IL-MISTIĊI

2. Għaliex l-interess għall-mistikċiżmu jikkonċerna wkoll reliġjonijiet mhux Kristjani?

Għaliex l-interess għall-mistiċiżmu jikkonċerna wkoll reliġjonijiet mhux Kristjani?

L-interess li qed jidher mill-ġdid għall-mistiċiżmu ġej mill-esperjenza reliġjuża li qiegħda f’din l-ispiritwalità. Irridu niftakru li s-sejħa għall-qdusija, għax l-ispiritwalità hemmekk trid twassal, hi għal kulħadd. Id-don tal-mistiċiżmu jista’ jingħata lil kulħadd, imma b’modi differenti u b’intensità differenti.

Naturalment il-mistiċi magħrufa kellhom esperjenza iktar qawwija u x’aktarx li aħna aktar midħla ta’ personaġġi Nsara. Imma din l-ispiritwalità tista’ tieħu forom differenti u f’reliġjonijiet differenti, fejn teżisti bil-mod tagħhom.

Dan il-fatt jistieden lill-bnedmin tal-lum biex jinteressaw ruħhom fir-reliġjonijiet il-kbar, li għandhom rabta antropoloġika bejniethom. Hawnhekk nirreferu għall-Kristjaniżmu, il-Ġudaiżmu u l-Islam.

 

Kitba ta' Joe Galea. 15 ta' Settembru 2021.