciliorum
Oecumenicorum Decreta», Bononiae
19733, p. 697,7; «Lumen
Gentium»,
7), kienet wara approfondita
mill-kitbiet ta’ tant qaddisin,
li huma għalina eżempju ħaj
tal-kult ewkaristiku. Hemm bżonn
li jkollna dejjem din ir-realtà
quddiem għajnejna u, fl-istess
ħin, nisfurzaw b’mod kontinwu li
nagħmlu iva li l-ġenerazzjoni
tagħna żżid ma’ dawk l-eżempji
meraviljużi tal-imgħoddi,
eżempji ġodda, xejn inqas ħajjin
u elokwenti, li jirriflettu
l-epoka li minnha nagħmlu parti.
Ewkaristija u proxxmu
6. Is-sens awtentiku
tal-ewkaristija jsir minnu nfih
skola ta’ mħabba attiva lejn
il-proxxmu. Nafu li tali l-ordni
vera u integrali tal-imħabba li
għallimna l-Mulej: «Minn dan
ilkoll jagħrfu li intom dixxipli
tiegħi, jekk tħobbu lil xulxin»
(Ġw 13,35). L-ewkaristija
tedukana għal din l-imħabba
b’mod iktar profond, hija
infatti turi liema valur għandu
f’għajnejn Alla kull bniedem,
ħuna u oħtna, la darba Kristu
joffri lilu nnifsu b’mod ugwali
għal kull wieħed u waħda, taħt
l-ispeċi tal-ħobż u tal-imbid.
Jekk il-kult ewkaristiku tagħna
huwa awtentiku, irid ikabbar
fina l-għarfien tad-dinjità ta’
kull bniedem. Il-koxjenza ta’
din id-dinjità ssir il-mottiv
l-iktar profond tar-rapport
tagħna mal-proxxmu.
Hemm bżonn ukoll li nsiru b’mod
partikolari sensibbli għal kull
tbatija u miżerja umana, għal
kull inġustizzja u tort, waqt li
nfittxu il-mod kif nirrimedjaw
b;mod effikaċi. Nitgħallmu
niskopru b’rispett il-verità
dwar il-bniedem intern, għaliex
propju dan l-intern tal-bniedem
isir l-għamara ta’ Alla,
preżenti fl-ewkaristija. Kristu
jiġi fil-qlub u jżur il-kuxjenzi
ta’ ħutna rġiel u nisa. Kif
tinbidel x-xbiha ta’ kollha kemm
aħna u ta’ kull wieħed u waħda,
meta nagħrfu din ir-realtà, meta
nirrenduha oġġett
tar-riflessjonijiet tagħna!
Is-sens tal-misteru ewkaristiku
jimbuttana għall-imħabba lejn
il-proxxmu, għall-imħabba lejn
kull bniedem (Hoc enuntiant
plures orationes «Missalis
Romani»: Oratio super oblata
Missae «Pro iis qui opera
misericordiae exercuerunt»:
«ut... in tui et proximi
dilectione, Sanctorum tuorum
exemplo, confirmemur»: «Missale
Romanum»; Post communionem
Missae «Pro educatoribus»:
«ut... fraternitatis caritatem
et lumen veritatis in corde
exhibeamus et opere»: «Missale
Romanum»; cfr. etiam Post
communionem Missae Dominicae
XXII «per annum», supra allatum
in annot.22).
Ewkaristija u ħajja
7. Waqt li hija mela sors ta’
karità, l-ewkaristija minn
dejjem kienet fiċ-ċentru
tal-ħajja tad-dixxipli ta’
Kristu. Hija għandha l-aspett
ta’ ħobż u mbid, jiġifieri ta’
ikel u ta’ xorb, u allura hekk
familjari għall-bniedem, hekk
marbuta b’mod strett ma’ ħajtu,
bħal ma huma appuntu l-ikel u
x-xorb. Il-qima ta’ Alla, li
huwa mħabba, titnissel, fil-kult
ewkaristiku, minn dik l-ispeċi
ta’ intimità li fiha huwa
nnifsu, b’mod simili għall-ħobż
u għax-xorb, jimla l-esseri
spiritwali tagħna, waqt li, bħal
dawk, jassikuralu l-ħajja. Tali
qima «ewkaristika» ta’ Alla
tikkorrispondi b’mod strett,
mela, mal-pjanijiet feddejja
tiegħu. Huwa nnifsu, il-Missier,
irid li «il-veri adoraturi» (Ġw
4,23) jadurawh propju b’dan
il-mod, u Kristu jinterpreta
dwar dik ir-rieda, u bi kliemu u
fl-istess ħin b’dan
is-sagrament, li bih jirrendilna
possibbli l-adorazzjoni
tal-Missier, bil-mod l-iktar
konformi mar-rieda tiegħu.
Minn tali kunċett tal-kult
ewkaristiku joħroġ wara l-istil
kollu sagramentali tal-ħajja
tan-nisrani. Infatti li jgħix
ħajja bbażata fuq is-sagramenti,
animata mis-saċerdozju komuni,
ifisser qabel kollox, minn naħa
tan-bisrani, li jixtieq li Alla
jaġixxi fih biex jgħinu jilħaq
fl-Ispirtu «il-maturità sħiħa
ta’ Kristu» (Ef 4,13). Alla,
minn naħa tirgħu. Ma jmissux
biss permezz tal-ġrajjiet u
bil-grazzja interna, imma
jaġixxi fih, b’ċertezza maġġuri
u b’qawwa, permezz
tas-sagramenti. Dawn jagħtu lil
ħajtu stil sagramentali.
Madankollu, fost is-saġramenti
kollha, hija l-ewkaristija
mqaddsa li twassal għall-milja
l-formazzjoni tiegħu ta’ nisrani
u li tiffavorixxi
għall-eżerċizzju tas-saċerdozju
komuni din il-forma sagramentali
u ekkleżjali li tgħaqqdu – bħal
ma aċċennajna qabel (cfr.
Concilii Trid. Sessio XXII,
can.2: «Conciliorum
Oecumenicorum Decreta», Bononiae
19733, p. 735) – ma’ dak
tas-saċerdozju ministerjali.
B’dan il-mod il-kult ewkaristiku
huwa ċentru u skop tal-ħajja
kollha sagramentali (cfr. «Ad
Gentes», 9 et 13; «Presbyterorum
Ordinis»,
5). Jirbumbjaw kontinwament fih,
bħal eku profond, is-sagramenti
tal-formazzjoni nisranija,
magħmudija u griżma tal-Isqof.
Fejn qatt hija espressa aħjar
l-verità li mhux biss aħna
«msejħin ulied Alla», imma «aħna
hekk b’mod reali» (1Ġw 3,1),
bis-saħħa tas-sagrament
tal-magħmudija, jekk mhux
appuntu fil-fatt li
fl-ewkaristija nsiru parteċipi
tal-ġisem u tad-demm
tal-uniġenitu Bin Alla? U liema
ħaġa tħejjijna maġġorment biex
«inkunu tassew xhieda ta’
Kristu» («Lumen
Gentium»,
11), quddiem id-dinja, bħal ma
jirriżulta mis-sagrament
tal-griżma tal-Isqof, jekk mhux
il-komunjoni ewkaristika, li
fiha Kristu jagħti xhieda lilna
u aħna lilu?
Huwa mpossibbli li wieħed
janalizza hawn b’mod iktar
privileġġjat l-irbit li jeżisti
bejn l-ewkaristija u
s-sagramenti l-oħra, b’mod
partikolari mas-sagrament
tal-ħajja familjari u
s-sagrament tal-griżma
tal-morda. Dwar ir-rabta stretta
bejn is-sagrament tal-penitenza
u dak tal-ewkaristija, diġa
ġbidt l-attenzjoni fl-Enċiklika
«Redemptor
Hominis»
(cfr. Ioannis Pauli PP. II «Redemptor
Hominis», 20).
Mhijiex biss il-penitenza li
twassal għall-ewkaristija, imma
hija wkoll l-ewkaristija li
twassal għall-penitenza. Infatti
meta nifhmu sewwa ta’ min huwa
dak li nirċievu fit-tqarbin,
jitnissel fina kważi b’mod
spontanju sens ta’ indenjità,
flimkien man-niket għad-dnubiet
tagħna u mal-bżonn intern ta’
purifikazzjoni.
Irridu iżda li dejjem ngħassu,
sabiex din il-laqgħa kbira ma’
Kristu fl-ewkaristija ma ssirx
għalina fatt konswetudjinarju u
li ma nirċevuhx b’mod mhux
xieraq, jiġifieri fi stat
tad-dnub mejjet. Il-prattika
tal-virtù tal-penitenza u
s-sagrament tal-penitenza huma
ndispensabbli sabiex insostnu
fina u napprofondixxu
kontinwament dak l-ispirtu ta’
qima, li l-bniedem għandu jagħti
lil Alla nnifsu u lil imħabbtu
irrivelata b’mod hekk
tal-għaġeb.
Dan il-kliem irid jippreżenta xi
riflessjonijiet ġenerali dwar
il-kult tal-misteru ewkaristiku,
li jistà jkun żviluppat b’mod
iktar fit-tul u b’mod iktar
wiesà. Jistà, b’mod
partikolari, jorbot dak li ntqal
dwar l-effetti tal-ewkaristija
dwar l-imħabba għall-bniedem u
dak li issa ġbarna dwar
l-impenji li ġibdu fuqħom
il-bniedem u l-Knisja
fil-komunjoni ewkaristika, u
konsegwentement niddeskrivu
x-xbiha ta’ dik l- «art ġdida»
(2Pt 3,13) li titnissel
mill-ewkaristija permezz ta’
kull «bniedem ġdid» (Kol 3,10).
Effettivament f’dan is-sagrament
tal-ħobż u tal-imbid, tal-ikel u
tax-xorb, dak kollu li hu uman
iġarrab trasformazzjoni
singolari u elevazzjoni. Il-kult
ewkaristiku mhux tant kult
tat-traxxendenza inaċessibbli,
daqs kemm kult tal-komformità
divina, u huwa wkoll
trasformazzjoni ħanina u
feddejja tad-dinja fil-qalb
tal-bniedem.
Waqt li nfakkru dan kollu
fil-qosor biss, nixtieq,
minkejja l-qosor, noħloq kuntest
iktar wiesà għall-kustjonijiet
li rrid nitratta wara: dawn huma
marbutin b’mod strett
maċ-ċelebrazzjoni
tas-sagrifiċċju mqaddes. Infatti
f’din iċ-ċelebrazzjoni wieħed
jesprimi b’mod iktar dirett
il-kult tal-ewkaristija. Dan
jitfà mill-qalb bħal omaġġ
l-iktar prezzjuż ispirat
mill-fidi, mit-tama u
mill-karità, imsawba fina
fil-magħmudija. U propju dwar
dan lilkom, meqjuma u għeżież
ħuti fl-episkopat, u, magħkom,
lis-saċerdoti u lid-djakni,
nixtieq nikteb b’mod speċjali
f’din l-ittra, li lilha s-Sagra
Kongregazzjoni għas-sagramenti u
l-kult divin se jagħmlu wara
ndikazzjonijiet
partikolareġġjati.
SAGRALITA' TAL-EWKARISTIJA U
SAGRIFICCJU
Sagralità
8. Iċ-ċelebrazzjoni
tal-Ewkaristija, nibdew
miċ-Ċenaklu u minn Ħamis
ix-Xirka, għandha storja twila
tagħha, twila daqs l-istorja
tal-Knisja. Tul il-kors ta’ din
l-istorja l-elementi sekondarji
ġarrbu certu tibdil, madankollu
baqgħet bla ma nbidlet l-essenza
tal- «mysterium», imwaqqaf
mir-Redentur tad-dinja, waqt
l-Aħħar Ċena. Ukoll il-Konċilju
Vatikan II għamel xi
modifikazzjonijiet, li warajhom
il-liturġija attwali tal-quddies
tiddifferenzja ruħha, b’xi mod,
minn dik magħrufa qabel
il-Konċilju. Dwar dawn
id-differenzi m’aħniex feħsiebna
nitkellmu: għalissa biżżejjed
nieqfu fuq dak li hu essenzjali
u immutabbli fil-liturġija
ewkaristika.
B’dan l-element huwa marbut
b’mod strett il-karattru
tas-«sacrum» tal-ewkaristija,
jiġifieri ta’ azzjoni qaddisa u
sagra. Qaddisa u sagra, għaliex
fiha huwa kontinwament preżenti
u jaġixxi Kristu, «il-Qaddis»
ta’ Alla (Lq 1,35; Ġw 6,69; At
3,14; Ap 3,7), «il-midluk
mill-Ispirtu Santu» (At 10,38;
Lq 4,18), «l-ikkonsagrat
mill-Missier» (Ġw 10, 36), biex
jagħti b’mod liberu u jerġà
jieħu ħajtu (cfr. Ġw 10,17),
«is-sommu saċerdot tal-patt
il-ġdid» (Lh 3,1; 4,15; ecc...).
Huwa nfatti hu, li irrapreżentat
mis-saċerdot, jagħmel id-dħul
tiegħu fis-santwarju u jħabbar
il-Vanġelu tiegħu. Huwa hu
«l-offerenti u l-offrut,
il-konsagratur u l-ikkonsagrat»
(Ut Byzantina liturgia saeculi
IX predicabat secundum omnium
vetustissimum codicem, olim
«Barberino di san Marco»
appellatum (Florentiae, nunc in
Bibliotheca Apostolica Vaticana
asservatum, «Barberini greco»
336, f.8 vers., lin. 17-20,
vulgatum in hac parte a
F.E.Brightman, «Liturgies
Eastern and Western», I.
«Eastern Liturgies», Oxford
1896, p. 318,34-35). Azzjoni
qaddisa u sagra, għaliex hija
stabbilita mill-ispeċi sagri,
tas-«sancta sanctis» - jiġifieri
ħwejjeġ qaddisa, Kristu
l-Qaddis, mogħtija lill-qaddisin
– bħal ma jkantaw il-liturġiji
kollha tal-Lvant fil-waqt li
jiġi mgħolli l-ħobż ewkaristiku
biex jistieden lill-fidili
għaċ-ċena tal-Mulej.
Is-«sacrum» tal-quddiesa mhuwiex
mela «sagralizzazzjoni»,
jiġifieri żieda tal-bniedem
għall-azzjoni ta’ Kristu
fiċ-ċenaklu, ġaladarba iċ-ċena
ta’ Ħamis ix-Xirka kienet rit
sagru, liturġija primarja u
kostitutiva, li biha Kristu,
waqt li mpenja ruħu li jagħti
ħajtu għalina, iċċelebra b’mod
sagramentali, huwa nnifsu,
il-misteru tal-passjoni u
l-qawmien mill-imwiet tiegħu,
il-qalb ta’ kull quddiesa.
Jiġifieri żieda tal-bniedem
mal-azzjoni ta’ Kristu
fiċ-ċenaklu, ladarba ċ-ċena ta’
Ħamis ix-Xirka kienet rit sagru,
liturġija primarja u
kostituttiva, li biha Kristu,
waqt li mpenja ruħu li jagħti
ħajtu għalina, iċċelebra
sagramentalment, huwa stess,
il-misteru tal-passjoni u
l-qawmien mill-imwiet tiegħu,
il-qalb ta’ kull quddiesa. Waqt
li jirriżultaw minn din
il-liturġija, il-quddies tagħna
jilbes minnu nfih forma
liturġika sħiħa, li, għalkemm
iddiversifikata skont il-familji
ritwali, tibqà b’mod sustanzjali
identika. Is-«sacrum»
tal-quddiesa huwa sagralità
mwaqqfa minnu. Il-kliem u
l-azzjoni ta’ kull saċerdot, li
għaliha tikkorrispondi
l-parteċipazzjoni koxjenti u
attiva tal-miġemgħa ewkaristika
kollha, jagħmlu eku ta’ dawk ta’
Ħamis ix-Xirka.
Is-saċerdot joffri s-sagrifiċċju
mqaddes «in persona Christi», li
jfisser ferm iktar milli
«f’isem», jew inkella «minflok»
Kristu. «In persona»: jiġifieri
fl-identifikazzjoni sagramentali
partikulari mas-«sommu u etern
saċerdot» («Collecta Missae
Votivae de Ss.Eucharistia, B»:
«Missale Romanum»), li huwa
l-awtur u s-suġġett ewlieni ta’
dan is-sagrifiċċju tiegħu
propju, li fih fis-sewwa ma
jistà jkun sostitwit minn ħadd.
Huwa biss – Kristu biss – setà u
dejjem jistà jkun tassew u
effettiv «propitiatio pro
peccatis nostris... sed etiam
totius mundi» (1Ġw 2,2; cfr. 1Gv
4,10). Is-sagrifiċċju tiegħu
biss – u ebda ieħor – ma setà u
jistà «vim propitiatoriam»
quddiem Alla, it-Trinità,
il-qdusija traxxendenti tiegħu.
L-għarfien ta’ din ir-realtà
jitfà ċertu dawl fuq il-karattru
u fuq is-sinifikat
tas-saċerdot-ċelebranti li, waqt
li jwettaq is-sagrifiċċju
mqaddes u waqt li jaġixxi «in
persona Christi», jiġi, b’mod
sagramentali u fl-istess ħin
ineffabbli, introdott u inserit
f’dak is-«sacrum» strettissmu,
li fih hu minn naħa tiegħu
jassoċċja b’mod spiritwali
l-parteċipanti kollha
għall-miġemgħa ewkaristika.
Dak is-«sacrum» attwat f’forom
liturġiċi differenti, jistà jkun
nieqes minn xi element
sekondarju, imma bl-ebda mod ma
jistà jkun nieqes mis-sagralità
u s-sagramentalità essenzjali
tiegħu, ladarba dawn Kristu
riedhom u l-Knisja
ttrażmettiethom u
kkontrollathom. Dak is-«sacrum»
lanqas ma jistà jkun
strumentalizzat għal skopijiet
oħra. Il-misteru ewkaristiku,
mifrud minn natura sagrifikali u
sagramentali tiegħu,
sempliċement ma jibqax ikun
tali. Dan ma jammetti ebda
imitazzjoni «profana» li ssir
b’mod ferm faċli (jekk mhux
ukoll bħala regola)
profanazzjoni. Hemm bżonn
niftakru dejjem, u forsi b’mod
speċjali fi żmienna, li fih
nosservaw tendenza li tħassar
id-distinzjoni bejn «sacrum» u
«profanum», minħabba t-tendenza
ġenerali mifruxa (talinqas
f’ċerti postijiet)
għad-dissagrazzjoni ta’
kwalunkwè ħaġa.
F’tali realtà il-Knisja għandha
d-dmir partikolari li tassikura
u ssaħħaħ is-«sacrum»
tal-ewkaristija. Fis-soċjetà
pluralistika tagħna, u spiss
ukoll sekolarizzata
deliberatament, il-fidi ħajja
tal-komunità nisranija – fidi
koxjenti wkoll tad-drittijiet
propji fir-rigward ta’ dawk
kollha li ma jħaddnux l-istess
fidi – tiggarantixxi lil dan
is-«sacrum» id-diritt ta’
ċittadinanza. Id-dmir li
tirrispetta l-fidi ta’ kull
wieħed hu, fl-istess ħin,
korrelattiv għad-dritt naturali
u ċivili tal-libertà
tal-kuxjenza u tar-reliġjon.
Is-sagralità tal-ewkaristija
sabet u dejjem issib espressjoni
fit-terminoloġija tejoloġika u
liturgika (Dicimus enim «divinum
Mysterium», «Sanctissimum» vel
«Sacrosanctum», id est
excellentissimum modum «Sacri»
et «Sancti» proferimus.
Orientales contra Ecclesiae
nuncupant Missam «raza» sive
«mystérion», «hagiasmós»,
«quddasa». «qedasse», scilicet
praestantissimam formam
«consecrationis». Ritusinsuper
liturgiciaccedunt qui ad sacri
excitandum sensum postulant ut
sileatur, sttur, genua
flectantur, ut fidei professio
paragtur, ut incenso suffiantur
Evangelium, ara, celebrans et
ipsae Species sacrae. Immo vero
ritus illi in adiutorium
arcessunt angelos ad serviendum
Deo Sancto creatos: in Ecclesiis
nostris Latinis acclamatione
«Sanctus», atque in Liturgiis
Orientis acclamatione
«Trisagion» et «Sancta
sanctis»). Dan is-sens
tas-sagralità oġġettiva
tal-misteru ewkaristiku huwa
talment kostituttiv mill-fidi
tal-Poplu ta’ Alla, li hi
għaniet u saħħet ruħha (Verbi
causa in ipsa invitatione ad
communionem hac fide in lumine
ponuntur additicii aspectus
praesentiae Christi Sancti:
aspectus epiphaniae expressus a
Byzantinis «Benedicts qui venit
in nomine Domini: Dominus est
Deus et apparuit nobis!»: «La
divina Liturgia del santo nostro
Padre Giovanni Crisostomo»,
Roma-Grottaferrata 1967, pp.
136ss); aspectus societatis et
unitatis, decantatus ab Armenis
(«Unus Pater sanctus nobiscum,
unus Filius sanctus nobiscum,
unus Spiritus sanctus nobiscum»:
«Die Anaphora des Heiligen
Ignatius von Antiochien»,
übersetzt von A.Rücker, «Oriens
Christianus», 3 ser., 5 [1930],
p. 76); aspectus abditus et
caelestis paredicatus a
Chaldaeis ac Malabarensibus
(cfr. «Hymnus antiphonarius»,
post communionem cantatus a
sacerdote et fidelibus:
F.E.Brightman, «Liturgies
Eastern and Western», Oxford
1896, p. 299). Il-ministri
tal-ewkaristija jridu, għalhekk,
speċjalment fi żmienna, jkunu
mdawla mill-milja ta’ din
il-fidi ħajja, u fid-dawl tagħha
jridu jifhmu u jwettqu dak kollu
li jagħmel parti mill-misteru
saċerdotali, skont ix-xewqa ta’
Kristu u tal-Knisja tiegħu.
Sagrifiċċju
9. L-ewkaristija hija qabel
kollox sagrifiċċju, sagrifiċċju
tal-fidwa u, fl-istess ħin,
sagrifiċċju tal-patt il-ġdid
(cfr. «Sacrosanctum
Concilium»,
2 et 47; «Lumen
Gentium»,
3 et 28; «Unitatis
Redintegratio»,
2; «Presbyterorum
Ordinis»,
13; Concilii Triden. Sessio
XXII, capp. I et II:
«Conciliorum Oecumenicorum
Decreta», Bononiae 19733, pp.
732ss, praesertim: «una aedemque
est hostia, idem nunc offerens
sacerdotum ministerio, qui se
ipsum tunc in cruce obtulit,
sola offerendi ratione diversa»
Concilii Triden. Sessio XXII,
capp. I et II: «Conciliorum
Oecumenicorum Decreta», Bononiae
19733, p. 733), bħal ma nemmnu u
bħal ma b’mod ċar jipprofessaw
il-Knejjes tal-lvant:
«Is-sagrifiċċju preżenti –
iddikjarat sekli ilu, il-Knisja
Griega – huwa bħal dak li darba
offra ll-Verb uniġenitu nkarnat,
jiġi minnu (illum bħal dak
iż-żmien) offrut, waqt li hu
s-sagrifiċċju identiku u uniku»
(Synodi Costantinopolitanae
«Adversus Sotericum» (mensibus
Ianuario 1156 et Maio 1157):
Angelo Mai «Spicilegium
romanum», t. X, Romae 1844, p.
77: PG 140,190; cfr. Martin
Jugie «Dict. Théol. Cath.», t.
X, 1338; «Theologia dogmatica
christianorum orientalium»,
Paris 1930, pp. 317-320).
Għalhekk, u propju b’li jirrendu
preżenti dan l-uniku sagrifiċċju
tal-fidwa tagħna, il-bniedem u
d-dinja jiġu mreġġà lura lil
Alla permezz tan-novità paskwali
tal-fidwa. Din ir-restituzzjoni
ma tistax tiġi nieqsa: hija
s-sies tal-«patt il-ġdid u
etern» ta’ Alla mal-bniedem u
tal-bniedem ma’ Alla. Jekk dan
jiġi nieqes ikollna niċċalinġjaw
kemm l-eċċellenza
tas-sagrifiċċju tal-fidwa, li
kien ukoll perfett u definittiv,
kif ukoll il-valur sagrifikali
tal-quddiesa mqaddsa. Għalhekk
l-ewkaristija, billi hija l-veru
sagrifiċċju, topera din
ir-restituzszjoni lil Alla.
Joħroġ bħala riżultat li
ċ-ċelebrant huwa, bħala
l-ministru ta’ dak
is-sagrifiċċju, l-awtentiku
saċerdot, operanti – bis-saħħa
tal-poter speċifiku tas-sagra
ordinazzjoni – l-att sagrifikali
li jreġġà lura l-esseri lil
Alla. Iżda dawk kollha li jieħdu
sehem fl-ewkaristija, mingħajr
ma jissagrifikaw bħalu, joffru
miegħu, bis-saħħa tas-saċerdozju
komuni, is-sagrifiċċji
spiritwali propji,
irrapreżentati mill-ħobż u
mill-imbid, sa mill-waqt
tal-preżentazzjoni tagħhom
lill-altar. Dan l-att liturġiku,
infatti, issollennizzat minn
kważi l-liturġiji kollha,
«għandu l-valur u s-sinifikat
spiritwali tiegħu» («Institutio
Generalis Missalis Romani», 49;
«Missale Romanum»; cfr. «Presbyterorum
Ordinis»,
5). Il-ħobż u l-imbid isiru,
f’ċertu sens, simbolu ta’ dak
kollu li l-miġemgħa ewkaristika
ġġib, minn jeddha, bħala offerta
lil Alla, u toffri fl-ispirtu.
Huwa mportanti li dan l-ewwel
waqt tal-liturġija ewkaristika,
fis-sens strett, isib
l-espressjoni tiegħu fl-imġieba
tal-parteċipanti. Ma’ dan
tikkorrispondi l-hekk imsejħa
proċessjoni bir-rigali,
ipproġettata mir-riforma
liturġika riċenti («Ordo Missae
cum populo», 18: «Missale
Romanum») u akkumpanjata, skont
it-tradizzjoni antika, minn salm
jew innu. Huwa meħtieġ ċertu
spazju ta’ ħin, sabiex kulħadd
ikun jistà jagħraf dak l-att,
espress fl-istess ħin tal-kliem
taċ-ċelebrant.
L-għarfien tal-att
tal-preżentazzjoni tal-offerti
għandu jkun miżmum tul
il-quddiesa kollha. Anzi għandu
jilħaq il-milja tiegħu fil-waqt
tal-konsagrazzjoni u
tal-oblazzjoni anamnetika (bla
tixrid ta’ demm), bħal ma jesiġi
l-valur fondamentali tal-waqt
tas-sagrifiċċju. Biex juri dan
iservi l-kliem tat-talba
ewkaristika li s-saċerdot
jippronunzja b’leħen għoli.
Jidher utli li nerġgħu hawn
naqbdu xi espressjonijiet
tat-tielet talba ewkaristika, li
juru b’mod partikolari
l-karattru sagrifikali
tal-ewkaristija u jgħaqqdu
l-offerta tal-persuni tagħna ma’
dik ta’ Kristu: «Ħares
b’imħabba u għaraf fl-offerta
tal-Knisja tiegħek il-vittma
ssagrifikata għall-fidwa tagħna;
u lilna, li nitrejqu bil-ġisem u
d-demm ta’ Ibnek, agħtina
l-milja tal-Ispirtu Santu,
sabiex fi Kristu nsiru ġisem
wieħed u ruħ waħda. Huwa jagħmel
minna sagrifiċċju perpetwu li
jogħġob lilek».
Dan il-valur sagrifikali jiġi
espress diġa f’kull
ċelebrazzjoni mill-kliem li bih
is-saċerdot jikkonkludi
l-preżentazzjoni tar-rigali meta
jitlob lill-fidili biex
«is-sagrifiċċju tiegħi u tagħkom
ikun jogħġob lil Alla Missier
Omnipotenti». Tali kliem għandu
valur impenjattiv minħabba li
jesprimi l-karattru
tal-liturġija ewkaristika kollha
u l-milja tal-kontenut tiegħu
kemm divin kif ukoll ekkleżjali.
Dawk kollha li jieħdu sehem
b’fidi fl-ewkaristija jindunaw
li din hija «sacrificium»,
jiġifieri «offerta kkonsagrata».
Infatti il-ħobż u l-imbid,
preżenti fuq l-altar u
akkumpanjati mid-devozzjoni u
mis-sagrifiċċji spiritwali
tal-parteċipanti, jiġu finalment
ikkonsagrati, iva li jsiru
verament, realment u
sustanzjalment il-ġisem mogħti u
d-demm imxerred ta’ Kristu
nnifsu. Hekk, bis-saħħa
tal-konsagrazzjoni, l-ispeċi
tal-ħobż u tal-imbid,
jirrapreżentaw (cfr. Concilii
Trid. Sessio XXII, cap. 1:
«Conciliorum Oecumenicorum
Decreta», Bononiae 19733, pp.
732ss), b’mod sagramentali u bla
ebda tixrid ta’ demm,
is-sagrifiċċju mdemmi
propizjatorju offrut minnu fuq
is-salib lill-Missier
għas-salvazzjoni tad-dinja. Huwa
biss, infatti, waqt li rregala
lilu nnifsu bħala vittma
propizjatriċi f’att ta’ suprema
dedikazzjoni u sagrifiċċju,
irrikonċilja l-umanità
mal-Missier, unikament permezz
tas-sagrifiċċju tiegħu, «waqt li
ħassar id-dokument miktub
tad-dejn tagħna» (Kol 2,14).
Għal tali sagrifiċċju
sagramentali, mela, l-offerti
tal-ħobż u tal-imbid, magħqudin
mad-devozzjoni tal-fidili,
jwasslu kontribut insostitwibbli
tagħhom, ladarba,
bil-konsagrazzjoni
tas-saċerdopt, isiru l-ispeċi
sagri. Dan isir evidenti
fl-imġieba tas-saċerdot waqt
it-talba ewkaristika,
speċjalment waqt
il-konsagrazzjoni u mbagħad meta
ċ-ċelebrazzjoni tas-sagrifiċċju
mqaddes u s-sehem fih ikunu
akkumpanjati bl-għarfien li
«l-imgħallem huwa hawn u qed
isejjaħlek» (Ġw 11,28). Din
is-sejħa tal-Mulej, indirizzata
lilna permezz tas-sagrifiċċju
tiegħu, tiftaħ il-qlub, sabiex –
ippurifikati fil-misteru
tal-fidwa tagħna – jingħaqdu
miegħu fil-komunjoni
ewkaristika, li tagħti lis-sehem
fil-quddiesa valur matur, mimli,
impenjattiv tal-eżistenza umana:
«Il-Knisja tixtieq li l-fidili
mhux biss joffru l-vittma bla
tebgħa, imma li jagħrfu joffru
wkoll lilhom infushom u hekk
jipperfezzjonaw kuljum iktar
permezz ta’ Kristu medjatur,
il-għaqda tagħhom ma’ Alla u
mal-aħwa, sabiex fl-aħħar Alla
jkun kollox f’kulħadd »
(«Institutio Generalis Messalis
Romani», 55f: «Missale
Romanum»).
Huwa għalhekk meħtieġ u
konvenjenti li wieħed ikompli
jimplimenta edukazzjoni ġdida,
intensa biex jiskopri r-rikkezzi
kollha li l-liturġija l-ġdida
tiġbor fiha. Infatti t-tiġdid
liturġiku li seħħ wara
l-Konċilju Vatikan II ta
lis-sagrifiċċju ewkaristiku
viżibiltà, biex ngħidu hekk,
magguri. Fost l-oħrajn,
jikkontribwixxi l-kliem
tat-talba ewkaristika rreċitata
miċ-ċelebrant b’leħen għoli u,
b’mod partikolari, il-kliem
tal-konsagrazzjoni
bl-akklamazzjoni tal-miġemgħa
minnufih wara l-elevazzjoni.
Jekk dan kollu għandu jimliena
bil-ferħ, irridu wkoll niftakru
li dan it-tibdil jesiġi koxjenza
ġdida u maturità spiritwali,
kemm minn naħa taċ-ċelebrant –
b’mod speċjali llum li
jiċċelebra («jiffaċċja l-poplu»
- kif ukoll minn naħa
tal-fidili. Il-kult ewkaristiku
jimmatura u jikber meta l-kliem
tat-talba ewkaristika, u b’mod
speċjali dak tal-konsagrazzjoni,
ikunu ppronunzjati b’umiltà u
sempliċità kbira, b’mod li
jiftiehem, korrispondenti
għall-qdusija tiegħu, sabiħ u
denn; meta dan l-att essenzjali
tal-liturġija ewkaristika
jitwettaq mingħajr għaġġla; meta
jimpenjana għal tali ġabra u
għal tali devozzjoni, li
l-parteċipanti jintebħu
bil-kobor tal-misteru li
jitwettaq u dan juruh bl-imġieba
tagħhom.
IŻ-ŻEWĠ IMWEJJED TAL-MULEJ U
L-ĠID KOMUNI TAL-KNISJA
Il-mejda tal-kelma ta’ Alla
10. Nafu tajjeb li
ċ-ċelebrazzjoni tal-ewkaristija
kienet magħquda, sa
miż-żminijiet antiki, mhux biss
mat-talb, imma wkoll mal-qari
tal-Iskrittura Mqaddsa, u
mal-kant tal-miġemgħa kollha.
Grazzi għal dan kien possibbli,
għal bosta żmien, li wieħed
jirreferi għall-quddiesa
l-paragun magħmul mis-Santi
Padri taż-żewġ imwejjed, li
fuqhom il-Knisja tħejji għal
uliedha l-kelma ta’ Alla u
l-ewkaristija, jiġifieri l-ħobż
tal-Mulej. Irridu mela nerġgħu
lura għall-ewwel parti tas-sagru
misteru li, spiss ħafna,
fil-preżent jiġi msejjaħ
il-liturġija tal-kelma, u
niddedikawlha daqsxejn waħda
attenzjoni.
Il-qari tas-siltiet
tal-Iskrittura Mqaddsa, magħżula
għal kull jum, kienet sottomessa
mill-Konċilju għal kriterji u
għal esiġenzi ġodda (cfr. «Sacrosanctum
Concilium»,
35,1 et 51). Wara tali normi
konċiljari saret ġabra ġdida ta’
qari, li fihom ġie applikat, sa
ċertu punt, il-prinċipju
tal-kontinwità tat-testi, u
wkoll il-prinċipju li jirrendi
aċċessibbli il-ġabra tal-kotba
mqaddsa. L-introduzzjoni
tas-salmi bir-responsorji
fil-liturġija jirrendi familjari
għall-parteċipanti l-iktar
riżorsa sabiħa tat-talb u
tal-poeżija tat-Testment
il-Qadim. Il-fatt, imbagħad, li
t-testi relattivi jkunu moqrija
u kantati fil-lingwa propja,
jagħmel iva li kulħadd jistà
jieħu sehem b’iktar fehim sħiħ.
Ma jonqsux madankollu dawk ukoll
li, edukati fil-bażi
tal-liturġija antika bil-Latin,
iħossu n-nuqqas ta’ din
il-«lingwa waħda», li fid-dinja
kollha kienet ukoll espressjoni
tal-għaqda tal-Knisja, u,
permezz tal-karattru tagħha
dinjituż, qanqlet sens profond
tal-misteru ewkaristiku. Hemm
bżonn mela li nuru mhux biss
fehim, imma wkoll rispett lejn
dawn is-sentimenti u xewqat, u
sa fejn hu possibbli,
nakkomodawhom, bħal ma, wara
kollox, huwa previst
fid-dispożizzjonijiet il-ġodda
(cfr. Sacrae Rituum
Congregationis «In edicendis
normis», VI, 17-18; VII, 19-20:
AAS 57 [1965] 1012ss; «Musicam
Sacram», IV, 48: AAS 59 [1967]
314; «De titulo Basilicae
Minoris», II, 8: AAS 60 [1968]
538; Sacrae Congregationis Pro
Cultu Divino «De Missali Romano,
Liturgia Horarum et Calendario»,
I, 4: AAS 63 [1971] 714).
Il-Knisja Rumana għandha obbligi
partikolari lejn il-Latin,
il-lingwa brillanti ta’ Ruma
antika, u hemm bżon li turihom
kull darba li tippreżenta ruħha
l-okkażjoni.
Il-possibiltajiet introdotti
mit-tiġdid postkonċiljari jigu
spiss utilizzati b’mod li
jirrenduna xhieda u parteċipi
taċ-ċelebrazzjoni awtentika
tal-kelma ta’ Alla. Jiżdied
ukoll in-numru tal-persuni li
jieħdu parti f’din
iċ-ċelebrazzjoni. Jinbtu gruppi
ta’ letturi u kanturi, iktar
spiss ukoll «scholae cantorum»,
maskili e femminili, li b’żelu
kbir jiddedikaw ruħhom għal tali
aspett. Il-kelma ta’ Alla,
l-Iskrittura Mqaddsa, tibda
tħabbat b’ħajja ġdida f’bosta
komunitajiet insara. Il-fidili,
miġbura għal-liturġija, iħejju
ruħhom bil-kant għas-smigħ
tal-Vanġelu, li jiġi mħabbar
bid-devozzjoni u bl-imħabba li
jixirqulu.
Waqt li ninnutaw dan kollu bi
stima kbira u gratitudni, ma
nistgħux, madankollu, ninsew li
tiġdid sħiħ jimponi dejjem iktar
esiġenzi. Dawn jikkonsistu
f’responsabiltà ġdida lejn
il-kelma ta’ Alla trażmessa
permezz tal-liturġija, f’lingwi
differenti, u dan bla dubju
jikkorrispondi mal-karattru
universali u mal-għanijiet
tal-Vanġelu. L-istess
responsabiltà tirrigwarda wkoll
l-esekuzzjoni tal-azzjonijiet
liturġiċi relattivi, il-qari jew
il-kant, li jridu wkoll
jirrispondu għall-prinċipji
tal-arti. Biex wieħed
jippreserva dawn l-azzjonijiet
minn kull xorta ta’
artifiċjożità, jinħtieġ li
jesprimi fihom ħila, sempliċità
u fl-istess ħin dinjità tali, li
jġiegħel jiddi, sa mill-mod
stess tal-qari jew tal-kant,
il-karattru speċifiku tat-test
sagru.
Għalhekk, dawn l-esiġenzi, li
jinbtu mir-responsabiltà ġdida
lejn il-kelma ta’ Alla
fil-liturġija (cfr. Pauli VI
«Missale Romanum»: «Hisce ita
compositis, illud etiam
vehementer fore confidimus, ut
sacerdotes et fideles simul
sanctius animum suum ad Cenam
Domini praeparent, simul, sacras
Scripturas altius meditati,
verbis Domini uberius in dies
alantur»: AAS 61 [1969] 220ss),
jaslu saħansitra iktar
fil-profond u jmissu
d-dispożizzjoni nterna li bihom
l-ministri tal-kelma jwettqu
l-funzjoni tagħhom fil-miġemgħa
liturġika (cfr. «Pontificale
Romanum», «De Institutione
Lectorum et Accolythorum», 4).
L-istess responsabiltà
tirrigwarda fl-aħħarnett
l-għażla tat-testi. Tali għażla
kienet diġa saret mill-awtorità
ekkleżjastika kompetenti, li
kienet ippjanat ukoll
il-każijiet li fihom jistgħu
jintgħażlu s-siltiet addattati
għal sitwazzjoni partikolari
(cfr. «Institutio Generalis
Missalis Romani», 319-320:
«Missale Romanum»). Barra minn
hekk, hemm bżonn dejjem niftakru
li fil-kwadru tat-testi tal-qari
tistà tidħol biss il-kelma ta’
Alla. Il-qari tal-Iskrittura ma
jistax ikun sostitwit mill-qari
ta’ testi oħra, ukoll jekk ikunu
jippossiedu valuri reliġjużi u
morali indisputabbli. Tali testi
jistgħu iżda jkunu utilizzati,
bi profitt kbir, fl-omeliji.
Effettivament, l-omelija hija
massimament idonja
għall-utilizzazzjoni ta’ dawn
it-testi, basta li jirrispondu
għall-kondizzjonijiet ta’
kontenut mitluba, la darba huwa
fin-natura tal-omelija, fost
oħrajn, li turi il-konverġenzi
bejn l-għerf divin rivelat u
l-ħsieb nobbli uman, li permezz
ta’ triqat differenti jfittex
il-verità.
Il-mejda tal-ħobż tal-Mulej
11. It-tieni mejda tal-misteru
ewkaristiku, jiġifieri l-mejda
tal-ħobż tal-Mulej, tesiġi wkoll
hi riflessjoni apposta mill-punt
di vista tat-tiġdid liturġiku
tallum. Din hija problema
tal-ikbar importanza, billi
għandha x’taqsam ma’ att
partikolari ta’ fidi ħajja,
anzi, bħal ma tixhed sa minn
l-ewwel sekli (cfr. Fr. J.
Dölger «Das Segnen der Sinne mit
der Eucharistie. Eine
altchristliche Kommunionsitte:
Antike und Christentum, t. 3
[1932] 231-244; «Das
Kultvergehen der Donatistin
Lucilla von Karthago.
Reliquienkuss vor dem Kuss der
Eucharistie», t. 3 [1932]
245-252), manifestazzjoni ta’
kult lil Kristu li fil-komunjoni
ewkaristika jafda lilu nnifsu
lil kull wieħed minna, lil
qalbna, lill-kuxjenza tagħna,
lil xuftejna u lil fommna,
f’forma ta’ ikel. U għalhekk,
fir-rigward ta’ din il-problema,
hija meħtieġa b’mod partikolari
l-viġilanza li dwarha jitkellem
il-Vanġelu, kemm minn naħa
tar-rgħajja responsabbli
mill-kult ewkaristiku, kif ukoll
minn naħa tal-Poplu ta’ Alla, li
s-«sens tal fidi» tiegħu (cfr. «Lumen
Gentium»,
12. 35) għandu jkun propju hawn
imwissi u ħerqan.
Għalhekk nixtieq nafda wkoll din
il-problema lill-qalb ta’ kull
wieħed minnkom, meqjuma u
għeżież ħuti fl-episkopat. Intom
għandkom iddaħħluh b’mod
speċjali fl-ansjetà tagħkom
għall-Knejjes kollha afdati
f’idejkom. Nitlobkom dan f’isem
dik l-għaqda li rċivena b’wirt
mill-appostli: l-għaqda
kolleġġjali. Din l-għaqda
twieldet f’ċertu sens,
mill-mejda tal-ħobż tal-Mulej,
nhar Ħamis ix-Xirka. Bl-għajnuna
ta’ ħutkom fis-saċerdozju għamlu
dak kollu li għandkom il-ħila
tagħmlu, biex tiggarantixxu
d-dinjità sagrali tal-ministeru
ewkaristiku u dak l-ispirtu
profond tal-komunjoni
ewkaristika, li huwa ġid
speċifiku tal-Knisja bħala Poplu
ta’ Alla, u fl-istess ħin l-wirt
partikolari mgħoddi lilna
mill-appostli, minn
tradizzjonijiet liturġiċi
differenti u minn tant
ġenerazzjonijiet ta’ fidili,
spiss xhieda erojċi ta’ Kristu
edukati fl-«iskola tas-salib»
(redenzjoni) u tal-ewkaristija.
Hemm bżonn mela niftakru li
l-ewkaristija, bħala mejda ta’
ħobż il-Mulej, hija stedina
kontinwa, bħal ma jirriżulta
mill-aċċenn liturġiku
taċ-ċelebrant fil-waqt tal-
«ecce Agnus Dei! Beati qui ad
cenam Agni vocati sunt» (Ġw
1,29; Ap 19,9) u mill-parabbola
magħrufa tal-Vanġelu dwar
il-mistednin għall-festa
tat-tieġ (cfr. Lq 14,16ss).
Niftakru li f’din il-parabbola
hemm ħafna li jiskużaw ruħhom
milli jilqgħu l-istedina
minħabba l-mottiv ta’
ċirkustanzi differenti.
Bla ebda dubju, ukoll
fil-komunitajiet kattolċi tagħna
ma jonqsux dawk li jistgħu
jieħdu sehem fil-komunjoni
ewkaristika u ma jiħdux sehem,
minkejja li ma jkollhomx
fil-kuxjenza tagħhom impediment
ta’ dnub gravi. Tali
atteġġjament, li f’xi wħud huwa
marbut ma’ severità esaġerata,
imbidel, biex ngħidu s-sew,
fis-seklu tagħna, ukoll jekk ‘l
hawn u ‘l hinn għadek tismà bih.
Fis-sewwa, iktar spiss fis-sens
ta’ indenjità, wieħed jiltaqà
ma’ ċertu nuqqas ta’
disponibiltà nterna – jekk
wieħed jistà jesprimiha b’dan
il-mod – nuqqas ta’ «ġuħ» u ta’
«għatx» ewkaristiku, li warajh
jinħeba wkoll in-nuqqas ta’
sensibiltà adegwata u fehim
tan-natura tas-sagrament kbir
tal-imħabba.
Madankollu, f’dawn l-aħħar snin,
qegħdin nassistu wkoll għal
fenomenu ieħor. Xi drabi, anzi
f’każijiet iktar numerużi,
il-parteċipanti kollha
għall-miġemgħa ewkaristika
jersqu għat-tqarbin, imma
kultant, bħal ma jikkonformaw
ruħhom rgħajja esperti, ma jkunx
hemm il-preokkupazzjoni doveruża
ta’ rsiq għas-sagrament
tal-penitenza biex jippurifikaw
il-kuxjenza tagħhom. Dan jistà
naturalment ifisser li dawk li
jersqu għall-mejda tal-Mulej ma
jsibu xejn, fil-kuxjenza tagħhom
u skont il-liġi oġġettiva ta’
Alla, li jimpedilhom dak l-att
sublimi u ferrieħ tal-għaqda
tagħhom sagramentali ma’ Kristu.
Imma hawn tistà wkoll tinħeba,
talinqas kultant, konvinzjoni
oħra: u jiġifieri li
jikkunsidraw il-quddiesa bħala
festin (cfr. «Institutio
Generalis Missalis Romani», 7-8:
«Missale Romanum»), li tieħu
sehem fih waqt li tirċievi
l-ġisem ta’ Kristu, biex
timmanifesta b’mod speċjali
l-komunjoni fraterna. Ma’ dawn
il-mottivi jistgħu jiżdiedu
b’mod faċli ċerta
konsiderazzjoni umana u sempliċi
«konformiżmu».
Dan il-fenomenu jesiġi, minn
naħa tagħna, attenzjoni viġili u
analiżi tejoloġika u pastorali,
immexxija mis-sens ta’
responsabiltà massima. Ma
nistgħux nippermettu li
fil-ħajja tal-komunitajiet
tagħna jintilef dak il-ġid li
huwa s-sensibiltà tal-kuxjenza
nisranija, diretta b’mod uniku
mir-rigward lejn Kristu li,
riċevut fl-ewkaristija, għandu
jsib fil-qalb ta’ kull wieħed
minna għamara li tixraqlu. Din
il-problema hija marbuta b’mod
strett mhux biss mal-prattika
tas-sagrament tal-penitenza,
imma wkoll mas-sens rett ta’
responsabiltà quddiem
id-depożitu tad-duttrina morali
kollha u quddiem id-distinzjoni
preċiża bejn it-tajjeb u
l-ħażin, li jsir wara, għal kull
wieħed mill-parteċipanti
fl-ewkaristija, bażi ta’
ġudizzju korrett tagħhom
infushom fl-intimu tal-kuxjenza
tagħhom. Huwa magħruf sewwa
l-kliem ta’ San Pawl: «Probet
autem se ipsum homo» (1Kor
11,28); tali ġudizzju huwa
kondizzjoni ndispensabbli għal
deċiżjoni personali, għall-iskop
li wieħed jersaq għat-tqarbin
ewkaristiku jew biex inkella
jastjeni.
Iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika
tpoġġina quddiem bosta esiġenzi
oħra, fejn jidħol il-ministeru
tal-mejda ewkaristika, li
jirreferu, parzjalment, kemm
għas-saċerdoti u għad-djakni
biss, kif ukoll għal dawk kollha
li jieħdu sehem fil-liturġija
ewkaristika. Għas-saċerdoti u
għad-djakni huwa meħtieġ
jiftakru li s-servizz tal-mejda
tal-ħobż tal-Mulej jimponi
fuqhom obbligi partikolari, li
jirreferu, l-ewwelnett,
għall-istess Kristu preżenti
fl-ewkaristija u mbagħad
għall-parteċipanti attwali u
potenzjali fl-ewkaristija.
Rigward tal-ewwel, ma jkunx iżda
suplerfluwu li jiftakru l-kliem
tal-pontifikal li fil-jum
tal-ordinazzjoni l-Isqof
jindirizza lis-saċerdot il-ġdid,
waqt li jafdalu fuq il-patena u
fil-kalċi l-ħobż u l-imbid
offruti mill-fidili u mħejjijin
mid-djaknu: «Irċievi l-offerti
tal-poplu qaddis
għas-sagrifiċċju ewkaristiku.
Agħti kont ta’ dak li tagħmel,
għix il-misteru li tqiegħed
f’idejk, u kun imitatur
tal-Kristu offrut għalina»
(«Pontificale Romanum», «De
Ordinatione Diaconi, Presbyteri
et Episcopi»). Din l-aħħar
twissija magħmul lilu mill-Isqof
għandha tibqà bħala waħda
min-normi l-iktar għeżież
ta’ministeru ewkaristiku tiegħu.
Minnha s-saċerdot irid jispira
l-atteġġjament tiegħu
fit-trattament tal-ħobż u
tal-imbid, li saru l-ġisem u
d-demm tal-Feddej. Hemm bżonn,
mela, li aħna lkoll, li aħna
ministri tal-ewkaristija,
neżaminaw b’attenzjoni
l-azzjonijiet tagħna fuq
l-altar, b’mod partikolari l-mod
li bih nitrattaw dak l-ikel u
dik ix-xarba, li huma l-ġisem u
d-demm tal-Mulej Alla tagħna
f’idejna: kif inqassmu
t-tqarbina mqaddsa; kif nagħmlu
l-purifikazzjoni.
Dawn l-azzjonijiet kollha
għandhom is-sinifikat tagħhom.
Naturalment hemm bżonn li
nevitaw l-iskrupuożità, imma
Alla jippriservana minn imġieba
nieqsa mir-rispett, minn għaġġla
inopportuna, minn nuqqas ta’
sabar skandaluż. L-ikbar unur
tagħna jikkonsisti – barra milli
fl-impenn tal-missjoni
evanġelizzatriċi –
fl-eżerċitazzjoni ta’ tali poter
misterjuż fuq il-ġisem
tar-Redentur, u li dak kollu
fina għandu jkun deċiżament
ordinat. Barra minn dan, irridu
niftakru dejjem li għal dan
il-poter ministerjali konna
ikkonsagrati sagramentalment, li
ġejna magħżula minn fost
il-bnedmin u «għall-ġid
tal-bnedmin» (Lh 5,1). Hemm
bżonn naħsbu b’mod partikolari
aħna saċerdoti tal-Knisja Rumana
Latina, li r-rit tagħha
tal-ordinazzjoni żied, matul
is-sekli, l-użu tad-dlik
tal-idejn tas-saċerdot.
F’xi pajjiżi daħal l-użu
tat-tqarbin fl-idejn. Tali
prattika kienet mitluba minn
konferenzi episkopali singuli u
kisbet l-approvazzjoni tas-sede
apostolika. Madankollu, qegħdin
nisimgħu dwar każijiet ta’
nuqqas deplorevoli ta’ rispett
fil-konfront tal-ispeċi
ewkaristiċi, nuqqas li jgħabbi
bir-responsabiltà mhux biss
lill-persuni ħatja, imma wkoll
lir-rgħajja tal-Knisja, li kienu
inqas attenti dwar l-attitudni
tal-fidili lejn l-ewkaristija.
Qed iseħħ ukoll li, xi daqqiet,
ma titqiesx l-għażla u r-rieda
ħielsa ta’ dawk li, ukoll fejn
kienet awtorizzata
d-distribuzzjoni tat-tqarbin
fl-idejn, jippreferixxu jżommu
l-użu li jirċevuh fil-fomm. Huwa
diffiċli, mela, fil-kuntest
tal-ittra attwali, li ma
naċċennax għall-fenomeni
dolorużi hawn fuq imfakkra. Waqt
li qed nikteb dan ma rrid
bl-ebda mod nirreferi għal dawk
il-persuni li, waqt li jirċievu
l-Mulej Ġesù fl-idejn, dan
jagħmluh bi spirtu ta’ riverenza
u devozzjoni profonda,
fil-pajjiżi fejn din il-prattika
ġiet awtorizzata.
Madankollu hemm bżonn li ma
ninsewx l-uffiċċju primarju
tas-saċerdoti, li ġew
ikkonsagrati fl-ordinazzjoni
tagħhom biex jirrapreżentaw lil
Kristu saċerdot: għal dan
idejhom, bħal kelmthom u r-rieda
tagħhom, saru strument dirett
ta’ Kristu. Għal dan, jiġifieri
bħala ministri tal-ewkaristija
mqaddsa, huma għandhom
responsabiltà primarja fuq
l-ispeċi sagri, għaliex totali:
joffru l-ħobż u l-imbid,
jikkonsagrawhom, mbagħad iqassmu
l-ispeċi sagri lill-parteċipanti
fil-miġemgħa, li jkunu jixtiequ
jirċevuhom. Id-djakni jistgħu
biss iġibu fuq l-altar l-offerti
tal-fidili u, ladarba jiġu
kkonsagrati mis-saċerdot, huma
jqassmuhom. Kemm elokwenti
għalhekk, ukoll jekk mhux
primittiv, huwa fl-ordinazzjoni
latina tagħna r-rit tad-dlik
tal-idejn, bħallikieku għal dawn
l-idejn hija meħtieġa grazzja u
qawwa partikolari tal-Ispirtu
Santu!
Il-mess tal-ispeċi sagri,
it-tqassim tagħhom b’idejna,
huwa privileġġ tal-ordnati, li
jindika parteċipazzjoni attiva
fil-ministeru tal-ewkaristija.
Huwa ovvju li l-Knisja tistà
tikkonċedi tali fakultà lil
persuni li la huma saċerdoti u
linqas djakni, bħal ma huma kemm
l-akkolti, fl-eżerċizzju
tal-ministeru tagħhom, b’mod
speċjali jekk iddestinati għal
ordinazzjoni futura, kif ukoll
għal lajċi oħra għal dan ordnati
minħabba bżonn ġust, u dejjem
wara preparazzjoni adegwata.
Il-ġid komuni tal-Knisja
12. Ma’ nistgħu, linqas għal
waqt wieħed, ninsew li
l-ewkaristija hija ġid speċifiku
tal-Knisja kollha. Hija l-ikbar
don li, fl-ordni tal-grazzja u
tas-sagrament, il-għarus divin
offra u joffri bla jaqtà
lill-għarusa tiegħu. U propju
għaliex dan għandu x’jaqsam ma’
tali rigal, ilkoll irridu, fi
spirtu ta’ fidi profonda,
inħallu lilna nfusna niġu
ggwidati mis-sens ta’
responsabiltà tassew nisranija.
Rigal jobbligana dejjem b’mod
iktar profond sabiex ikellimna
mhux tant bil-forza ta’ dritt
strett, daqskemm bil-qawwa
tal-affidament personali, u hekk
– mingħajr obbligi legali –
jesiġi fiduċja u gratitudni.
L-ewkaristija hija propju tali
rigal, hija tali ġid. Hemm bżonn
li nibqgħu fidili fid-dettalji
għal dak li din tesprimi fiha u
għal dak li titlobna, jiġifieri
l-effiċjenza tal-grazzji.
L-ewkaristija hija ġid komuni
tal-Knisja kollha bħala
sagrament tal-għaqda tagħha. U
għalhekk il-Knisja għandha
d-dmir sever li tippreċiża dak
kollu li jmiss
il-parteċipazzjoni u
ċ-ċelebrazzjoni tagħha. Irridu
mela naġixxu skont il-prinċipji
stabbiliti minn l-aħħar Konċilju
li, fil-kostituzzjoni dwar
il-liturġija sagra, iddefenixxa
l-awtorizzazzjonijiet u
l-obbligi kemm tal-Isqfijiet
individwi fid-dijoċeżijiet
tagħhom, kif ukoll
tal-konferenzi episkopali,
ġaladarba kemm tal-ewwel kif
ukoll tat-tieni jaġixxu f’għaqda
kolleġġjali mas-sede apostolika.
Barra minn dan irridu nsegwu
l-ordinanzi maħruġa mid-diversi
dikasteri f’dan il-qasam: kemm
f’materja liturġika, fir-regoli
stabbiliti mill-kotba liturġiċi,
fejn dawn jikkonċernaw
il-ministeru ewkaristiku, u
fl-istruzzjonijiet iddedikati
lill-istess misteru (cfr. Sacrae
Congregationie Rituum
«Eucharisticum Mysterium»: AAS
59 [1967] 539-573; «Rituale
Romanum», «De sacra communione
et de cultu Mysterii
eucharistici extra Missam», ed
typica 1973; Sacrae
Congregationis pro Cultu Divino
«Litterae circulares ad
Conferentiarum Episcopalium
Praesides de precibus
eucharistici: AAS 65 [1973]
340-347), kif ukoll fejn
jirrigwardaw il- «communicatio
in sacris», fin-normi
tad-«Directorium de re
oecumenica» (cfr. «Directorium
de re oecumenica», 38-63: AAS 59
[1967] 586-592) u fl-«Instructio
de peculiaribus casibus
admittendi alios christianos ad
communionem eucharisticam in
Ecclesia catholica» (cfr.
«Instructio de peculiaribus
casibus admittendi alios
christianos ad communionem
eucharisticam in Ecclesia
catholica»: AAS 64 [1972]
518-525; cfr. etiam
«Communicatio» subsequenti anno
evulgata, ut eadem «Instructio
recte applicaretur»: AAS 65
[1973] 616-619). U billi f’dan
l-istadju ta’ tiġdid ġiet
imdaħħla l-possibiltà ta’ ċerta
awtonomija «krejattiva»,
madankollu din għandha
tirrispetta b’mod strett
l-esiġenzi tal-għaqda
sustanzjali. Fil-mixja lejn dan
il-pluraliżmu (li joħroġ fost
l-oħrajn diġa mill-introduzzjoni
tal-lingwi differenti
fil-liturġija) nistgħu inkomplu
biss sa dak il-punt li fih ma
jkunux imħassra l-karatteristiċi
essenzjali taċ-ċelebrazzjoni
tal-ewkaristija u jkunu
rispettati n-normi tar-roforma
liturġika riċenti.
Hemm bżonn inwettqu ma’
kullimkien l-isforz
indispensabbli, sabiex
fil-pluraliżmu tal-kult
ewkaristiku, ipprogrammat
mill-Konċilju Vatikan II, turi
ruħha l-għaqda li tagħha
l-ewkaristija hija sinjal u
kawża.
Dan id-dmir li dwaru,
b’neċessità, għandha tgħasses
is-sede apostolika, għandu jkun
meħud mhux biss mill-konferenzi
episkopali singuli, imma wkoll
minn kull ministru
tal-ewkaristija u responsabbli
tal-ġid komuni tal-Knisja
kollha. Is-saċerdot bħala
ministru, bħala ċelebrant, bħala
dak li jippresiedi l-miġemgħa
ewkaristika tal-fidili, għandu
jkollu sens partikolari tal-ġid
komuni tal-Knisja, li huwa
jirrapreżenta permezz
tal-ministeru tiegħu, imma li
għalih għandu jkun ukoll
suġġett, skont dixxiplina retta
tal-fidi. Huwa ma jistax iqis
lilu nnifsu bħala «propjetarju»,
li liberament jiddisponi
mit-test liturġiku u mir-rit
sagru bħala ġid speċifiku
tiegħu, hekk li jagħtih stil
personali u arbitrarju. Dan
jistà kultant jidher ta’ effett
maġġuri, jistà wkoll
jikkorrispondi b’mod maġġuri
għal ħniena suġġettiva,
bdanakollu oġġettivament hija
dejjem tradiment ta’ dik
l-għaqda li, b’mod speċjali
fis-sagrament tal-għaqda,
għandha ssib l-espressjoni
propja.
Kull saċerdot, li joffri
s-sagrifiċċju qaddis, għandu
jiftakar li waqt dan
is-sagrifiċċju mhuwiex hu biss
mal-komunità li qed jitlob, imma
titlob il-Knisja kollha, waqt li
hekk tesprimi, ukoll bl-użu
tat-test liturġiku approvat,
l-għaqda spiritwali tagħha f’dan
is-sagrament. Jekk xi ħadd irid
isejjaħ tali pożizzjoni
«uniformiżmu», dan ikun xhieda
biss tal-injoranza tal-esiġenzi
oġġettivi tal-għaqda awtentika u
jkun sintomu ta’ individwaliżmu
li jagħmel ħsara.
Din is-subordinazzjoni
tal-ministeru, taċ-ċelebrant,
għall-«mysterium», li kien fdat
lilu mill-Knisja għall-ġid
tal-Poplu kollu ta’ Alla, għandu
jsib l-espressjoni tiegħu ukoll
fl-osservanza tal-esiġenzi
liturġiċi relattivi
għaċ-ċelebrazzjoni
tas-sagrifiċċju mqaddes. Dawn
l-esiġenzi jirreferu, per
eżempju, għall-ilbies li jilbes
iċ-ċelebrant. Hija ħaġa naturali
li setà kien hemm ċirkustanzi li
fihom il-preskrizzjoni ma
tobligahomx. Qrajna
b’kommozzjoni, f’kotba miktubin
minn saċerdoti ex-priġunieri
f’kampijiet ta’ esterminazzjoni,
rapporti ta’ ċelebrazzjonijiet
ewkaristiċi mingħajr
l-imsemmija regoli, u jiġifieri
mingħajr altari u mingħajr
ilbies. Jekk iżda f’dawk
il-kondizzjonijiet dan kien
prova ta’ eroiżmu, kellu jqanqal
stima profonda, madankollu,
f’kondizzjonijiet normali, li
wieħed jittraskura
l-preskrizzjonijiet liturġiċi
jistà jkun interpretat bħala
nuqqas ta’ rispett lejn
l-ewkaristija, iddettat forsi
minn individwaliżmu jew minn
difett ta’ sens kritiku dwar
opinjonijiet kurrenti, jew
inkella minn ċertu nuqqas ta’
spirtu ta; fidi.
Fuqna lkoll, li aħna,
għall-grazzja ta’ Alla, ministri
tal-ewkaristija, tiggrava b’mod
partikulari r-responsabiltà
għall-ideat u
għall-atteġġjamenti ta’ ħutna
rġiel u nisa, afdati
għall-attenzjoni pastorali.
Il-vokazzjoni tagħna hija dik li
nqanqlu, qabel kollox bl-eżempju
personali, kull manifestazzjoni
tajba ta’ kult lejn Kristu
preżenti u operanti f’dak
is-sagrament ta’ mħabba. Alla
jżommna milli naġixxu b’mod
differenti, milli niddebolixxu
dak il-kult, «billi jżommna ‘l
bogħod» minn diversi
manifestazzjonijiet u forom ta’
kult ewkaristiku, li fihom
wieħed jesprimi forsi
kompassjoni «tradizzjonali» imma
sana, u speċjalment dak is-«sens
tal-fidi», li l-Poplu kollu ta’
Alla jippossiedi, bħal ma
fakkarna l-Konċilju Vatikan II
(cfr. «Lumen
Gentium»,
12).
Waqt li nġib fi tmiemhom dawn
il-konsiderazzjonijiet tiegħi,
irrid nitlob maħfra – f’ismi u
f’isimkom ilkoll, meqjuma u
għeżież ħuti fl-episkopat – għal
dak kollu li minħabba kwalunkwè
mottiv, u għal kwalunkwè
dgħufija, nuqqas ta’ sabar,
traskuraġni umana, wara wkoll
l-applikazzjoni kultant
parzjali, unilaterali, żbaljata
tal-preskrizzjonijiet
tal-Konċilju Vatikan II, setgħet
qanqlet skandlu u diffikultà
dwar l-interpretazzjoni
tad-duttrina u l-qima dovuta lil
dan il-kbir sagrament. U nitlob
lill-Mulej Ġesù sabiex
fil-ġejjieni jkun evitat,
fil-mod ta’ trattament tagħna
ta’ dan il-misteru sagru, dak li
jistà jdgħajjef jew jaljena b’xi
mod is-sens ta’ qima u ta’
mħabba fil-fidili tagħna.
Jalla Kristu stess jgħinna biex
inkomplu fuq triqatna tat-tiġdid
veru lejn dak l-għerf ta’ ħajja
u ta’ kult ewkaristiku, li
permezz tiegħu tinbena l-Knisja
f’dik l-għaqda li hija diġa
tippossiedi u li tixtieq twettaq
iktar għall-glorja tal-Alla
l-ħaj u tas-salvazzjoni
tal-bnedmin kollha.
KONKLUŻJONI
13. Ippermettu issa, meqjuma u
għeżież ħuti, li ntemm dawn
ir-riflessjonijiet tiegħi, li
kienu limitati biex
japprofondixxu biss xi
kwistjonijiet. Meta qbadthom,
kelli quddiem għajnejja l-opra
kollha mwettqa mill-Konċilju
Vatikan II, u żammejt sewwa
preżenti f'moħħi l-enċiklika ta’
Pawlu VI «Mysterium
Fidei»,
ipproklamata waqt dak
il-Konċilju, minkejja
d-dokumenti kollha maħruġa wara
l-istess Konċilju bl-iskop li
jiddaħħal fis-seħħ it-tiġdid
liturġiku post-konċiljari.
Infatti teżisti rabta
strettissma u organika bejn
it-tiġdid tal-liturġija u
t-tiġdid tal-ħajja kollha
tal-Knisja.
Il-Knisja mhux biss taġixxi,
imma wkoll tesprimi ruħha
fil-liturġija, tgħix
bil-liturġija u takkwista
mil-liturġija l-qawwiet
għall-ħajja. U għalhekk
it-tiġdid liturġiku, mwettaq
b’mod ġust fl-ispirtu
tal-Vatikan II, huwa sa ċertu
punt, il-qies u l-kondizzjoni li
bihom timplimenta t-tagħlim ta’
dak il-Konċilju Vatikan II, li
rridu naċċettaw b’fidi profonda,
konvinti li permezz tiegħu
l-Ispirtu Santu «qal
lill-Knisja» l-veritajiet u ta
l-indikazzjonijiet li jservu
għat-twettiq tal-missjoni tagħha
fil-konfront tal-bnedmin tal-lum
u ta’ għada.
Ukoll wara, ikun interess
partikolari tagħna li
nippromwovu u nsegwu t-tiġdid
tal-Knisja skont id-duttrina
tal-Vatikan II, fl-ispirtu ta’
tradizzjoni dejjem ħajja.
Infatti għas-sustanza
tat-tradizzjoni, mifhuma
ġustament, jappartjeni wkoll
qari mill-ġdid korrett
tas-«sinjali taż-żminijiet», li
skonthom huwa meħtieġ li
jittieħdu mit-teżor għani
tar-rivelazzjoni «ħwejjeġ ġodda
u ħwejjeġ qodma» (Mt 13,52).
Waqt li opera f’dan l-ispirtu,
skont dan il-parir tal-Vanġelu,
il-Konċilju Vatikan II wettaq
sforz providenzjali biex iġedded
il-wiċċ tal-Knisja fil-liturġija
sagra, waqt li aktar spiss
għaqqad ruħu mill-ġdid ma’ dak
li huwa «antik», ma’ dak li jiġi
mill-wirt tas-Santi Padri u huwa
espressjoni ta’ fidi u ta’
duttrina tal-Knisja magħquda
għal tant sekli.
Biex tkun tistà tkompli
timplimenta fil-prattika,
fil-ġejjieni, id-direttivi
tal-Konċilju fil-kamp
tal-liturġija, u b’mod
partikolari fil-kamp tal-kult
ewkaristiku, hija meħtieġa
kollaborazzjoni stretta bejn
id-dikasteru rispettiv tas-santa
Sede u l-konferenzi episkopali
singoli, kollaborazzjoni attenta
u fl-istess ħin krejattiva,
bil-ħarsa ffissata fuq il-kobor
tal-misteru santissmu u,
fl-istess ħin, fuq il-proċessi
spiritwali u fuq it-tibdil
soċjali, hekk sinifikattivi
għall-epoka tagħna, ladarba mhux
biss joħolqu xi daqqiet
diffikultà, imma jiddisponu
wkoll għal mod ġdid ta’
parteċipazzjoni għal dak
il-misteru kbir tal-fidi.
B’mod speċjali nixtieq
nenfasizza li l-problemi
tal-liturġija, u b’mod
partikolari tal-liturġija
ewkaristika, ma jistgħux ikunu
okkażjoni biex taqsam
lill-kattolċi u thedded l-unità
tal-Knisja. Dan jesiġih il-fehim
elimentari ta’ dak is-sagrament,
li Kristu ħallielna bħala sors
ta’ għaqda spiritwali. U kif
tistà propju l-ewkaristija, li
hija fil-Knisja «sacramentum
pietatis, signum unitatis,
vinculum caritatis» (cfr.
S.Augustini «In Evangelium
Ioannis», tract. 26,13: PL
35,1612ss), tikkostitwixxi f’dan
il-waqt fostna punt ta’
diviżjoni u sors ta’ devjazzjoni
ta’ ħsibijiet u ta’ mġieba,
minflok ma tkun iċ-ċentru fokali
u kostituttiv, bħal ma hija
verament fl-essenza tagħha,
tal-għaqda tal-Knisja nfisha?
Aħna lkoll midjunin lejn
il-Feddej tagħna. Ilkoll kemm
aħna għandna nisimgħu lil dak l-Ispirtu
tal-verità u tal-imħabba, fl-isem
tal-istess Kristu msallab u ta’
Ommu, nitlobkom u nitlobkom
bil-qalb li, waqt li nabbandunaw
kull oppożizzjoni u diviżjoni,
ningħaqdu lkoll f’din
il-missjoni feddejja kbira, li
hija prezz u fl-istess ħin frott
tal-fidwa tagħna. Is-sede
apostolika se tagħmel dak kollu
possibbli biex tfittex, ukoll
wara, il-mezzi li jistgħu
jassikuraw dikl l-għaqda li
dwarha qed nitkellmu. Jalla kull
wieħed minnkom jevita, bl-aġir
propju tiegħu, li «jnikket
lill-Ispirtu Santu»(Ef 4,30).
Sabiex din l-għaqda u
l-kollaborazzjoni kostanti u
sistematika li għaliha twassal
jistgħu jkunu kontinwati
b’perseveranza, nitlob
għarkuptejja għalina lkoll
d-dawl tal-Ispirtu Santu,
bl-interċessjoni ta’ Marija
l-għarusa qaddisa tiegħu u Omm
il-Knisja. U waqt li nberikkom
ilkoll, bil-qalb kollha, indur
mill-ġdid għal darb’oħra lejkom,
meqjuma u għeżież ħuti
fl-episkopat, b’tislima fraterna
u mimlija fiduċja. F’din
l-għaqda kolleġjali, li tagħha
aħna sehem, nagħmlu kull sforz
sabiex l-ewkaristija ssir dejjem
b’mod ikbar sors ta’ ħajja u
dawl tal-kuxjenzi ta’ ħutna
kollha, irġiel u nisa,
tal-komunitajiet kollha
fl-għaqda universali tal-Knisja
ta’ Kristu fuq l-art.
Bi spirtu ta’ karità fraterna,
lilkom u lill-aħwa kollha
fis-saċerdozju, hija għalija
ħaġa għażiża li nagħtikom
il-barka apostolika.
Mill-Vatikan, l-24 ta’ Frar,
l-ewwel Ħadd tar-Randan,
tas-sena 1980, it-tieni
tal-Pontifikat.
ĠWANNI PAWLU II
Miġjub mit-Taljan gżall-Malti
minn Emanuel Zarb
|