Ħniena u Mogħdrija fit-Testment il-Ġdid
Miġbura
minn
Felix Just, S.J., Ph.D. |
|
Testi Bibliċi:
Ifejjaq wieħed lebbruż
(Mark 1:40-45)
L-imxajtan ta’ Ġerasa
(Mark 5:1-20)
-
Mark 5:19 –
Iżda hu ma ħalliehx, u
qallu: “Mur inġabar id-dar
ma’ niesek, u għidilhom
kull ma għamel miegħek
il-Mulej, u kif ħenn
għalik”.
Jitma’ ħames elef ruħ
(Mark 6:30-44; Mattew
14:13-21)
-
Mark 6:34 –
X’ħin
niżel l-art mid-dgħajsa,
ra kotra kbira ta’ nies
u tħassarhom,
għax kienu qishom nagħaġ
bla ma għandhom ragħaj,
u qabad jgħallimhom
ħafna ħwejjeġ.
-
Mattew
14:14 –
X’ħin
niżel l-art mid-dgħajsa
ra kotra kbira ta’ nies
u tħassarhom, u
fejqilhom il-morda
tagħhom.
Jitma’ erbat elef ruħ
(Mark 8:1-10; Mattew
15:32-39)
-
Mark 8:2 –
“Nitħassarhom lil
dawn in-nies, għax ġa
ilhom miegħi tlitt
ijiem, u ma għandhom
xejn x’jieklu”.
-
Mattew
15:32 –
Ġesù sejjaħ lid-dixxipli
tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom
lil dawn in-nies, għax
ġa ilhom tlitt ijiem
miegħi u ma għandhom
xejn x’jieklu.
Ma
rridx inħallihom imorru
sajmin, li ma jmurx
iħosshom ħażin
fit-triq”.
It-tifel maħkum mix-xitan
(Mark 9:14-29; Mattew
17:14-21)
-
Mark 9:22 –
“Sikwit
ġie li tefgħu fin-nar u
fl-ilma biex jeqirdu.
Imma
int, jekk tista’ tagħmel
xi ħaġa, għinna u
ħenn għalina”.
-
Mattew
17:15 –
“Mulej, ikollok
ħniena minn ibni,
għax marid b’tal-qamar u
qiegħed ibati ħafna;
għax sikwit jaqa’ jew
fin-nar jew fl-ilma”.
Ir-raġel agħma
(Bartimew)
f’Ġeriko
(Mark 10:46-52; par. Mattew
9:27-31; Mattew
20:29-34;
Luqa
18:35-43)
-
Mark 10:47-48 –
Dan, meta sama’ li kien
Ġesù ta’ Nazareth,
qabad jgħajjat u jgħid:
“Ġesù, bin David,
ikollok ħniena minni!”.
/
Kien hemm ħafna li bdew
jgħajtu miegħu biex
jiskot imma hu aktar
beda jgħajjat: “Bin
David, ikollok ħniena
minni!”.
-
Mattew
9:27 –
Waqt li Ġesù kien
għaddej minn hemm,
marru warajh żewġ għomja
jgħajtu u jgħidu: “Bin
David, ħenn
għalina!”.
-
Mattew
20:30-31, 34 –
Kien hemm żewġ għomja
bil-qiegħda
mal-ġenb tat-triq, u
semgħu li kien għaddej
Ġesù; u qabdu jgħajtu u
jgħidu: “Mulej, Bin
David, ikollok ħniena
minna!”.
In-nies bdew iċanfruhom
biex isikktuhom, iżda
huma aktar bdew jgħajtu
u jgħidu: “Mulej, Bin
David, ikollok ħniena
minna!”.
/…/
Ġesù tħassarhom,
messilhom għajnejhom, u
minnufih bdew jaraw.
U
baqgħu miexja warajh.
-
Luqa
18:38-39 –
Hu qabad jgħajjat u
jgħid: “Ġesù, Bin David,
ikollok ħniena
minni!”.
/
Dawk li kienu mexjin
quddiem bdew iċanfruh u
jsikktuh, imma hu aktar
issokta jgħajjat: “Bin
David, ikollok ħniena
minni!”.
Id-Diskors tal-Muntanja
(Mattew
5-7)
/
Id-Diskors fil-Wita
(Luqa
6:17-49)
-
Mattew
5:7 – “Henjin
dawk li jħennu,
għax huma jsibu ħniena”.
-
Luqa
6:36 – “Ħennu,
bħalma hu ħanin
Missierkom”.
Jiekol mal-pubblikani u
l-midinbin
(Mattew
9:9-13);
Jaqtgħu ż-żbul is-Sibt
(Mattew
12:1-8);
ara
Hos 6:6
-
Mattew
9:13 – “Mela
morru tgħallmu
x’jiġifieri, ‘Ħniena
rrid, u mhux
sagrifiċċju’; għax mhux
lill-ġusti ġejt
insejjaħ, iżda
lill-midinbin”.
-
Mattew
12:7 – “Li
kieku kontu tafu xi
jfissru l-kelmiet, ‘Ħniena
rrid, u mhux
sagrifiċċju’, ma kontux
tikkundannaw lil min hu
bla ħtija”.
Il-ħsad kbir, imma
l-ħaddiema ftit
(Mattew
9:35-48)
Bint il-mara Kangħanija
(Mattew
15:21-28)
-
Mattew
15:22 –
U ħarġet waħda mara
Kangħanija minn dawk
l-inħawi, u qabdet
tgħajjat u tgħid: “Ħenn
għalija, Mulej, Bin
David; binti għandha
fiha xitan, u magħdura
ħafna!”.
Il-fejqan ta’ għaxar
lebbrużi
(Luqa
17:11-19)
Il-Parabbola tal-qaddej li
ma ħafirx/ma ħennx
(Mattew
18:23-35)
-
Mattew
18:27 –
Is-sinjur ġietu ħasra
minn dak il-qaddej,
bagħtu u ħafirlu dejnu.
-
Mattew
18:33 –
“Ma
kienx imissek int ukoll
tħenn għal
sieħbek kif ħennejt
jien għalik?”.
Ħażin għall-kittieba u
l-Fariżej
(Mattew
23:1-36)
-
Mattew
23:23 –
“Ħażin
għalikom, intom
il-kittieba u l-Fariżej,
uċuħ b’oħra!
Intom
tħallsu d-dieċmi fuq
in-nagħniegħ u l-busbies
u l-kemmun, u mbagħad
tagħlqu għajnejkom għal
dak li hu l-aqwa
fil-Liġi, jiġifieri,
il-ġustizzja u l-ħniena
u s-sinċerità!
Dawn
kien imisskom tagħmlu,
bla ma tħallu l-oħrajn
barra”.
Il-Kantiku ta’ Marija
/
Il-Magnificat
(Luqa1:46-55)
-
Luqa
1:50 – “Il-ħniena
tiegħu tinfirex f’kull
żmien fuq dawk li
jibżgħu minnu”.
-
Luqa
1:54 –
“Ħa
ħsieb Iżrael qaddej
tiegħu, għax ftakar fil-ħniena
tiegħu”.
It-twelid ta’ Ġwanni
l-Battista u l-Kantiku ta’
Żakkarija
/
Il-Benedictus
(Luqa
1:57-80)
-
Luqa
1:58 –
Il-ġirien u qrabatha
semgħu li l-Mulej
wera ħniena kbira
magħha, u marru jifirħu
magħha.
-
Luqa
1:72 – “B’hekk
juri ħniena ma’
missirijietna u jiftakar
fil-patt qaddis tiegħu”.
-
Luqa
1:78 – “Mogħtija
mill-qalb ħanina
ta’ Alla tagħna, li
mill-għoli jiġi jżurna
bħax-xemx tielgħa”.
Iqajjem lil bin l-armla ta’
Najn
(Luqa
7:11-17)
PARABBOLI f’LUQA:
Is-Samaritan it-tajjeb
(10:29-37);
l-iben il-ħali
(15:11-32);
l-għani u Lazzru
(16:19-31);
il-Fariżew u l-pubblikan
(18:9-14)
-
Luqa
10:33 –
Imma kien għaddej minn
hemm wieħed Samaritan,
wasal ħdejh, rah u
tħassru.
-
Luqa
10:37 –
“Min ħenn għalih!”,
wieġbu dak.
“Mur!”,
qallu Ġesù, “u agħmel
hekk int ukoll”.
-
Luqa
15:20 –
Qam, u telaq għal għand
missieru.
Iżda
kif kien għadu
fil-bogħod missieru
lemħu u tħassru,
u b’ġirja waħda mar
inxteħet fuq għonqu u
biesu.
-
Luqa
16:24 –
U għolla leħnu u qallu:
“Missier
Abraham, ikollok
ħniena minni u
ibgħat lil Lazzru jbill
tarf sebgħu fl-ilma ħa
jtaffili n-nixfa li
għandi fi lsieni, għax
qiegħed ninħaqar wisq
f’dan in-nar”.
-
Luqa
18:13 –
Iżda l-pubblikan, bil-wieqfa
fil-bogħod,
anqas biss ried jerfa’
għajnejh lejn is-sema,
imma beda jħabbat fuq
sidru u jgħid:
“O
Alla, ħenn
għalija, għax jien
midneb!”.
IL-VANĠELU ta’ ĠWANNI:
-
Ħaġa
ta’ l-iskantament,
il-Vanġelu ta’ Ġwanni ma
jġib qatt il-kelmiet
“ħniena” jew
“mogħdrija”.
-
Imma
din it-tema hi
impliċitament imdaħħla
fil-kmandament spiss
imtenni, “Ħobbu lil
xulxin, kif ħabbejtkom
jien”.
L-ITTRI TA’ SAN PAWL:
-
Rumani
9:15-16, 18 –
Alla qal lil Mosè: “Inħenn
għal min inħenn;
u nitħassar lil
min nitħassar”. /
Mhux x’wieħed irid jew
kemm jitħabat li jgħodd,
iżda għal min Alla
jħenn. // Hu
jħenn għal min irid,
u jwebbes il-qalb ta’
min irid.
-
Rumani
9:23 –
Biex imbagħad jgħarraf
l-għana tal-glorja
tiegħu għall-oġġetti
tal-ħniena, li hu
ħejja għall-glorja minn
qabel.
-
Rumani
11:30-32 –
Bħalma fl-imgħoddi intom
ma kontux tobdu lil
Alla, imma issa sibtu l-ħniena
tiegħu minħabba
d-diżubbidjenza tagħhom;
/ hekk huma wkoll
m’humiex jobduh minħabba
l-ħniena li sibtu
intom minn għandu, ħalli
issa huma wkoll isibu l-ħniena.
/ Għax Alla ħalla ’l
kulħadd fil-jasar
tad-diżubbidjenza, biex
jagħmel ħniena
ma’ kulħadd.
-
Rumani
12:1 –
Nitlobkom ħuti, għall-ħniena
ta’ Alla, offru ġisimkom
b’sagrifiċċju ħaj,
qaddis, jogħġob lil
Alla, jiġifieri l-qima
spiritwali tagħkom.
-
Rumani
12:8 –
Min id-don tat-tħeġġiġ,
ħa jħeġġeġ; min id-don
tat-tqassim, ħa jqassam
b’idejh miftuħa; min
għandu l-awtorità fuq
l-oħrajn, ħa jmexxi
bil-ħerqa; min id-don
ta’ l-opri tal-ħniena,
ħa jagħmel dan bil-ferħ.
-
Rumani
15:9 –
U biex il-pagani wkoll
ifaħħru lil Alla
minħabba l-ħniena
tiegħu bħalma hu miktub:
“Għalhekk
jien infaħħrek fost
il-ġnus u ngħanni tifħir
ismek”.
-
1 Korintin
7:25 –
Dwar dawk li m’humiex
miżżewġin, ma għandi
ebda preċett mill-Mulej,
iżda nagħtikom parir
bħala wieħed li, għall-ħniena
tal-Mulej, hu bniedem
ta’ fiduċja.
-
1 Korintin
15:19 –
Jekk għandna tama fi
Kristu għal din il-ħajja
biss, aħna l-aktar nies
imsejkna
[ta’ min jitħassarna]
fost kemm huma
l-bnedmin.
-
2 Korintin
1:3 –
Mbierek Alla u Missier
Sidna Ġesù Kristu,
Missier il-ħniena u
Alla ta’ kull faraġ.
-
2 Korintin
4:1 –
Ladarba għall-ħniena
ta’ Alla aħna għandna
dan il-ministeru, ma
naqtgħux qalbna.
-
Galatin
6:16 –
U dawk kollha li jimxu
fuq din ir-regola,
is-sliem u l-ħniena
fuqhom, u wkoll fuq
Iżrael ta’ Alla.
-
Efesin
2:4 –
Imma Alla, għani fil-ħniena
tiegħu, bis-saħħa ta’
l-imħabba kbira li biha
ħabbna.
-
Filippin
1:8 –
Iva, jixhidli Alla kemm
jien miġbud lejkom bil-qalb
[ħniena]
ta’ Kristu Ġesù!
-
Filippin
2:1 –
Jekk hemm fikom xi faraġ
fi Kristu; jekk hemm xi
kelma ta’ ħlewwa
fl-imħabba; jekk hemm xi
xirka fl-Ispirtu; jekk
hemm xi ħniena u
mogħdrija.
-
Filippin
2:27 –
Tassew li kien marid
għall-mewt; iżda Alla
ħenn għalih, u mhux
biss għalih, imma
għalija wkoll u b’hekk
ma kellix għali fuq
għali.
-
Kolossin
3:12 –
Intom il-magħżulin ta’
Alla, il-qaddisin u
l-maħbubin tiegħu.
Ilbsu mela sentimenti
ta’ ħniena,
tjieba, umiltà, ħlewwa u
sabar.
-
1 Timotju
1:2 –
Lil Timotju, ibni tassew
fil-fidi; grazzja,
ħniena u sliem minn
għand Alla l-Missier u
minn għand Kristu Ġesù
Sidna.
-
1 Timotju
1:13 –
Lili li qabel kont
dagħaj, persekutur u
żeblieħi tiegħu. Iżda
sibt il-ħniena,
għax dak li għamilt
għamiltu bla ma kont
naf, billi kont għadni
bla fidi.
-
1 Timotju
1:16 –
Iżda jien minħabba
f’hekk sibt il-ħniena,
biex bija, bħala l-ewwel
wieħed, Kristu Ġesù juri
s-sabar kollu tiegħu,
b’eżempju għal dawk li
kienu għad iridu jemmnu
fih biex ikollhom
il-ħajja ta’ dejjem.
-
2 Timotju
1:2 –
Lil Timotju, ibni
l-għażiż: grazzja,
ħniena u sliem minn
għand Alla l-Missier u
minn għand Kristu Ġesù
Sidna.
-
2 Timotju
1:16 –
Il-Mulej ikollu
ħniena mill-familja
ta’ Onesiforu, li sikwit
sibtu ta’ faraġ għalija:
hu ma staħax
mill-ktajjen tiegħi.
-
2 Timotju
1:18 –
Il-Mulej jagħtih
il-grazzja li jsib
ħniena quddiem
il-Mulej f’dak il-Jum.
Inti taf aħjar minni
kemm għenni f’Efesu.
-
Titu 3:5 –
Hu salvana bil-ħasil ta’
twelid ġdid u t-tiġdid
ta’ l-Ispirtu s-Santu,
mhux minħabba l-opri
tajba li stajna għamilna
aħna, iżda minħabba l-ħniena
tiegħu.
L-Ittri Kattoliċi u l-Ktieb
ta’ l-Apokalissi:
-
Lhud
2:17 –
Għalhekk kellu jkun
jixbah lil ħutu
f’kollox, biex ikun
il-qassis il-kbir,
ħanin u fidil f’dak
li għandu x’jaqsam ma’
Alla, u biex ipatti għal
dnubiet il-poplu.
-
Lhud
4:15-16 –
Għax aħna ma għandniex
qassis il-kbir li ma
jistax jagħder
id-dgħufija tagħna, imma
għandna wieħed li kien
imġarrab bħalna
f’kollox, minbarra
d-dnub.
/
Ħa nersqu, mela,
b’qalbna qawwija lejn
it-tron tal-grazzja,
biex naqilgħu ħniena
u nsibu f’waqtha
l-grazzja li neħtieġu.
-
Lhud
5:2 –
Hu dak li jista’
jagħder
[metriopathein]
’il
dawk li ma jafux u li
jiżbaljaw, għax huwa
mlibbes bid-dgħufija.
-
Lhud
8:12 –
Jiena nħenn
għalihom fil-ħażen
tagħhom, u fi dnubiethom
ma niftakarx iżjed.
-
Lhud
9:5 –
Fuq
l-arka kien hemm
il-kerubini tal-glorja
jgħattu l-għatu tat-tpattija
għad-dnubiet
[tal-ħniena].
M’hemmx
għalfejn hawnhekk nidħlu
fl-irqaqat kollha.
-
Lhud
10:28 –
Jekk wieħed iwarrab
il-Liġi ta’ Mosè
jingħata għall-mewt bla
ebda ħniena fuq
il-kelma ta’ tnejn jew
tliet xhieda.
-
Lhud
10:34 –
Għax tassew, intom
ħadtu sehem
[ħennejtu]
fit-tbatijiet
tal-priġunieri, u fraħtu
meta serqulkom ġidkom,
għax tafu li għandkom
ġid akbar li jibqa’ għal
dejjem.
-
Ġakbu
2:13 –
Għax il-ħaqq ikun bla
ħniena għal min ma
jurix ħniena; u
l-ħniena tirbaħ
fuq il-ħaqq.
-
Ġakbu
3:17 –
L-għerf li ġej mis-Sema,
qabel kollox hu għerf
safi, imbagħad hu għerf
li jfittex is-sliem, it-tjubija
u l-ħlewwa; huwa kollu
ħniena u frott
tajjeb, bla ma jħares
lejn l-uċuħ u bla qerq.
-
Ġakbu
5:11 –
Dawk li żammew sħiħ sa
l-aħħar, araw, aħna
nqisuhom bħala hienja. Smajtu
bis-sabar ta’ Ġob, u
tafu kif bl-għajnuna
tal-Mulej hu għalaq jiem
ħajtu; għax il-Mulej jaf
jagħder, u hu
ħanin bil-bosta.
-
1 Pietru
1:3 –
Ikun imbierek Alla u
Missier Sidna Ġesù
Kristu, li fil-ħniena
kbira tiegħu raġa’
wilidna għal tama ħajja
bil-qawmien ta’ Ġesù
Kristu mill-imwiet
-
1 Pietru
2:10 –
Intom li darba ma kontux
poplu, issa sirtu l-poplu
ta’ Alla; intom li darba
ma kontux issibu
ħniena, issa sibtu
l-ħniena tiegħu.
-
1 Pietru
3:8 –
Fl-aħħar nett ngħidilkom,
kunu lkoll fehma waħda,
ħossu għal xulxin,
inħabbu bħal aħwa b’qalb
ħanina u umli.
-
2 Ġwanni
1:3 –
Grazzja, ħniena u
sliem ikunu magħna
fil-verità u fl-imħabba,
minn
għand Alla l-Missier u
minn
għand Ġesù Kristu Bin
il-Missier.
-
Ġuda 1:2
–
Jalla jitkattru fuqkom
il-ħniena, is-sliem
u l-imħabba.
-
Ġuda 1:21-23
–
Żommu
rwieħkom fl-imħabba ta’
Alla, stennew il-ħniena
ta’ Sidna Ġesù Kristu
għall-ħajja ta’ dejjem.
/
Uru ħniena ma’
dawk li għadhom fid-dubju;
/
salvawhom u aħtfuhom
min-nar; l-oħrajn,
ħennu għalihom,
bil-biża’, waqt li
tistkerrhu saħansitra l-libsa
mċappsa b’ġisimhom.
-
Apokalissi
3:17 –
Int
tgħid: “Jiena għani,
jiena stagħnejt u ma
jonqosni xejn!”, bla ma
taf li l-imsejken huwa
int, ta’ min
jitħassrek, fqir,
agħma u għeri.
ara
http://catholic-resources.org/Bible/Mercy-Compassion.htm
miġjuba għall-Malti minn
Francesco Pio Attard.
|
|
|
|