Laikos

 

 

Talba tal-Papa Franġisku fi tmiem l-Enċiklika, Lumen fidei

29 ta’ Ġunju 2013

 

Lejn Marija, omm il-Knisja u omm il-fidi tagħna, aħna nduru fit-talb

 

Għin, ja Omm, il-fidi tagħna!

Iftħilna s-smigħ tagħna għall-Kelma, biex nagħrfu l-leħen ta’ Alla u s-sejħa tiegħu.

Qajjem fina x-xewqa li nimxu warajh, aħna u ħerġin minn artna u nilqgħu l-wegħda tiegħu.

Għinna biex inħallu mħabbtu tmissna, biex inkunu nistgħu mmissuh bil-fidi.

Għinna nafdaw fih bis-sħiħ, nemmnu f’imħabbtu, fuq kollox fil-waqtiet tat-tribulazzjoni u s-salib, meta l-fidi tagħna tissejjaħ biex timmatura.

Iżra’ fil-fidi tagħna l-hena tal-Irxoxt.

Fakkarna li min jemmen qatt mhu waħdu.

Għallimna nħarsu b’għajnejn Ġesù, biex hu jkun dawl fil-mixja tagħna.

U dan id-dawl tal-fidi ħa jikber dejjem fina, sa ma jasal dak il-jum bla tmiem, li hu l-istess Kristu, Ibnek, Sidna!

 

 

Mogħti f’Ruma, f’San Pietru, fid-29 ta’ Ġunju, solennità tal-Appostli Qaddisin Pietru u Pawlu, tas-sena 2013, l-ewwel sena tal-pontifikat