DOKUMENTI
Statut Bażiku
tal-Fratellanzi.
Appeniċi I: Il-Formazzjoni tal-Fratelli.
Appeniċi II: is-Sejħiet u Ħid
miet tal-Fratellanzi.
Appendiċi III: Il-Kollaborazzjoni bejn il-Fratellanzi.
Iċ-Ċerimonja tal-Vestizzjoni tal-Fratelli.
Gwida għall-Formulazzjoni tad-Dokumenti.
Lista ta' Fratellanzi Maltin.
KITBIET OĦRA
Confraternities and Festas. An interesting study by Dr Mark
Agius.
The Relevance
of Confraternities in the Early modern period by David Rossi
03/03/2023.
|
Il-Fratellanzi Maltin
Fit-13 ta’ Settembru 2006, Mons Arċisqof Ġużeppi
Mercieca ħareġ digriet dwar il-Fratellanzi li
permezz tiegħu nbdiet ħidma ta’ aġġornament u
tisħiħ tal-Fratellanzi eżistenti fl-Arċidjoċesi
ta’ Malta.
Id-digriet approva Statut Bażiku
għall-Fratellanzi kollha u kull fratellanza
kienet mitluba sabiex sat-13 ta’ Settembru 2007,
tippreżenta regolamenti partikolari
tagħha lill-Kurja tal-Arċisqof
għall-approvazzjoni. Dawn kellhom ikunu
formulati b’rabta ma’ l-istatut bażiku approvat
mill-Arċidjoċesi.
Minbarra dan l-istatut bażiku, kienu approvati
wkoll tliet dokumenti oħra li jiffurmaw parti
integrali minnu.
L-ewwel wieħed, il-Formazzjoni tal-Fratelli,
jiġbor diversi siltiet li huma meħudin mid-dokumnenti
tas-Sinodu Djoċesan 1999-2003 u joffri gwida
lejn it-tip ta’ formazzjoni kontinwa li trid
tiġi offruta lill-imseħbin kollha
fil-fratellanzi.
It-tieni dokument, is-Sejħiet u l-Ħidmiet
tal-Fratellanzi, jiddefinixxi s-sejħiet
partikolari ta’ l-aktar għaxar fratellanzi
preżenti fil-parroċċi Maltin. Joffri wkoll
suġġerimenti ta’ ħidmiet pastorali u ta’ ħidmiet
marbuta ma’ ċelebrazzjonijiet li jistgħu
jitwettqu mill-fratellanzi. Dan id-dokument
għandu jservi biex lill-fratellanzi jagħmilhom
aktar utli fis-soċjetà li qed ngħixu fiha.
It-tielet dokument, il-Kollaborazzjoni bejn
il-Fratellanzi, filwaqt li jikkwota siltiet
mid-dokumenti tas-Sinodu Djoċesan dwar l-Ispiritwalità
ta’ komunjoni, jipproponi t-twaqqif ta’
Kummissjoni Parrokkjali Fratellanzi (KPFR) bħala
waħda mill-kummissjonijiet tal-Kunsill Pastorali
Parrokkjali. Din tkun taħt it-tmexxija
tal-Arċipriet/Kappillan u jkollha bħala membri
r-Rettur u s-Segretarju ta’ kull fratellanza li
għandha għarfien ġuridiku fil-parroċċa. Il-missjoni
tal-KPFR tkun li ssostni r-relazzjoni bejn
il-fratellanzi billi tippromwovi u twettaq
il-ħidma ta’ formazzjoni għall-fratelli kollha
tal-parroċċa flimkien, tirregola devozzjoni u
ċelebrazzjoni bħala ħidma tal-parroċċa, u tara
li kull fratellanza twettaq il-ħidma
tal-appostolt skond is-sejħa partikolari tagħha
u b’hekk il-fratellanzi jfittxu l-għaqda ta’
bejniethom. |