Antoine Vassallo jistaqsi lil Dun George J. Frendo

"HEKK SEWWA?"

Programmi ta' Radju Leħen il-Belt Victoria (104FM) dwar il-Morali u l-Etika Nisranija

Il-virtù tal-ubbidjenza - Iċ-ċaħda tar-rieda proprja.

L-iżvilupp tal-kunċett tal-ubbidjenza: għażla vera u mhux impożizzjoni.

 

L-ubbidjenza hi vitali: mezz biex il-bniedem jista' jiżviluppa sew bħala bniedem u bħala Nisrani tajjeb.

Il-funzjoni tal-ubbidjenza li tinnobilita lill-bniedem.

Responsabbiltà u koperazzjoni fl-ubbidjenza.

Il-quċċata tal-umanità: l-Ispirtu ta' Marija fil-ħajja umana.

 

Il-funzjoni tal-familja: kull tiġdid tas-soċjetà jrid jgħaddi mill-familja.

X'nifhmu bin-nukleu tal-familja?

L-edukazzjoni ħolistika tal-membri kollha tal-familja.

 

Il-familja pedament tas-soċjetà.

Il-familja għandha dmir u impenn attiv li tkun formattiva.

Id-dimensjoni tal-familja fi spirtu edukattiv.

Obbligi, dmirijiet u drittijiet li tgawdi l-koppja - suġġett wieħed.

 

Dmirijiet u obbligi tal-ġenituri bħala unità f'ħidma b'riżq l-ulied.

Prinċipju illuminattiv: daqskemm ir-raġel u l-mara huma indispensabbli fit-tnissil tal-ulied, daqshekk huma indispensabbli fl-edukazzjoni vera u ħolistika tagħhom.

 

Il-familja pedament tal-ħajja komunitarja; ġenituri f'mixja ta' fidi, amministraturi tal-imħabba vera u sana lejn l-ulied.

 

Dmir jiffonda dritt - Jeddijiet tal-ġenituri marbuta mad-dmirijiet.

Fid-dawl tal-prinċipji u ta' etika Nisranija.

Drittijiet tal-ġenituri f'kuntest fundamentali ta' drittijiet li jikkumplimentaw oħrajn.

L-edukazzjoni - Dmirijiet tal-Istat u l-Knisja f'rabta ta' ħidma flimkien mal-familja, l-aġenti primarji.

Dmirijiet tal-Istat u l-Knisja f'ħidma assidwa id f'id mal-familja.

 

Id-dmir tal-ulied lejn il-ġenituri.

Id-dmirijiet tal-ulied, b'rikonoxxenza tad-don prezzjuż tal-ħajja.

X'nifhmu sew bil-kelma Stat? Ir-responsabbiltajiet tal-Istat lejn iċ-ċittadin u taċ-ċittadin lejn l-Istat.

Il-mixja tal-istorja tartikola l-importanza tal-ġid komuni; l-Istat, servizz għaċ-ċittadini.

 

L-Istat, l-ikbar awtorità, u l-politika sovrana; spjegazzjoni tas-sehem ta' kull ċittadin bħala parti integrali mill-Istat.

Il-morali u t-Teoloġija Kattolika.

L-iskop tal-Istat: ħarsa storika.

 

L-istat jiżgura t-twaqqif u l-konsolidament tal-ordni legali; is-sehem taċ-ċittadin f'funzjoni għall-ġid tal-ġisem sħiħ.

L-awtorità mill-aspett soċjali - kuxjenza morali għall-ġid komuni tas-soċjetà.

 

In-natura tal-awtorità politika u s-sens ta' servizz.

Il-moralità mill-aspett tal-awtorità politika; il-kundizzjonijiet essenzjali biex tiġi eżerċitata kif imiss.

Il-politika, ossiġnu għas-soċjetà: meta s-servizz u l-ħidma jkunu għall-ġid komuni.

Edukazzjoni lejn politika li tħaddan valuri veri.

 

Kwalitajiet ta' integrità fis-settur pubbliku li twassal għal sistema sana.

L-Istat, interlokutur għaċ-ċittadin: l-obbligi u d-dmirijiet morali tal-Istat.

L-obbligi prinċipali lejn iċ-ċittadini tal-pajjiż u dawk fis-sistema globali: munita b'żewġt uċuħ.

Tliet kriterji perenni ta' awtorità leġislattiva serja: ġid komuni, dritt naturali, u r-rivelazzjoni divina tal-bniedem.

L-Assunzjoni ta' Marija fis-Sema: riflessjoni fuq il-Misteru ta' Marija sieħba ma' Ġesù fl-opra tal-fidwa ta' kull bniedem.

 

Responsabbiltà morali ta' kull min hu b'xi mod aġent fil-ħajja tal-komunità.

Pilastri kardinali tas-soċjetà: garanzija ta' benessri, f'ambjent san u ġust li jixraq lill-bniedem imsieħeb ma' Alla fl-opra tal-ħolqien.

Kuntrast bejn diżugwaljanzi kbar fis-soċjetà.

Il-Gvern interpretu u strument li jaġixxi f'isem il-kollettività.

 

Il-ħażin dejjem theddida: il-ħtieġa ta' politika fiskali ġusta.

Il-moralità pubblika: rigoruża jew liberali.

L-andament ekonomiku fuq livell reġjonali u globali.

Id-dmir u l-jedd tal-Istat li jikkontrolla l-kriminalità.

Il-liġi kriminali: viżjoni legali skont diversi ċiviltajiet.

 

Il-ġustizzja mal-kriminal: il-kriterji kardinali.

Dmirijiet tal-Istat fil-proċess tal-ġustizzja kriminali.

Mira lejn edukazzjoni fuq il-jeddijiet tal-Istat fl-applikazzjoni tas-sentenza tar-reat.

Għadu ż-żmien tad-dritt tal-Istat fir-rigward tal-piena kapitali?

 

Dmir tal-Istat fil-ħidma favur il-paċi.

Stati b'diversità ta' kulturi: il-promozzjoni tal-paċi.

L-obbligu morali għall-edukazzjoni favur il-paċi planetarja.

 

Il-jedd tal-Istat li jiddefendi anki bil-forza l-integrità tal-ġid komuni.

Il-gwerra hi flaġell; kif nistgħu xi darba ngħidu li hu ġusta?

Meta gwerra hija ġusta.

Kull tip ta' gwerra għandha ċerti kriterji.

 

Diżassoċjazzjoni u kundanna universali kontra l-armi atomiċi, kimiċi u bijoloġiċi.

Il-parteċipazzjoni tan-Nisrani konvint fi gwerra.

Id-dritt bażiku ta' kull ċittadin għal-libertà tal-espressjoni.

L-imħabba, ir-responsabbiltà u d-dmir essenzjali taċ-ċittadin lejn il-pajjiż fejn jgħix.

Obbligi komuni taċ-ċittadin - suġġett attiv tas-soċjetà skont il-funzjoni rispettiva.

 

L-obbligu u r-responsabbiltà taċ-ċittadin fil-kontribuzzjoni tat-taxxa ġusta.

L-Istat ikbar minn kwalunkwe gvern; id-dritt ta' reżistenza lejn l-awtorità meta tkun inġusta.

Ir-reazzjoni taċ-ċittadin lejn awtorità leġittima.

Ir-reżistenza lejn l-awtorità leġittima meta ma tkunx tiffunzjona tajjeb.

 

L-obbligi u l-jeddijiet ta' Nazzjon u d-dritt ta' reżistenza leġittima f'xenarju ta' tirannija.

Il-bniedem, membru ħaj ta' komunità ta' fidi, f'mixja għas-salvazzjoni tal-bniedem sħiħ.

Id-dmirijiet tagħna bħala komunità integrali fil-Knisja.

 

L-obbligi tal-Insara li qegħdin f'relazzjoni ma' Kristu.

Sostenn lill-ministri tal-Knisja f'servizz kontinwu, unikament għall-ġid tal-komunità.

 

Il-mandat tal-lajċi mpenjati bħala Nsara skont il-kariżmi rispettivi fi ħdan il-komunità.

Linji gwida ta' prinċipji għal relazzjoni ta' ġid bejn l-Istat u l-Knisja.

Soċjetà ċivili u reliġjuża f'kollaborazzjoni ta' servizz.

Il-Moralità fis-sistema ekonomika maż-żminijiet.

Xogħol u proprjetà: żewġ kolonni li fuqhom isserraħ l-ekonomija.

 

Il-morali u l-etika Nisranija mill-aspett prattiku, ibbażati fuq it-tagħlim ta' Kristu.

Żewġ teoriji ekonomiċi kbar kuntrastanti: Kapitaliżmu liberali vs Soċjaliżmu Marksista.

Kondixxendenza: Alla ma jimponix imma jeduka billi jinżel għal-livell tal-bniedem.

Viżjoni biblika tax-xogħol li permezz tiegħu l-bniedem jidħol sħab ma' Alla għall-konservazzjoni tal-Ħolqien.

 

Il-Bibbja verament tagħti dinjità kbira lill-bniedem u lill-istess xogħol.

Il-ħidma ta' Alla sabiex jeduka għall-valuri u s-sinifikat profond tal-impenn tal-bniedem fix-xogħol.

 

It-Teoloġija - esperjenza ta' fidi marbuta max-xogħol.

Ix-xogħol mill-aspett teologali.

L-obbligi u d-dmirijiet morali tal-ħaddiem universali.

Id-dritt għal xogħol u salarju ġust.

 

Paga ġusta - dritt u obbligu.

Il-ġustizzja komutattiva - Bilanċ adegwat bejn ir-rinumerazzjoni u s-servizz mogħti.

Il-ġustizzja soċjali u pastorali - Orizzonti li jtejbu d-dinjità tal-bniedem.

Il-jeddijiet fundamentali tal-ħaddiema - Għan tal-organizzazzjoni ta' unjins għall-ħarsien u l-promozzjoni fl-interess tal-ħaddiema.

 

Il-proċess storiku tat-trejd unjins.

Il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema f'azjendi u l-produzzjoni tax-xogħol.

Il-kompetenza fl-isfera tax-xogħol fuq livelli speċjalizzati u ta' awtorità.

 

Id-dritt kapillari u esklussiv għall-ħarsien tas-sid kemm fir-rigward materjali mobbli, kemm immobbli.

Ħarsa ta' perfect ownership mil-lat morali; id-dritt għall-frott - produzzjoni naturali u industrijali.

Il-proprjetà meta hi imperfect ownership mill-aspett morali.

Alla l-veru Sid ta' kollox; kif tħares l-Iskrittura lejn il-ġid universali.

 

Il-proprjetà fl-ispirtu u l-ottika tal-Anawim.

Nimxu wara Kristu - prijorità assoluta, fehma retta fuq l-użu tajjeb tal-ġid.

Responsabbiltà bbażata fuq in-natura tal-bniedem li tirrifletti l-proġett ta' Alla għall-ħolqien.

Gaudium et Spes - vetrina għal kull min għandu rieda tajba fir-rigward tad-dritt tal-proprjetà skont il-proġett ta' Alla.

 

Mill-post ta' eżilju, għandna responsabbiltà lejn Alla, ħutna l-bnedmin u l-ħolqien kollu, biex naħdmu id f'id mal-Ħallieq għat-twaqqif u t-tixrid tas-Saltna ta' Alla.

Kull ħaġa maħluqa għandha skop sinifikanti f'għajnejn il-Ħallieq.

L-iskop aħħari tal-proprjetà, minsuġa minn prinċipji u valuri veri.

Prinċipji fir-rigward tal-akkumulazzjoni mobbli u immobbli.

 

Proprjetà u pussess - skont il-prinċipji tal-etika Nisranija, x'hinu moralment ġust jew inqas ġust?

X'jista' jiġi kkuntrattat u f'liema kuntest?

L-indulġenza u l-Kmandamenti - spjega dettaljata kateketika.

 

Id-dritt ta' testment b'kuxjenza retta.

Formalitajiet legali għal testment validu.

 

Dmirijiet u obbligi tat-testatur u tal-werrieta.

Kodifikazzjoni tal-kelma 'preskrizzjoni'.

Kontinwazzjoni tat-tifsira dettaljata tal-kelma 'preskrizzjoni'.

Spjegazzjoni morali u speċifika fuq il-proprjetà.

 

Id-dmirijiet tas-sid.

It-tqassim ġust tal-ġid.

Obbligazzjoni soċjali u Nisranija marbuta mal-proprjetà u mas-sidien tagħha.

Il-proprjetà mill-aspett etiku u morali.

Vjolazzjoni tad-drittijiet bħala pussessur/i tal-proprjetà.

 

Frodi u Użura - Approfittar mid-dgħufija u l-miżerja ta' ħaddieħor.

L-użura u l-qliegħ esagerat (profiteering).