LAQGĦA MAL-AWTORITAJIET, MAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U
MAL-KORP DIKPLOMATIKU
DISKORS TAL-QDUSIJA TIEGĦU
Teatru
taċ-Ċentru Kulturtalu Universitarju tal-Università Nazzjonali ta’ Singapore
Il-Ħamis, 12 ta’ Settembru, 2024
Sur President,
distintt Awtoritajiet,
illustri rappreżentanti tas-soċjetà ċivli,
Membri tal-Korp Diplomatiku!
Irrodd ħajr lill-President għall-kliem ġentili ta’ kortesija li indirizzali u li bihom tani merħba, li fija jqanqlu mill-ġdid ir-rikonoxxenza għaż-żjara li għamel reċentement fil-Vatikan. Jien grat lejn l-Awtoritajiet kollha għall-akkoljenza kordjali f’din il-Belt/Stat, salib it-toroq ta’ importanza primarja u mkien ta’ laqgħa bejn diversi popli.
Min jiġi hawn għall-ewwel darba ma jistax ma jibqax impressjonat mill-foresta ta’ skyscrapers mill-aktar moderni li donnhom jinbtu minn ġol-baħar. Dawn huma testimonajanza ċara tal-ġenju uman, tad-dinamiċità tas-soċjetà ta’ Singapore u tal-intelliġenza imprenditorjali, li hawn sabu art fertili fejn jesprimu ruħhom.
L-istorja ta’ Singapore hi waħda ta’ tkabbir u reżiljenza. Min oriġini umli, dan-nazzjon laħaq livell għoli ta’ żvilupp, u b’hekk wera li dan hu frott ta’ deċiżjoniet razzjonali u mhux tal-kumbinazzjoni: hu r-riżultat ta’ impenn kostanti biex jitwasslu għal tmiemhom proġetti u inizjattvi maħsubin tajjeb u b’sintonija mal-karatteristiċi speċifiċi tal-post. Propju f’dawn il-ġranet jaħbat l-anniversarju mija u wieħed mit-twelid ta’ Lee Kuan Yew, Prim Ministru tar-Repubblika ta’ Singapore, li bejn l-1959 u l-1990 kellu din il-kariga u kien ta spinta qawwija għat-tkabbir mgħaġġel u għat-trasformazzjoni tal-pajjiż.
Barra minn hekk, importanti li Singapore ma stagħniex biss ekonomikament, imma għamel sforz biex jibni soċjetà li fiha l-ġustizzja soċjali u l-ġid komuni għandhom importanza ewlenija. Insemmi partikolarment id-dedikazzjoni tagħkom biex ittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja taċ-ċittadini permezz ta’ politika ta’ bini ta’ djar pubbliċi, edukazzjoni tal-għola kwalità u sistema sanitarja effiċjenti. Nawgura li dawn l-isforzi jkomplu għaddejjin sakemm jilħqu lill-abitanti kollha ta’ Singopore
A propożitu ta’ dan, nixtieq niġbed l-attenzjoni dwar ir-riskju li ċertu pragmatiżmu u ċerta eżaltazzjoni tal-mertu jġibu magħhom, jiġifieri l-konsegwenza mhux intenzjonali li tingħata leġġittimità l-esklużjoni ta’ min jinsab fit-truf tal-benefiċċji tal-progress.
Fuq dan, nagħraf u nfaħħar il-politika u l-inizjattivi li ddaħħlu fis-seħħ biex iwieżnu lill-aktar dgħajfa, u nawgura li tingħata attenzjoni partikolari lill-foqra, lill-anzjani – li t-tbatija tagħhom bniet il-pedament tas-Singapore li nafu llum – u wkoll biex tkun imħarsa d-dinjità tal-ħaddiena migranti, li jikkontribwixxu mhux ftit għall-bini tas-soċjetà, u li hemm bżonn niggarnatulhom salarju xieraq.
It-teknoloġiji sofistikati tal-era diġitali u l-iżviluppi mgħaġġla fl-użu tal-intelliġenza artifiċjali ma jistgħu b’ebda mod inessuna li hu essenzjali nikkultivaw relazzjonijiet umani reali u konkreti; u dawn it-teknoloġiji għandhom ikunu valorizzati propju biex iressqu n-nies lejn xulxin, jippromwovu l-fehim u s-solidarjetà, u mhux biex jiżolaw b’mod perikoluz f’realtà fittizja u impalpabbli.
Is-Singapore huwa mużajk ta’ etniji, kulturi u reliġjonijiet li jgħammru flimkien f’armonija, dil-kelma hi importanti ħafna: l-armonija. Poteri pubbliċi imparzjali jiffavorixxu u jikkonservaw din l-inklussività pożittiva, b’impenn fi djalogu kostruttiv ma’ kulħadd, billi jagħtu ċans lil kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu lejn il-ġid komuni u ma jippermettux li l-estremiżmu u l-intolleranza jitkattru u b’hekk iqiegħdu f’periklu l-paċi soċjali. Ir-rispett reċiproku, il-kollaborazzjoni, id-djalogu u l-libertà li bniedem jistqarr dak li jemmen fih b’lealtà lejn il-liġijiet tal-pajjiż huma kundizzjonijiet determinanti għas-suċċess u l-istabbiltà miksubin minn Singapore, kundizzjonijiet fundamentali għal żvilupp nieqes mill-kunflitti u kaotiku, imma ekwilibrat u sostenibbli.
Sa mill-bidu tal-preżenza tagħha f’Singapore, il-Knisja Kattolika fittxet toffri s-sehem partikolari tagħha fil-mixja ta’ dan in-nazzjon, fuq kollox fis-setturi tal-edukazzjoni u tas-sanità, b’servizz u bi spirtu ta’ sagrifiċċju u dedikazzjoni tal-missjunarji u tal-fidili. Dejjem animata mill-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, il-komunità kattolika hi wkoll minn ta’ quddiem fl-opri tal-karità, u hekk hi ta’ kontribut sinifikattiv fil-ħidma umanitarja billi għal dan l-għan, tmexxi diversi istituzzjonijiet sanitarji u bosta organizzazzjonijiet umanitarji, fostom il-Caritas li lkoll kemm aħna nafuha sewwa.
Minbarra dan, il-Knisja – skont l-indikazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Nostra Aetate tal-Konċilju Vatikan II dwar ir-relazzjonijiet ma’ reliġjonijiet mhux kristjani – dejjem mexxiet ‘il quddiem id-djalogu inter-reliġjuż u l-kollaborazzjoni bejn id-diversi komunitajiet ta’ fidi, bi spirtu ta’ ftuħ u rispett reċiproku, li huma fundamentali għall-bini ta’ soċjetà ġusta u paċifika.
Dini ż-żjara tiegħi, qed issir tlieta u erbgħin sena minn mindu ġew stabbiliti r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn is-Santa Sede u Singapore. L-iskop hu li tikkonferma lill-kattoliċi fil-fidi u tħeġġiġhom biex bil-ferħ u bid-dedikazzjoni jkomplu jsaħħu l-kollaborazzjoni mal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, għall-bini ta’ soċjetà ċivili sana u magħquda, għall-ġid komuni u biex ikunu xhieda awtentiċi tal-fidi tagħhom.
Is-Singapore għandu wkoll rwol speċifiku x’jaqdi fix-xena internazzjonali – ma ninsewhx dan – f’dinja mhedda minn kunflitti u gwerer imdemmija, u hu ta’ ferħ għalija li b’mertu seddaq il-multilateraliżmu u organizzazzjoni mibnija fuq regoli maqbula bejn kulħadd. Inħeġġiġkom biex tkomplu taħdmu għall-għaqda u l-fraternità tal-ġeneru uman, għall-fejda tal-ġid komuni ta’ kulħadd, tal-popli kollha u tan-nazzjonijiet kollha, billi l-interessi nazzjonali la jkunu ristretti u lanqas jeskludu.
U ppermettuli nfakkarkom ukoll fl-irwol tal-familja, l-ewwel imkien fejn kulħadd jitgħallem jirrealta mal-oħrajn, ikun maħbub u jħobb. Fil-kundizzjonijiet soċjali attwali, il-pedament li fuqu jistrieħu l-familji qed jiddaħħlu d-dubji dwaru u hemm riskju li jiddgħajjef. Hemm bżonn li l-familji jkunu f’qagħda li jittrażmettu valuri li jagħtu sens u forma lill-ħajja u jgħallmu liż-żgħar jiffurmaw realzzjonijieet solidi u sani. Għalhekk hu ta’ min ifaħħarhom l-isforzi li saru biex jippromwovu, jipproteġu u jsostnu l-għaqda fil-familja bil-ħidna ta’ istituzzjonijiet varji.
Ma nistgħux ninħbew wara subgħajna u ma nammettux li llum ninsabu fi kriżi ambjentali u ma nistgħux ma nqisux l-impatt li jista’ jkollu f’dal il-qafas nazzjon żgħir bħalma hu Singapore. Il-pożizzjoni unika tagħkom toffrilkom aċċess għal kapitali, teknoloġiji u talenti, riżorsi li jistgħu jixprunaw l-innovazzjoni biex nieħdu ħsieb is-saħħa tad-dar komuni tagħna.
L-impenn tagħkom favur żvilupp sostenibbli u biex tħarsu l-maħluq hu eżempju ta’ min jimitah, u l-impenn biex issibu soluzzjonijiet innovattivi ħalli taffrontaw l-isfidi ambjentali jista’ jkun ta’ inkoraġġiment biex pajjiżi oħra jagħmlu l-istess. Is-Singapore hu eżempju brillanti ta’ dak li tista’ tikseb l-umanità meta taħdem flimkien f’armonija, b’sens ta’ responsabbiltà u spirtu ta’ inklussività u fraternità. Din qiesha parafrażi tal-atteġġjament tagħkom: ħidma flimkien, f’armonija, b’sens ta’ responsabbiltà u fi spirtu ta’ fraternità u inkulssività. Ninkoraġġikom biex tibqgħu mexjin f’dit-triq, b’fiduċja fil-wegħda ta’ Alla u fl-imħabba paterna tiegħu għal kulħadd.
Sur President, Sinjuri, Alla jgħinkom twieġbu għall-bżonnijiet u l-istennija ta’ nieskom, u jinkoraġġikom biex iġġarrbu l-fatt li ma’ min jibqa’ umli u grat Hu jista’ jagħmel ħwejjeġ kbar għall-ġid ta’ kulħadd.
Alla jbierek lil Singapore!
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber