IL-MISTIĊI

5. Fil-kitbiet tal-mistiċi jkun hemm temi partikulari?

Meta nagħtu titwila f’xi kitba ta’ awturi mistiċi, nindunaw kemm il-messaġġ li jwasslulna hu attwali u relevanti. Jolqtuna wkoll l-espressjonijiet sbieħ tagħhom. Kemm hu veru dak li jintqal dwar il-kitbiet tal-mistiċi, li: “Huma kliem li joħorġu direttament mill-istess qalb ta’ Alla.”

Forsi aħna, l-aktar li nassoċjaw lill-mistiċi, hu ma stejjer misterjużi u li jqajmulna kur#ità. Imma nistgħu ma nsibu l-ebda estasi f’]afna minnhom, ma nsibu l-ebda fenomenu straordinarju, l-ebda dehriet u viżjonijiet. Imma f’kollha nsibu ħsibijiet profondi mibnija fuq il-Vanġelu, b’mod partikulari l-Vanġelu ta’ San Ġwann. Huma ħsibijiet li jqiegħduna fil-qalba tal-misteru ta’ Alla. Hawn insemmu lil San Charles de Foucauld li laqa’ lil Alla fid-deżert tal-Magreb.

 

 

San Charles de Foucauld (1858-1916)

Fil-kontemplazzjoni profonda tal-Vanġelu, il-mistiċi jkunu iktar viċin tal-misteru ta’ Alla u ta’ Ġesù Kristu, bħall-mod kif l-Iben ġie ġenerat minn dejjem mill-Missier. Ma jiqfux fuq il-misteru u daqshekk, imma jispjegawlna kif aħna wkoll ulied Alla l-Missier u allura aħwa ta’ Ibnu.

Fost it-temi tal-kitbiet tal-mistiċi hemm dik klassika ta’ Meister Eckhart, li semmejna aktar qabel, fix-xogħol tiegħu imsejjaħ ‘Prietki’, mill-101 sa 104. Din it-tema hi ġabra ta’ tagħlim dwar it-twelid etern tal-Iben fi ħdan it-Trinità Qaddisa.