|
IL-ĠUBLEW: STORJA - GRAZZJA - PELLEGRINAĠĠ
▪ Il-Ġublew minn dejjem irrappreżenta fil-ħajja tal-Knisja ġrajja ta’ importanza kbira spiritwali, ekkleżjali u soċjali. Minn meta Bonifaċju VIII, fl-1300, waqqaf l-ewwel Sena Mqaddsa – b’rikorrenza sekulari, li mbagħad saret, fuq il-mudell bibliku, ħaġa ta’ kull ħamsin sena u mbagħad ta’ kull ħamsa u għoxrin sena.
▪ Il-Ġublew huwa don speċjali ta’ grazzja, ikkaratterizzat mill-maħfra tad-dnubiet u, b’mod partikulari, mill-indulġenza, li hija espressjoni sħiħa tal-ħniena ta’ Alla.
▪ Il-fidili, spiss fi tmiem pellegrinaġġ twil, jersqu lejn it-teżor spiritwali tal-Knisja billi jgħaddu mill-Bieb Imqaddes u jqimu r-relikwi tal-Appostli Pietru u Pawlu miżmuma b’għożża fil-Bażiliċi Rumani. Miljuni u miljuni ta’ pellegrini, matul is-sekli, waslu f’dawn l-imkejjen qaddisa u taw xhieda ħajja tal-fidi ta’ dejjem.
Siltiet mill-Ittra tal-Papa Franġisku lil Mons Rino Fisichella, 11 ta' Frar 2022
DUN PAWL SCIBERRAS JAGĦTI TAGĦRIF FUQ ASPETT BIBLIKU
TA' PELLEGRINAĠĠ/PELLEGRINI U TA' ĠUBLEW