Laikos

 

VIA CRUCIS 2024

�Fit-talb ma� Ġes� fit-triq tas-salib�

miktuba mill-Q.T. il-Papa Franġisku

 

Introduzzjoni

 

Mulej Ġes�, inħarsu lejn is-salib tiegħek u nifhmu li int kollox tajt għalina. Aħna noffrulek dan il-ħin. Irridu nqattgħuh qrib tiegħek, li mill-Ġetsemani għall-Kalvarju għaddejtu titlob. Fis-Sena tat-Talb ningħaqdu mal-mixja tiegħek ta� talb.

 

Mill-Vanġelu skont San Mark (14:32-37)

Waslu f�qasam jismu Ġetsemani [�]. U ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, u bdew jaħkmuh il-biża� u d-dwejjaq. Qalilhom: �[�] Ibqgħu hawn u ishru�. Mexa kemxejn �il quddiem, inxteħet fl-art, u talab [�]: �Abba, Missier, kollox jista� jkun għalik; biegħed minni dan il-kalċi! Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int�. Ġie ħdejhom u sabhom reqdin, u qal lil Pietru: �[�] Ma flaħtx tishar siegħa waħda!�.

 

Mulej, int ħejjejt kull ġurnata tiegħek bit-talb u issa fil-Ġetsemani tħejji għall-Għid. Abba, Missier, kollox jista� jkun għalik � tgħid � għax it-talb hu qabelxejn djalogu u intimit�; imma hu wkoll taqbida u petizzjoni: biegħed minni dan il-kalċi! U hu wkoll affidament u don: Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int. Hekk, fit-talb, inti għaddejt mill-bieb dejjaq tat-tbatija tagħna u dħalt sa ġewwa nett. Ħassejt �biża� u dwejjaq� (Mk 14:33); biża� quddiem il-mewt, dwejjaq taħt it-toqol tad-dnub tagħna li int ħassejtu fuqek, waqt li ġejt maħkum minn diqa kbira. Imma fil-qalba tat-taqbida int bdejt titlob �b�ħerqa akbar� (Lq 22:44): hekk bdilt il-qawwa tat-tbatija f�offerta ta� mħabba.

 

Ħaġa waħda tlabt minna: li nibqgħu miegħek, nishru. Ma titlobniex l-impossibbli, imma li nibqgħu qrib tiegħek. U safrattant, kemm drabi jien tbegħidt minnek! Kemm drabi, bħad-dixxipli, flok bqajt nishar, irqadt! Kemm drabi ma kellix il-ħin jew ir-rieda li nitlob, għax għajjien, illuppjat mill-kumditajiet, bin-ngħas f�ruħi! Ġes�, tenni lili wkoll, lilna l-Knisja tiegħek: �Qumu u itolbu� (Lq 22:46). Qajjimna, Mulej, qajjimna mir-raqda tal-qalb, għax illum ukoll, fuq kollox illum, inti għandek bżonn tat-talb tagħna.

 

 

1. Ġes� kkundannat għall-mewt

 

Il-qassis il-kbir qam f�nofs il-ġemgħa u staqsa lil Ġes�: �Xejn ma twieġeb? X�inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?�. Iżda hu baqa� sieket u ma wieġeb xejn. [�] Pilatu raġa� staqsieh: �Ma twieġeb xejn? Ara kemm akkużi qegħdin iġibu kontra tiegħek!�. Imma Ġes� ma wieġeb xejn iżjed, hekk li Pilatu baqa� mistagħġeb. (Mk 14:60-61; 15:4-5)

 

Ġes�, inti l-ħajja u tiġi kkundannat għall-mewt; int il-verit� u jkollok tgħaddi minn proċess qarrieq. Imma għaliex ma tipprotestax? Għaliex ma tgħollix leħnek u ma tfissirx ir-raġunijiet tiegħek? Għaliex ma tikkonfutax lill-għorrief u s-setgħana kif dejjem għamilt b�suċċess? Ir-reazzjoni tiegħek tgħaġġibna, Ġes�: fil-mument deċiżiv int ma tlissinx kelma, tiskot. Għax iktar ma hu b�saħħtu l-ħażen, iktar it-tweġiba tiegħek hi radikali. U t-tweġiba tiegħek hi s-skiet. Imma s-skiet tiegħek iħalli l-frott: hu talba, hu ħlewwa, hu maħfra, hu t-triq li tifdi mill-ħażen, li tibdel dak li qed tbati f�don li toffri. Ġes�, jien nintebaħ kemm ftit nafek, għax ma nafx biżżejjed is-skiet tiegħek; għax fil-ġenn biex niġri u nagħmel, aljenat bl-affarijiet, imbeżża� li se nispiċċa nperper jew bil-manija li rrid inkun fiċ-ċentru, ma nsibx il-ħin biex nieqaf u nibqa� miegħek: biex inħalli lilek taħdem, int li int il-Kelma tal-Missier li taħdem fis-skiet. Ġes�, is-skiet tiegħek iregħedni: jgħallimni li t-talb ma jinbitx mix-xufftejn li jitħarrku, imma minn qalb li taf tagħti widen: għax li nitolbu jfisser li nsiru doċli għall-Kelma tiegħek, ifisser li nqimu l-preżenza tiegħek.

 

Nitolbu billi ngħidu: Kellem lill-qalb tiegħi, Ġes�.

 

Int li twieġeb għall-ħażen bit-tajjeb.           Kellem lill-qalb tiegħi, Ġes�.

Int li ssikket l-għagħa bil-ħlewwa.              Kellem lill-qalb tiegħi, Ġes�.

Int li tobgħod it-tqassis u t-tgemgim.          Kellem lill-qalb tiegħi, Ġes�.

Int li taf il-ġewwieni tiegħi.                           Kellem lill-qalb tiegħi, Ġes�.

Inti li tħobbni iktar milli nħobb jien lili nnifsi.       Kellem lill-qalb tiegħi, Ġes�.

 

 

2. Ġes� mgħobbi s-salib

 

Hu tgħabba bi dnubietna

sa fuq is-salib,

biex aħna mmutu għad-dnubiet

u ngħixu għall-ġustizzja.

Bil-ġrieħi tiegħu intom fiqtu. (1 Pt 2:24)

 

Ġes�, aħna wkoll nerfgħu s-slaleb tagħna, xi kultant tqal ħafna: marda, inċident, il-mewt ta� persuna għażiża, delużjoni fl-imħabba, iben li ntilef, in-nuqqas ta� xogħol, ġerħa interjuri li ma tfiqx, il-falliment ta� proġett, xewqa li għal darb�oħra sfat fix-xejn� Ġes�, kif nista� nitlob f�sitwazzjoni bħal dik? Kif nagħmel, meta nħossni mgħaffeġ mill-ħajja, meta għandi piż itaqqal fuq qalbi, meta ninsab taħt pressjoni u ma għadx fadalli s-saħħa li nirreaġixxi? It-tweġiba tiegħek tagħtihieli fi proposta: �Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom� (Mt 11:28). Niġi għandek; imma jien pjuttost ningħalaq fija nnifsi: noqgħod nixtarr, naqla� l-passat, nibki lili nnifsi, ninfexx fil-vittimiżmu, l-ewwel nieħu fin-negattivit�. Ejjew għandi: ma kienx biżżejjed għalik li tgħidilna, u allura arak ġej tiltaqa� magħna u terfa� s-salib tagħna fuq spallejk, biex tneħħilna t-toqol tiegħu. Inti dan tixtieq: li nixħtu fuqek it-taħbit u t-toqol tagħna, għax int trid li nħossuna ħielsa u maħbuba fik. Grazzi, Ġes�. Ngħaqqad is-salib tiegħi ma� tiegħek, inwassallek l-għeja tiegħi u l-faqar tiegħi, nixħet fuqek kull piż tal-qalb.

 

Nitolbu billi ngħidu: Jiena niġi għandek, Mulej.

 

Bl-istorja tiegħi.                                            Jiena niġi għandek, Mulej.

Bit-taħbit tiegħi.                                            Jiena niġi għandek, Mulej.

Bil-limiti u d-dgħufijiet tiegħi.                       Jiena niġi għandek, Mulej.

Bil-biżgħat tiegħi.                                         Jiena niġi għandek, Mulej.

Waqt li nqiegħed kull fiduċja fi mħabbtek. Jiena niġi għandek, Mulej.

 

 

3. Ġes� jaqa� għall-ewwel darba

 

Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa� weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. (Ġw 12:24)

 

Ġes�, int waqajt: fiex qed taħseb, kif titlob b�wiċċek mat-trab tal-art? Imma fuq kollox, x�inhu li jagħtik il-qawwa biex terġa� tqum? Waqt li int wiċċek imkaħħal mal-art u m�għadekx tista� tara s-sema, nistħajlek ittenni fil-qalb tiegħek: Missierna, li inti fis-smewwiet. Il-ħarsa ta� mħabba tal-Missier li tistrieħ fuqek hija l-qawwa tiegħek. Imma nistħajjel ukoll li, int u tbus l-art xotta u kiesħa, qed taħseb fil-bniedem li ġie mill-art, fina, li ninsabu fiċ-ċentru tal-qalb tiegħek; u li ttenni l-kelmiet tat-testment tiegħek: �Dan huwa ġismi, li jingħata għalikom� (Lq 22:19). L-imħabba tal-Missier għalik u tiegħek għalina: l-imħabba, din hi l-molla li terġa� terfgħek u tibqa� miexi �l quddiem. Għax min iħobb ma jibqax mal-art, imma jerġa� jibda; min iħobb ma jegħjiex, imma jiġri; min ħobb, itir. Ġes�, nitolbok dejjem tant ħwejjeġ, imma waħda biss għandi bżonn tassew: li nkun naf inħobb. Fil-ħajja se naqa�, imma bl-imħabba nista� nerġa� nqum u nimxi �l quddiem, kif għamilt int, li int espert tal-waqgħat. Fil-fatt, f�ħajtek kontinwament waqajt għalina: minn Alla sirt bniedem, minn bniedem sirt qaddej, minn qaddej issallabt, sal-qabar; int waqajt fl-art bħal żerriegħa li tmut, waqajt biex terġa� terfagħna mill-art u teħodna fis-Sema. Int li terġa� tqajjem mit-trab u twelled mill-ġdid it-tama, agħtini l-qawwa li nħobb u nerġa� nibda mill-ġdid.

 

Nitolbu billi ngħidu: Ġes�, agħtini l-qawwa li nħobb u nibda mill-ġdid.

 

Meta terfa� rasha d-delużjoni.         Ġes�, agħtini l-qawwa li nħobb u nibda mill-ġdid.

Meta l-ġudizzji tal-oħrajn jgħaffġuni.         Ġes�, agħtini l-qawwa li nħobb u nibda mill-ġdid.

Meta l-affarijiet mhux sejrin sew u nitlef sabri.  Ġes�, agħtini l-qawwa li nħobb u nibda mill-ġdid.

Meta naħseb li ma baqagħlix iżjed saħħa.         Ġes�, agħtini l-qawwa li nħobb u nibda mill-ġdid.

Meta jkissirni l-ħsieb li xejn mhu ħa jinbidel.      Ġes�, agħtini l-qawwa li nħobb u nibda mill-ġdid.

 

 

4. Ġes� jiltaqa� ma� Ommu

 

Mela kif Ġes� lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal [�] lid-dixxiplu: �Hawn hi ommok�. (Ġw 19:26-27)

 

Ġes�, l-għeżież tiegħek abbandunawk, Ġuda ttradiek, Pietru ċaħdek: bqajt waħdek mas-salib. Imma hawn hi ommok. Ma hemmx bżonn ta� kliem, biżżejjed għajnejha, li jafu jħarsu f�wiċċ it-tbatija u jitgħabbew biha. Ġes�, fil-ħarsa kollha dmugħ u dawl ta� Marija int terġa� tiftakar f�dik il-ħlewwa, fiż-żegħil, fid-dirgħajn kollha mħabba li dejjem laqgħuk u weżnuk. Il-ħarsa tal-omm hi l-ħarsa tal-memorja, li żżommna sodi f�dak li hu tajjeb. Ma nistgħux ngħaddu mingħajr omm li ġġibna fid-dinja, imma lanqas nistgħu ngħaddu mingħajr omm li terġa� tpoġġina f�postna fid-dinja. Dan inti tafu, u mis-salib tagħtina lill-istess omm tiegħek. Hawn hi ommok, tgħidlu lid-dixxiplu, lil kull wieħed u waħda minna: wara l-Ewkaristija, tagħtina lil Marija, l-aħħar don qabel ma tmut. Ġes�, il-mixja tiegħek kienet imfarrġa mit-tifkira ta� mħabbitha; anki l-mixja tiegħi għandha bżonn iżżomm wieqfa fuq il-memorja tat-tajjeb. Imma nintebaħ li t-talb tiegħi hu fqir mill-memorja: mħaġġel, ta� malajr, lista ta� ħtiġijiet għal-lum u għal għada. Marija, waqqaf il-ġirja tiegħi, għinni niftakar: inħares il-grazzja, niftakar fil-maħfra u fl-għeġubijiet ta� Alla, u nerġa� nkebbes fija dik l-ewwel imħabba, biex nerġa� nduq l-għeġubijiet tal-providenza, biex nibki bi gratitudni.

 

Nitolbu billi ngħidu: Mulej, kebbes fija t-tifkira ta� mħabbtek.

 

Meta jerġgħu jitfaċċaw il-ġrieħi tal-passat.         Mulej, kebbes fija t-tifkira ta� mħabbtek.

Meta nitlef is-sens u l-mira tal-affarijiet.    Mulej, kebbes fija t-tifkira ta� mħabbtek.

Meta ma nibqax nara d-doni li rċivejt.       Mulej, kebbes fija t-tifkira ta� mħabbtek.

Meta ma nibqax nara r-rigal li huwa jiena.         Mulej, kebbes fija t-tifkira ta� mħabbtek.

Meta ninsa rroddlok ħajr.                            Mulej, kebbes fija t-tifkira ta� mħabbtek.

 

 

5. Ġes� megħjun miċ-Ċirinew

 

Huma u sejrin bih, qabdu wieħed, jismu Xmun, minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba�, u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġes�. (Lq 23:26)

 

Ġes�, kemm drabi, quddiem l-isfidi tal-ħajja, naħsbu li nistgħu naslu waħidna! Kemm hu diffiċli nitolbu daqqa t�id, għax nibżgħu li se nagħtu l-impressjoni li m�aħniex kapaċi biżżejjed, aħna dejjem attenti kif ħa nidhru sew u sbieħ! Mhuwiex faċli li nafdaw, wisq inqas li nafdaw ruħna f�idejn xi ħadd. Imma min jitlob jaf li hu fil-bżonn, u int, Ġes�, imdorri tafda ruħek fit-talb. Hekk int ma tistkerrahx l-għajnuna taċ-Ċirinew. Turi d-dgħufijiet tiegħek lilu, bniedem sempliċi, bidwi ġej lura mir-raba�. Grazzi, għax meta ħallejt lil min jgħinek, ħassart l-immaġni ta� alla li mhux vulnerabbli u hu mbiegħed. M�intix bla limiti fil-poter, imma mbagħad ħadd ma jirbaħlek fl-imħabba, u tgħallimna li l-imħabba tfisser li taqbeż għall-oħrajn proprju hemm, fid-dgħufijiet li jġagħluhom jistħu minnhom infushom. Allura d-dgħufijiet jinbidlu f�opportunitajiet. Hekk ġralu ċ-Ċirinew: id-dgħufija tiegħek bidlitlu ħajtu u hu jum wieħed għad jintebaħ li għen lill-Feddej tiegħu, li ġie mifdi permezz ta� dak is-salib li hu ġarr. Biex anki l-ħajja tiegħi tinbidel, nitolbok, Ġes�: għinni nbaxxi l-ħitan tad-difiżi tiegħi u nħalli lilek tħobbni: hemm, fejn l-aktar li nħossni nirgħex minni nnifsi.

 

Nitolbu billi ngħidu: Fejjaqni, Ġes�!

 

Minn kull preżunzjoni ta� awtosuffiċjenza.          Fejjaqni, Ġes�!

Milli naħseb li nista� ngħaddi mingħajrek u mingħajr l-oħrajn.                                                                        Fejjaqni, Ġes�!

Mill-maniji tal-perfezzjoniżmu.                    Fejjaqni, Ġes�!

Mill-biża� li nafdalek il-miżerji tiegħi.          Fejjaqni, Ġes�!

Mill-għaġla quddiem dawk fil-bżonn li magħhom niltaqa� fi triqti.                                                                        Fejjaqni, Ġes�!

 

 

6. Ġes� jirċievi faraġ mill-Veronika li tixxuttalu wiċċu

 

Imbierek Alla [�], Missier il-ħniena u Alla ta� kull faraġ. Hu jfarraġna fil-hemm kollu tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f�kull xorta ta� hemm. Bħalma joktru fina s-sofferenzi ta� Kristu, hekk ukoll permezz ta� Kristu, joktor fina l-faraġ. (2 Kor 1:3-5)

 

Ġes�, ħafna jsegwu l-ispettaklu barbaru tal-eżekuzzjoni tiegħek u, bla ma jafuk u bla ma jafu l-verit�, jagħmlu ġudizzji u kundanni, u jixħtu fuqek it-tagħjir u l-istmerrija. Dan jiġri llum ukoll, Mulej, u lanqas hemm bżonn ta� korteo makabru: biżżejjed tastiera biex ngħajru u nxandru s-sentenzi. Imma, waqt li ħafna qed jgħajtu u jiġġudikaw, hemm mara li tgħaddi minn qalb il-folla. Ma titkellimx: taġixxi. Ma tikkundannax: tiġiha ħniena. Tmur kontra l-kurrent: waħidha, bil-kuraġġ tal-kompassjoni, tirriskja għall-imħabba, issib mod kif tgħaddi minn qalb is-suldati biex fuq wiċċek tagħtik il-faraġ ta� tmellisa. Il-ġest tagħha baqa� mmarkat fl-istorja u hu ġest ta� faraġ. Kemm drabi nitolbok tfarraġni, Ġes�! Imma l-Veronika tfakkarni li int ukoll għandek bżonn tal-faraġ: int, Alla qrib tiegħi, titlobni nkun qrib tiegħek; int, dak li tfarraġni, trid tiġi mfarraġ minni. Imħabba mhux maħbuba, illum ukoll qed tfittex qalb il-folla qlub sensibbli għat-tbatija tiegħek, għan-niket tiegħek. Tfittex adoraturi veri, li fl-ispirtu u l-verit� (ara Ġw 4:23) jibqgħu miegħek (ara Ġw 15), Imħabba abbandunata. Ġes�, kebbes fija x-xewqa li nkun miegħek, li nadurak u nfarrġek. U agħmel li, f�ismek, jiena nkun faraġ għall-oħrajn.

 

Nitolbu billi ngħidu: Agħmilni xhud tal-faraġ tiegħek.

 

Alla tal-ħniena, qrib ta� min qalbu maqsuma.    Agħmilni xhud tal-faraġ tiegħek.

Alla tal-ħlewwa, li titqanqal għalina.          Agħmilni xhud tal-faraġ tiegħek.

Alla tal-kompassjoni, li tistmerr l-indifferenza.   Agħmilni xhud tal-faraġ tiegħek.

Int, li titnikket meta nippunta sebgħi lejn l-oħrajn.       Agħmilni xhud tal-faraġ tiegħek.

Int, li ma ġejtx biex tikkundanna imma biex issalva.   Agħmilni xhud tal-faraġ tiegħek.

 

 

7. Ġes� jerġa� jaqa� taħt it-toqol tas-salib

 

[L-iben iż-żgħir] daħal fih innifsu u qal: �[�] Ħa nqum u mmur għand missieri, u ngħidlu: �Missier, dnibt [�]��. Qam, u telaq għal għand missieru. Iżda kif kien għadu fil-bogħod missieru lemħu u tħassru, u b�ġirja waħda mar inxteħet fuq għonqu u biesu. �Missier�, qallu ibnu, �dnibt [�]; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek�. Iżda l-missier qal [�]: �Dan ibni kien mejjet u raġa� qam, kien mitluf u nstab!�. (Lq 15:17-18,20-22,24)

 

Ġes�, is-salib huwa tqil: fih it-tagħbija tat-telfa, tal-falliment, tal-umiljazzjoni. Nifhmu dan meta nħossni mgħaffeġ taħt l-affarijiet, ibbumbardjat mill-ħajja u mhux mifhum mill-oħrajn; meta nħoss il-piż żejjed u li jegħjini tar-responsabbilt� u tax-xogħol, meta nħossni magħfus fil-morsa tal-ansjet�, maħbut mill-malinkonija, waqt li ħsieb li jifgani jkompli jtennili: m�initx ħa tinqala� minn hawn, din id-darba ma terġax tqum. Imma hemm agħar minn hekk. Nintebaħ li qed immiss il-qiegħ meta nerġa� naqa�: fl-iżbalji tiegħi, fid-dnubiet tiegħi, meta niskandalizza ruħi bl-oħrajn u mbagħad nintebaħ li m�iniex differenti. Ma hemm xejn agħar milli nisfaw delużi bina nfusna, mgħaffġa taħt is-sens ta� ħtija. Imma int, Ġes�, waqajt iktar minn darba taħt it-toqol tas-salib biex insibek qrib tiegħi meta nerġa� naqa�. Miegħek it-tama ma tintemm qatt u wara kull waqgħa nerġa� nqum, għax meta niżbalja int ma taqtax qalbek minni, imma iktar tersaq qrib tiegħi. Grazzi li tistennieni; grazzi li, għalkemm naqa� tant drabi, int taħfirli kull darba: dejjem. Fakkarni li l-waqgħat jistgħu jsiru mumenti kruċjali tal-mixja, għax iwassluni biex nifhem l-unika ħaġa li tiswa: li għandi bżonnok. Ġes�, naqqaxli f�qalbi l-aktar ċertezza importanti: li nista� nerġa� nqum tassew biss meta int terġa� tqajjimni, meta teħlisni mid-dnubiet. Għax il-ħajja mhux mill-kliem tiegħi terġa� tibda, imma mill-maħfra tiegħek.

 

Nitolbu billi ngħidu: Erġa� qajjimni, Ġes�!

 

Meta, ipparalizzat mill-qtigħ ta� qalb, inħossni mnikket u mdejjaq.                                                                        Erġa� qajjimni, Ġes�!

Meta nilmaħ kemm m�iniex kapaċi u nħossni bla siwi.         Erġa� qajjimni, Ġes�!

Meta jerfgħu rashom il-mistħija u l-biża� li mhux ħa jirnexxili nasal.                                                                        Erġa� qajjimni, Ġes�!

Meta nħossni ttentat nitlef kull tama.         Erġa� qajjimni, Ġes�!

Meta ninsa li l-qawwa tiegħi tinsab fil-maħfra tiegħek.         Erġa� qajjimni, Ġes�!

 

 

8. Ġes� jiltaqa� man-nisa ta� Ġerusalemm

 

Kotra kbira ta� nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh. (Lq 23:27)

 

Ġes�, min jimxi warajk sal-aħħar fit-triq tas-salib? Mhux is-setgħana, li qed jistennewk fuq il-Kalvarju, mhux l-ispettaturi li baqgħu �l bogħod, imma l-persuni sempliċi, kbar f�għajnejk u żgħar f�dawk tad-dinja. Huma n-nisa, li lilhom imlejt bit-tama: ma għandhomx leħen imma jistemgħu. Għinna nagħrfu l-kobor tan-nisa, huma li fl-Għid kienu fidili lejk u qrib tiegħek, imma li sal-lum għadhom jiġu mormija, u jġarrbu tagħjir u vjolenzi. Ġes�, in-nisa li tiltaqa� magħhom qed iħabbtu fuq sidirhom u jibkuk. Ma joqogħdux jitħassru lilhom infushom, imma jibku għalik, jibku fuq il-ħażen u fuq id-dnub tad-dinja. It-talba tagħhom magħmula minn dmugħ tasal fil-qalb tiegħek. U t-talba tiegħi taf tibki? Nitqanqal quddiemek, mislub għalija, quddiem l-imħabba tiegħek ħelwa u midruba? Nibki l-falzitajiet tiegħi u n-nuqqas ta� koerenza tiegħi? Quddiem it-traġedji tad-dinja l-qalb tiegħi hi tas-silġ jew tinħall? Kif nirreġixxi għall-bluha tal-gwerra, għal uċuħ ta� tfal li ma għadhomx jafu jitbissmu, għal ommijiet li jarawhom imċaħħdin min-nutrimenti u l-ikel u ma għadx fadlilhom dmugħ xi jxerrdu? Int, Ġes�, bkejt fuq Ġerusalemm, bkejt fuq l-ebusija tal-qalb tagħna. Regħedni minn ġewwa, agħtini l-grazzja li nibki nitlob u nitlob nibki.

 

Nitolbu billi ngħidu: Ġes�, rattab il-qalb iebsa tiegħi.

 

Int li taf is-sigrieti tal-qalb.                           Ġes�, rattab il-qalb iebsa tiegħi.

Int li ssewwed qalbek quddiem l-ebusija tal-qlub.       Ġes�, rattab il-qalb iebsa tiegħi.

Int li tħobb il-qlub umli u niedma.               Ġes�, rattab il-qalb iebsa tiegħi.

Int li xxuttajt bil-maħfra d-dmugħ ta� Pietru.       Ġes�, rattab il-qalb iebsa tiegħi.

Int li tibdel il-biki f�għana.                            Ġes�, rattab il-qalb iebsa tiegħi.

 

 

9. Ġes� mneżża� minn ħwejġu

 

�Mulej, meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek? Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? Meta rajniek marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?� [�] Iweġibhom u jgħid: �Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu ma� wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi�. (Mt 25:37-40)

 

Ġes�, dawn huma l-kelmiet li għidt qabel il-Passjoni. Issa nifhem din l-insistenza kollha tiegħek li tidentifika ruħek ma� dawk li huma fil-bżonn: int ġejt mixħut il-ħabs; int barrani, meħud barra mill-belt biex tiġi msallab; int għeri, imneżża� minn ħwejġek; int, marid u miġruħ; int, bil-għatx fuq is-salib u bil-ġuħ għall-imħabba. Agħmel li jien narak f�dawk li qed ibatu u li fik nara lil dawk li qed ibatu, għax int tinsab hemm, f�min hu mneżża� mid-dinjit�, fil-Kristijiet umiljati mill-prepotenza u mill-inġustizzja, minn gwadanni inġusti minn fuq dahar ħaddieħor fl-indifferenza ġenerali. Inħares lejk, Ġes�, imneżża� minn ħwejġek, u nifhem li qed tistedinni biex nitneżża� minn tant ħwejjeġ ta� barra. Għax int ma tħarisx lejn dak li jidher minn barra, imma lejn il-qalb. U ma tridx talb sterili, imma wieħed li jagħti l-frott fl-imħabba. Alla mneżża�, neżża� lili wkoll. Għax faċli nitkellem, imma mbagħad jiena nħobbok tassew fil-foqra, il-ġisem miġruħ tiegħek? Nitlob għal min hu mneżża� mid-dinjit� tiegħu? Jew nitlob biex inkopri biss il-bżonnijiet tiegħi u nitgħatta biċ-ċertezzi li jżommuni fiż-żgur? Ġes�, il-ħajja tiegħek tneżżagħni u twassalni biex niffoka fuq dak li jiswa: int mislub u ħuti misluba. Agħtini li dan nifhmu issa, biex ma ninstabx imneżża� mill-imħabba meta nippreżenta ruħi quddiemek.

 

Nitolbu billi ngħidu: Neżżagħni, Mulej Ġes�!

 

Mir-rabta ma� dak li jidher.                          Neżżagħni, Mulej Ġes�!

Mill-korazza tal-indifferenza.                      Neżżagħni, Mulej Ġes�!

Mil-ħsieb li mhix biċċa tiegħi li ngħin lil ħaddieħor.     Neżżagħni, Mulej Ġes�!

Minn kult magħmul minn konformiżmu u esterjorit�. Neżżagħni, Mulej Ġes�!

Mill-konvinzjoni li l-ħajja sejra sew jekk sejjer sew jien.                                                                        Neżżagħni, Mulej Ġes�!

 

 

10. Ġes� msammar mas-salib

 

Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, sallbuhom hemm, lilu u lill-ħatja, wieħed fuq il-lemin tiegħu u l-ieħor fuq ix-xellug. U Ġes� qal: �Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x�inhuma jagħmlu�. (Lq 23:33-34)

 

Ġes�, lilek jinfdulek dirgħajk u riġlejk bl-imsiemer li jċarrtulek laħmek u proprju issa, waqt li t-tbatija fiżika hi l-aktar qalila, minn xofftejk tnixxi t-talba impossibbli: taħfer lil min qed ideffislek l-imsiemer fil-polz. U mhux darba biss, imma ħafna, kif ifakkar il-Vanġelu, b�dak il-verb li jindika azzjoni mtennija: qal: �Missier, aħfrilhom�. Allura miegħek, Ġes�, jiena wkoll nista� nsib il-kuraġġ li nagħżel il-maħfra, li teħles il-qalb u terġa� trodd il-ħajja. Mulej, mhux biżżejjed li taħfrilna, imma tiġġustifikana wkoll quddiem il-Missier: ma jafux x�inhuma jagħmlu. Tiddefendina, issir avukat tagħna, tidħol għalina. Issa li dirgħajk, li bihom kont tbierek u tfejjaq, huma msammrin, u li riġlejk, li bihom kont twassal bxariet ta� hena, ma jistgħux jimxu iżjed, issa, xħin ma tista� tagħmel xejn, turina kemm it-talb jista� kollox. Fuq il-quċċata tal-Golgota turina l-għoli tat-talb ta� interċessjoni, li jsalva d-dinja. Ġes�, ħa nitlob mhux biss għalija nnifsi u għall-għeżież tiegħi, imma għal min ma jħobbnix u jagħmilli d-deni; ħa nitlob, skont ix-xewqat tal-qalb tiegħek, għal min hu mbiegħed minnek; biex inpatti u ninterċedi għal dawk li jinjorawk u għalhekk ma jafux x�ferħ hemm f�li jħobbuk u jkunu maħfura miegħek.

 

Nitolbu billi ngħidu: Missier, ħenn għalina u għad-dinja kollha.

 

Għall-passjoni ħarxa ta� Ġes�.               Missier, ħenn għalina u għad-dinja kollha.

Għall-qawwa tal-pjagi tiegħu.                 Missier, ħenn għalina u għad-dinja kollha.

Għall-maħfra tiegħu fuq is-salib.            Missier, ħenn għalina u għad-dinja kollha.

Għal dawk kollha li jaħfru għal imħabbtek.        Missier, ħenn għalina u għad-dinja kollha.

Għall-interċessjoni ta� dawk kollha li jemmnu, jaduraw, jittamaw u jħobbuk.                                                    Missier, ħenn għalina u għad-dinja kollha.

 

 

11. Ġes� jgħajjat l-abbandun tiegħu

 

Mis-sitt siegħa �l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa� siegħa. U madwar id-disa� siegħa Ġes� għajjat b�leħen qawwi u qal: �Eli, Eli, lema sabaqtani?�, jiġifieri, �Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?�. (Mt 27:45-46)

 

Ġes�, hawn hi t-talba li qatt ma stennejna: tgħajjat lill-Missier l-abbandun tiegħek. Int, Alla tas-Sema, ma tgħajjatx tweġibiet, imma tistaqsi għaliex! Fil-quċċata tal-Passjoni tħoss id-distanza tal-Missier u lanqas issejjaħlu iktar Missier, bħalma għamilt dejjem, imma Alla, kważi ma għadekx tista� tagħraf wiċċu. Għaliex dan? Biex togħdos sal-qiegħ nett tal-abbiss tat-tbatija tagħna. Dan int għamiltu għalija, biex jien, meta nara biss dalma, meta nara ċ-ċertezzi jaqgħu u l-ħajja tegħreq, ma nħossnix iżjed waħdi, imma nemmen li int tinsab hemm miegħi: int, Alla tal-komunjoni li ġġarrab l-abbandun biex ma tħallinix iżjed ostaġġ tas-solitudni. Meta int għajjatt l-għaliex tiegħek, dan għamiltu b�Salm: hekk poġġejt f�talba mqar l-eħrex deżolazzjoni. Dan li għandi nagħmel fit-tempesti tal-ħajja: flok niskot u nżomm ġo fija, ngħajjat lilek. Glorja lilek, Mulej Ġes�, għax int ma ħrabtx xħin rajtni mitluf, imma dħalt sal-qiegħ nett tat-telfa tiegħi; ġieħ u glorja lilek li, int u dduq il-bogħod kollu, ġejt qrib ta� min hu l-iżjed imbiegħed minnek. U jien, fid-dalma tal-ħafna għaliex tiegħi, nerġa� nsib lilek, Ġes�, dawl fil-lejl. U fil-karba ta� tant persuni waħidhom u mwarrbin, mifnija u mitluqa għal riħhom, nerġa� nilmaħ lilek, Alla tiegħi: agħmel li nagħrfek u nħobbok.

 

Nitolbu billi ngħidu: Ġes�, agħmel li nagħrfek u nħobbok.

 

Fit-trabi li ma tweldux u f�dawk abbandunati.    Ġes�, agħmel li nagħrfek u nħobbok.

F�tant żgħażagħ, jistennew lil min jisma� l-karba tad-dulur tagħhom.                                                                    Ġes�, agħmel li nagħrfek u nħobbok.

F�wisq anzjani mormija.                           Ġes�, agħmel li nagħrfek u nħobbok.

Fil-ħabsin u f�min hu waħdu.                   Ġes�, agħmel li nagħrfek u nħobbok.

Fil-popli l-iżjed sfruttati u minsija.           Ġes�, agħmel li nagħrfek u nħobbok.

 

 

12. Ġes� jmut billi jrodd ruħu lill-Missier u lill-ħalliel it-tajjeb jagħtih il-Ġenna

 

[Wieħed mill-ħallelin imsallbin] qal: �Ġes�, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek�. U Ġes� wieġbu: �Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi�. [�] Ġes� għajjat għajta kbira u qal: �Missier, f�idejk jien nerħi ruħi�. U kif qal hekk, ħarġet ruħu. (Lq 23:42-43,46)

 

Ġes�, kriminal fil-Ġenna! Jafda ruħu f�idejk u int tafdah flimkien miegħek lill-Missier. Alla tal-impossibbli, int minn ħalliel tagħmel qaddis. U mhux biss: fuq il-Kalvarju int tbiddel ir-rotta tal-istorja. Mis-salib, emblema tat-tortura, tagħmel l-ikona tal-imħabba; mill-ħajt tal-mewt tagħmel pont fuq il-ħajja. Int tibdel id-dlamijiet f�dawl, il-firda f�komunjoni, in-niket fi żfin, u saħansitra l-qabar, l-aħħar stazzjon tal-ħajja, fil-punt tat-tluq tat-tama. Imma dan it-taqlib kollu int tagħmlu magħna, u qatt mingħajrna. Ġes�, ftakar fija: din it-talba sinċiera ħallietek twettaq għeġubijiet fil-ħajja ta� dak ir-raġel ħażin. X�qawwa bla tarf għandu t-talb! Xi drabi naħseb li t-talb tiegħi mhux mismugħ, meta l-essenzjal hu li jien nippersevera, nibqa� kostanti, niftakar ngħidlek: �Ġes�, ftakar fija�. Ftakar fija u l-ħażen tiegħi ma jibqax iżjed il-punt tal-wasla, imma tluq mill-ġdid. Ftakar: jiġifieri qegħedni mill-ġdid fil-qalb tiegħek, imqar meta jien nitbiegħed, meta nintilef fir-rota tal-ħajja li qed iddur f�ġenn bla waqfien. Ftakar fija, Ġes�, għax li int tiftakar fina � kif naraw mill-ħalliel it-tajjeb � ifisser li nidħlu l-Ġenna. Fuq kollox, ftakar fija, Ġes�, li t-talba tiegħi tista� tibdel l-istorja.

 

Nitolbu billi ngħidu: Ġes�, ftakar fija.

 

Meta t-tama tgħib u jsaltan it-taqtigħ il-qalb.      Ġes�, ftakar fija.

Meta m�iniex kapaċi nieħu deċiżjoni.     Ġes�, ftakar fija.

Meta nitlef il-fiduċja fija nnifsi u fl-oħrajn.           Ġes�, ftakar fija.

Meta ma nibqax nara l-kobor ta� mħabbtek.      Ġes�, ftakar fija.

Meta nibda naħseb li t-talb tiegħi hu bla siwi.    Ġes�, ftakar fija.

 

 

13. Ġes� mniżżel mis-salib f�dirgħajn Marija

 

Xmun [�] qal lil ommu Marija: �Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta� ħafna f�Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, � u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! � biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta� ħafna�. (Lq 2:33-35)

 

Marija, wara l-�iva� tiegħek il-Verb sar laħam fil-ġuf tiegħek; issa mitluq fi ħdanek hemm il-ġisem maqtul tiegħu: dik it-tarbija li żammejt f�dirgħajk hija katavru mbiċċer. U safrattant issa, fil-mument tal-ikbar tbatija, tilma l-offerta tiegħek: sejf jinfidlek ruħek u t-talba tiegħek tkompli ssir �iva� lil Alla. Marija, aħna foqra fl-�iva� u għonja fil-�kieku�: kieku kelli ġenituri aħjar, kieku kont iżjed mifhum u maħbub, kieku l-karriera tiegħi marret aħjar, kieku ma kienx hemm dik il-problema, kieku ma batejtx iżjed, kieku Alla tani widen� Dejjem nistaqsu l-għaliex tal-affarijiet, insibuha bi tqila biex ngħixu l-preżent bi mħabba. Int kont issib ħafna �kieku� x�tgħidlu lil Alla, imma tibqa� tlissen mill-ġdid �iva�. Qawwija fil-fidi, temmen li d-dulur, minfud bl-imħabba, iġib frott ta� salvazzjoni; li t-tbatija ma� Alla ma għandhiex l-aħħar kelma. U waqt li żżomm f�dirgħajk lil Ġes� bla ħajja, jidwu fik l-aħħar kelmiet li qallek: Hawn hu ibnek. Ma, jiena hu dak l-iben! Ilqagħni f�dirgħajk u tbaxxa għal fuq il-ġrieħi tiegħi. Għinni ngħid �iva� lil Alla, �iva� għall-imħabba. Omm tal-ħniena, qed ngħixu fi żmien bla ħniena u għandna bżonn tal-kompassjoni: int, ħelwa u qawwija, idlikna bl-umilt�: ħoll ir-reżistenzi tal-qalb u l-għoqiedi tar-ruħ.

 

Nitolbu billi ngħidu: Aqbadli jdejja, Marija.

 

Meta nċedi għall-akkużar u l-vittimiżmu. Aqbadli jdejja, Marija.

Meta ma nibqax nitqabad u naċċetta li ngħix mal-falzit� tiegħi.                                                                    Aqbadli jdejja, Marija.

Meta noqgħod nitlajja u ma nsibx il-kuraġġ ngħid �iva� lil Alla.                                                                    Aqbadli jdejja, Marija.

Meta nkun laxk miegħi nnifsi u riġidu mal-oħrajn.       Aqbadli jdejja, Marija.

Meta rrid li l-Knisja u d-dinja jinbidlu, imma jien ma ninbidilx.                                                                    Aqbadli jdejja, Marija.

 

 

14. Ġes� midfun fil-qabar ta� Ġużeppi ta� Arimatija

 

Xħin sar filgħaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta� Ġes�; mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta� Ġes�. [�] Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f�liżar nadif, qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat. (Mt 27:57-60)

 

Ġużeppi: l-isem li flimkien ma� Marija jinsab fi sbiħ jum il-Milied, jimmarka wkoll l-għabex tal-Għid. Ġużeppi ta� Nazaret ħolom u bil-kuraġġ ħa lil Ġes� biex isalvah minn Erodi; int, Ġużeppi ta� Arimatija, tieħu l-ġisem tiegħu, bla ma taf li ħolma impossibbli u tal-għaġeb se sseħħ proprju hemm, fil-qabar li tajt lil Kristu meta ħsibt li hu ma seta� jagħmel xejn iżjed għalik. Imma hu tassew minnu li kull don li nagħmlu lil Alla jirċievi ħlas wisq ikbar. Ġużeppi ta� Arimatija, int il-profeta tal-kuraġġ qalbieni. Biex tagħmel id-don tiegħek lil bniedem mejjet int tmur quddiem Pilatu, li minnu kulħadd jitwerwer, u titolbu, biex tista� tirregala lil Ġes� l-qabar li kont bnejt għalik stess. It-talba hi qalbiena u wara l-kliem jiġu l-fatti. Ġużeppi, fakkarna li t-talb insistenti jġib frott u jgħaddi saħansitra mid-dalma tal-mewt; li l-imħabba ma tibqax mingħajr tweġiba, imma tirregala bidu ġdid. Il-qabar tiegħek li � uniku fl-istorja � sa jkun għajn tal-ħajja, hu ġdid, għadu kemm tħaffer fil-blat. U jien, x�se nagħti ġdid lil Ġes� f�dan l-Għid? Ftit taż-żmien biex noqgħod miegħu? Ftit ta� mħabba għall-oħrajn? Il-biżgħat u l-miżerji tiegħi midfuna, li Kristu jistenna li noffrilu kif għamilt int bil-qabar tiegħek? Ikun tassew Għid jekk nagħti xi ħaġa minn tiegħi lilu li għalija ta ħajtu: għax meta nagħtu aħna naqilgħu; għax il-ħajja nsibuha meta nitilfuha u niksbuha meta nagħtuha.

 

Nitolbu billi ngħidu: Ikollok ħniena, Mulej.

 

Minni, għażżien biex nikkonverti.           Ikollok ħniena, Mulej.

Minni, li nħobb wisq nirċievi u ftit li xejn nagħti.           Ikollok ħniena, Mulej.

Minni, li m�iniex kapaċi nċedi għal imħabbtek. Ikollok ħniena, Mulej.

Minna, lesti ninqdew bl-affarijiet imma tqal biex naqdu lill-oħrajn.                                                                    Ikollok ħniena, Mulej.

Mid-dinja tagħna, impestasta bl-oqbra tal-egoiżmu.   Ikollok ħniena, Mulej.

 

 

Invokazzjoni konklużiva (l-isem ta� Ġes�, 14-il darba)

 

Mulej, nitolbuk bħalma jagħmlu fil-Vanġelu dawk li huma fil-bżonn, dgħajfa u morda, li kienu jitolbuk bl-aktar kelma sempliċi u familjari: bl-isem tiegħek.

 

Ġes�, ismek isalva, għax int is-salvazzjoni tagħna.

 

Ġes�, int il-ħajja tiegħi, u biex ma nitlifx ir-rotta fil-mixja tiegħi għandi bżonn tiegħek, li taħfer u terġa� terfa�, li tfejjaq il-qalb tiegħi u tagħti sens lin-niket tiegħi.

 

Ġes�, int ħadt fuqek il-ħażen tiegħi u mis-salib ma tippuntax sebgħek lejja, imma tgħannaqni: int, li int ta� qalb ħelwa u umli, fejjaqni mill-korla u mir-rabja, eħlisni mis-suspett u min-nuqqas ta� fiduċja.

 

Ġes�, inħares lejk fuq is-salib u nara mberrħa quddiem għajnejja l-imħabba, sens ta� dak li jien u destinazzjoni tat-triq tiegħi: għinni nħobb u naħfer, biex negħleb in-nuqqas ta� sabar u l-indifferenza, biex ma ngergirx.

 

Ġes�, fuq is-salib int għandek l-għatx, u dan hu għatx għall-imħabba tiegħi u għat-talb tiegħi; għandek bżonn ta� dawn biex twassal għall-milja tagħhom il-proġetti tiegħek ta� ġid u ta� sliem.

 

Ġes�, irroddlok ħajr għal dawk kollha li jwieġbu għas-sejħa tiegħek u għandhom il-perserveranza li jitolbu, il-kuraġġ li jemmnu u d-determinazzjoni li jibqgħu għaddejjin qalb id-diffikultajiet.

 

Ġes�, nippreżentalek ir-ragħajja tal-poplu qaddis tiegħek: ħa jwieżnu l-merħla bit-talb tagħhom; ħa jsibu ħin jintasbu quddiemek, u jwaħħdu qalbhom ma� tiegħek.

 

Ġes�, inbierkek għan-nisa u rġiel kontemplattivi, li t-talb tagħhom, mistur għad-dinja u mogħġub minnek, iħares lill-Knisja u lill-umanit�.

 

Ġes�, inressaq quddiemek il-familji u l-persuni li llejla talbu mid-djar tagħhom, l-anzjani, speċjalment dawk waħidhom, il-morda, ġawhar tal-Knisja li jgħaqqdu t-tbatijiet tagħhom ma� tiegħek.

 

Ġes�, ħa tilħaq din it-talba ta� interċessjoni lil ħutna kollha li f�tant irkejjen tad-dinja qed ibatu persekuzzjonijiet minħabba f�ismek; dawk li qed iġarrbu t-traġedja tal-gwerra u dawk li, bil-qawwa li jsibu fik, iġorru slaleb tqal.

 

Ġes�, bis-salib tiegħek int għamilt minna lkoll ħaġa waħda: iġma� flimkien fil-komunjoni lil dawk kollha li jemmnu, sawwab sentimenti fraterni u ta� sabar, għinna nikkollaboraw u nimxu flimkien; ħares lill-Knisja u lid-dinja fis-sliem.

 

Ġes�, imħallef qaddis li għad issejjaħli b�ismi, eħlsini mill-ġudizzji fiergħa, mit-tpaċpiċ vojt u mill-kliem vjolenti u li jweġġa�.

 

Ġes�, qabel ma tmut int tgħid: �kollox mitmum�. Jien, li għadni ma temmejtx kollox, ma nistax ngħidu dan; imma nafda fik, għax int it-tama tiegħi, it-tama tal-Knisja u tad-dinja.

 

Ġes�, għad hemm kelma oħra li rrid ngħidlek u nkompli ntennilek: grazzi! Grazzi, Mulej tiegħi u Alla tiegħi.

 

 

miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard