IKONA UFFIĊĊJALI GĦAS-SENA TAL-FIDI

KRISTU PANTOKRATOR

Ikona fil-mużajk ta’ nofs is-seklu tnax, li hija fi stil Biżantin. Tinsab fl-abside tal-Katidral tal-belt ta’ Ċefalů fi Sqallija.  Pantokrator huwa wieħed mit-titoli assoċjati mad-divin u li jfisser “omnipotenti” jew “li jista’ kollox”.  L-ewwel insara attribwew dan it-titlu għal Kristu

L-Arċisqof Rino Fisichella, li huwa il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Evanġelizzazzjoni Ġdida, qal li kienet magħżula din ix-xbieha bħala l-ikona uffiċċjali għas-Sena tal-Fidi mhux biss għaliex hija magħrufa ħafna, imma wkoll għaliex hija meqjusa bħala simbolu ta’ għaqda fost dawk kollha li jemmnu fi Kristu.

www.laikos.org