
L-INDULĠENZA U L-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA
Waħda mill-inizjattivi matul
is-Sena tal-Ħniena hi
marbuta mall-Bibien
tal-Ħniena li l-Qdusija
Tiegħu il-Papa Franġisku
xtaq li jinfetħu f’Ruma u
fid-djoċesijiet kollha tad-dinja.
Fid-Djoċesi ta’ Malta infeħu
il-Bieb tal-Katidral
tal-Imdina, il-Bieb
tas-Santwarju tal-Madonnna
tal-Mellieħa u l-Bieb
tal-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn
tinżamm ix-xbieha devota ta’
Ġesù Redentur mal-Bażilika
ta’ Marija Bambina fl-Isla.
Fid-Djoċesi ta’ Għawdex
infetħu l-Bibe tal-Katidral,
ir-Rabat, il-bieb
tas-Santwarju tal-Madonna ta’
Pinu u l-Bibe
tas-Santwarjutal-Immakulata
Kunċizzjoni fil-Qala. Kulmin
jgħaddi minn dawn il-bibien
jista’ jirbaħ l-Indulġenza
Plenarja, u japplikaha
għalih innifsu jew għal xi
ħadd ieħor. B’dan il-ġest
sempliċi il-Knisja trid
turina il-ħniena li Alla
jrid juri ma kulmin irid
jitħabbeb miegħu mill-ġdid.
L-Indulġenza Plenarja
tfisser li persuna tkun
meħlusa mit-tpattija tad-dnubiet
tagħha. Għalhekk huwa
meħtieġ li biex tintrebaħ l-Indulġenza
l-persuna li tirċeviha tkun
fi stat ta’ grazzja,
jiġifieri li tkun niedma
tassew minn dnubietha u
b’dawn il-kundizzjonijiet:
1. Il-persuna tkun tassew
niedma minn dnubietha b’tali
mod li tkun maqtugħa mid-dnub,
anke venjali, b’intenzjoni
li ma terġax tidneb.
2. Dan ifisser ukoll li l-persuna
tkun qerret u tqarbnet waqt
il-Quddiesa u titlob skont
l-intenzjoni tal-Papa (ngħidu
aħna billi titlob it-talba
tal-Missierna u s-Sliema).
Il-qrara u t-tqarbina
jistgħu iseħħu sa għoxrin
(20) jum jew qabel jew wara
li l-persuna tkun għaddiet
minn wieħed mill-Bibien
tal-Ħniena imxerrda fid-dinja
kollha.
F’kas ta’ persuni li għal xi
raġuni valida, (ngħidu aħna
ma jistgħux jivvjaġġaw,
ikunu morda jew anzjani jew
b’diżaibilità serja) jistgħu
jittieħdu fi kwalunkwe
knisja bl-istess
kundizzjonijiet. Jekk
lanqas dan ma jkun jista’
jsir, l-Indulġenza tista
tintrebaħ ukoll mid-dar jew
residenza fejn il-persuna
tinsab, bl-istess
kundizzjonijiet. Minflok
il-Quddiesa, il-persuna
tista’ titlob ir-Rużarju jew
il-Via Sacra jew xi talb
ieħor weħidha jew aħjar mal-familja.
|
IL-KATEKIŻMU
TAL-KNISJA KATTOLIKA DWAR
L-INDULĠENZI
Paragrafu 1471
Id-duttrina u l-użu ta’ l-indulġenzi
fil-Knisja għandhom rabta tassew
kbira ma’ l-effetti
tas-sagrament tal-Penitenza.
X’INHI L-INDULĠENZA
“L-indulġenza
hi l-maħfra quddiem Alla
tal-piena taż-żmien li kienet
tistħoqq minħabba dnubiet li
tagħhom ġa tħassret il-ħtija.
Maħfra li n-nisrani
b’dispożizzjoni tajba jikseb
taħt ċerti kundizzjonijiet
determinati, permezz tal-ħidma
tal-Knisja li, bħala
dispensatriċi tal-fidwa, tqassam
u tapplika bl-awtorità tagħha t-teżor
tal-merti ta’ Kristu u
tal-qaddisin”.
“L-indulġenzi huma parzjali jew
plenarji skond jekk jeħilsux
parti mill-piena taż-żmien li
kienet tistħoqq għad-dnubiet jew
ineħħuha kollha”. L-insara
jistgħu jirbħu l-indulġenzi
għalihom stess jew japplikawhom
għall-mejtin.
IL-PWIENI TAD-DNUB
Paragrafu 1472
Biex nifhmu din id-duttrina u
din id-drawwa ta-Knisja għandna
nkunu nafu li d-dnub iġib miegħu
żewġ konsegwenzi. Id-dnub
il-mejjet itellfilna l-għaqda
ma’ Alla, u għalhekk ma nkunux
nistgħu niksbu l-ħajja ta’
dejjem, u ċ-ċaħda ta’ din
il-ħajja tissejjaħ “il-piena ta’
dejjem” tad-dnub. Min-naħa l-oħra
kull dnub, ukoll dnub venjali,
iġib miegħu rabta ħażina mal-ħlejjaq,
u minn din ir-rabta wieħed irid
jitfejjaq jew f’din id-dinja,
jew wara l-mewt fi stat li
nsejħulu l-Purgatorju. Din it-tisfija
teħles minn dik li nsejħulha
“l-piena taż-żmien” mistħoqqa
għad-dnub. Dawn iż-żewġ pwieni
ma għandniex inqisuhom xi
vendetta fuqna minn naħa ta’
Alla, imma huma pwieni li
joħorġu min-natura stess tad-dnub.
Sogħba u konverżjoni li jkunu
ġejjin minn imħabba kollha ħeġġa
jaslu biex jeħilsu għal kollox
il-midneb, hekk li ma jkollux
ebda piena xi jħallas.
Paragrafu 1473
Il-maħfra tad-dnub u l-ħbiberija
mill-gdid ma’ Alla jġibu magħhom
ukoll il-maħfra tal-piena ta’
dejjem għad-dnub. Iżda l-pwieni
taż-żmien jibqgħu. In-nisrani
għalhekk għandu jħabrek biex
huwa u jilqa’ bis-sabar kollu t-tbatijiet
u t-tiġrib tal-ħajja ta’ kull
jum, meta jasal il-waqt, jersaq
bla biża’ lejn il-mewt; għandu
jħabrek biex b’għemejjel ta’
ħniena u ta’ mħabba, flimkien
mat-talb u mal-ħafna suriet ta’
penitenza, jinża’ għal kollox
mill-“bniedem il-qadim” u jilbes
“il-bniedem il-ġdid” (ara Ef
4,24).
FIX-XIRKA TAL-QADDISIN
Paragrafu1474
In-nisrani li jfittex li
jissaffa minn dnubietu u
jitqaddes bl-għajnuna
tal-grazzja ta’ Alla m’huwiex
waħdu. “Il-ħajja ta’ kull wieħed
minn ulied Alla hi marbuta b’mod
ta’ l-għaġeb, fi Kristu u bi
Kristu, mal-ħajja ta’ ħutna l-insara
kollha fl-għaqda sopranaturali
tal-Ġisem mistiku ta’ Kristu,
qisu f’persuna mistika”.
Paragrafu 1475
“Fix-xirka tal-qaddisin bejn
il-fidili kollha – bejn dawk li
ġa waslu fis-saltna tas-sema, u
dawk li daħlu fil-Purgatorju
għat-tisfija minn dnubiethom, u
dawk li għandhom fil-mixi
tagħhom f’din id-dinja – hemm
mela rabta ta’ mħabba li tibqa’
dejjem u hemm bdil kotran ta’
kull ġid”. F’dan il-bdil
tal-għaġeb il-qdusija ta’ wieħed
hi ta’ ġid għall-oħrajn, wisq
aktar mill-ħsara li d-dnub ta’
wieħed jista’ jagħmel
lill-oħrajn. Minħabba f’dan, ix-xirka
tal-qaddisin twassal midneb
sogħbien għal dnubietu, biex
jissaffa minnhom aktar malajr u
aħjar.
Paragrafu1476
Dan il-ġid spiritwali tax-xirka
tal-qaddisin, aħna nsejħulu
ukoll it-teżor tal-Knisja “li
m’huwiex xi ġabra sħiħa ta’ ġid,
bħalma hi l-ġabra tal-ġid kollu
materjali li nġabar tul
iż-żminijiet, imma hu s-siwi bla
qjies li ma jintemm qatt tat-tpattija
u tal-merti ta’ Kristu l-Mulej,
li hu offra biex il-bnedmin
kollha jeħilsu mid-dnub u jaslu
għall-għaqda mal-Missier. Fi
Kristu l-Feddej hemm tpattija
bil-kotra u l-merti kollha
tal-fidwa tagħna” (ara Lh
7,23-25; 9,11-28).
Paragrafu 1477
“Jagħmlu wkoll parti minn dan
it-teżor is-siwi tassew kbir, li
ma jistax jitqies u li hu dejjem
ġdid, li għandhom quddiem Alla
t-talb u l-għemejjel tajba
tal-Verġni Mqaddsa Marija u
tal-qaddisin kollha li tqaddsu
bil-grazzja ta’ Kristu, għax
imxew fuq il-passi tiegħu u
għamlu ħidma li togħġob
lill-Missier, hekk li huma u
jħabirku għas-salvazzjoni
tagħhom għenu wkoll
għas-salvazzjoni ta’ ħuthom fl-għaqda
tal-Ġisem mistiku.
TIKSEB L-INDULĠENZA TA’ ALLA
PERMEZZ TAL-KNISJA
Paragrafu 1478
L-indulġenza tinkiseb permezz
tal-Knisja li, bis-setgħa li
tħoll u torbot mogħtija lilha
minn Kristu, tindaħal favur in-nisrani
u tiftaħlu t-teżor tal-merti ta’
Kristu u tal-qaddisin biex
taqlagħlu mingħand il-Missier ta’
kull ħniena l-maħfra tal-piena
taż-żmien li kienet tistħoqqlu
għal dnubietu. B’hekk il-Knisja
ma tkunx biss tgħin in-nisrani,
imma tkun ukoll tħajru jagħmel
għemejjel ta’ tjieba, ta’
penitenza u ta’ mħabba.
Paragrafu 1479
Għaliex il-mejtin li għadhom
jissaffew minn dnubiethom
fil-Purgatorju huma wkoll membri
ta’ l-istess xirka tal-qaddisin,
nistgħu ngħinuhom ukoll, fost
ħwejjeġ oħra, billi naqilgħu
għalihom indulġenzi, b’mod li
jitnaqqsulhom il-pwieni
taż-żmien li stħoqqulhom għal
dnubiethom.
|