|
MESSAĠĠ
TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
FL-OKKAŻJONI TAR-
IV JUM DINJI TAN-NANNIET U L-ANZJANI
28 ta� Lulju, 2024
�Twarrabnix meta nasal għax-xjuħija� (cfr. Salm 71,9)
Għeżież ħuti!
Alla ma jabbandunax lil uliedu, qatt. Lanqas fl-et� avvanzata u meta l-forzi jiddagħjfu, meta x-xagħar jibjad u l-irwol soċjali ma jibqax dak li jkun, meta l-ħajja ssir anqas produttiva u tidħol f�riskju li tidher inutli. Hu ma jħarisx lejn is-sura (cfr 1 Sam 16,7) u xejn ma jiddejjaq jagħżel lil dawk li f�għajnejn ħafna jidhru irrilevanti. Ma jiskarta ebda ġebla, anzi, �dawk l-aktar xjuħ� huma l-bażi żgura li l-ġebel �il-ġdid� jista� jistrieh fuqhom biex ilkoll flimkien jibnu d-dar spiritwali (cfr 1 Pt 2,5).
L-Iskrittura Mqaddsa, kollha kemm hi, hi rakkont tal-imħabba fidila tal-Mulej, li minnha titnissel ċertezza li tfarraġ: Alla jkompli jurina ħnientu, dejjem, f�kull fażi tal-ħajja, u f�kull kundizzjoni li nkunu ninsabu fiha, fit-tradimenti tagħna wkoll. Is-Salmi huma miżgħuda bil-meravilja tal-qalb umana quddiem Alla li jieħu ħsiebna, minkejja x-xejn tagħna (cfr Salm 144,3-4); iserrħulna rasna li Alla niseġ lil kull wieħed u waħda minna sa mill-ġuf tal-omm (cfr Salm 139,13) u lanqas jitlaqna fl-imwiet (cfr Salm 16,10). Għalhekk nistgħu nkunu ċerti li se jkun qribna fix-xjuħija wkoll, aktar u aktar għaliex fil-Bibbja x-xjuħija hi sinjal ta� barka.
Madankollu, fis-salmi nsibu wkoll din l-invokazzjoni mqanqla lill-Mulej: �Twarrabnix meta nasal għax-xjuħija� (Salm 71,9). Espressjoni qawwija, brutali għall-aħħar. Tfakkarna fit-tbatija estrema ta� Ġes� li fuq is-salib għajjat: �Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?� (Mt 27,46).
Għaldaqstant, fil-Bibbja nsibu ċ-ċertezza tal-qrubija ta� Alla f�kull staġun tal-ħajja u, fl-istess ħin, il-biża tal-abbandun, partikolarment fix-xjuħija u fil-mument tal-uġigħ. Mhix kuntradizzjoni. Inħarsu madwarna, ma nsibuhiex bi tqila nivverifikaw kif dawn l-esprezzjonijiet huma mera ta� realt� mill-aktar evidenti. Wisq spiss, is-solitudni hi l-kumpann morr ta� ħajjitna, anzjani u nanniet. Bosta drabi, bħala isqof ta� Buenos Aires ġara li żort djar tal-anzjani u ndunajt kemm hu rari li lil dawn il-persuni jmorru jżuruhom: uħud kienu ilhom ma jaraw lill-għeżież tagħhom xhur sħaħ.
Ir-raġunijiet ta� din is-solitudni huma bosta: f�ħafna pajjiżi, il-foqra fuq kollox, l-anzjani, jisfaw waħedhom għax uliedhom ikollhom jemigraw. Inkella niftakar fil-bosta sitwazzjonijiet ta� kunflitt: kemm anzjani jibqgħu waħedhom għax l-irġiel - żgħażagħ u adulti � jkollhom imorru għall-gwerra u n-nisa, fuq kollox l-ommijiet bi tfal żgħar, iħallu pajjiżhom biex iħarsu lil uliedhom. Fl-ibliet u fil-villaġġi mfarrkin bil-gwerra jibqgħu x-xjuħ u l-anzjani waħdehom, sinjali uniċi ta� ħajja f�żoni fejn donnu jidher isaltan l-abbandun u l-mewt. Fi nħawi oħra tad-dinja mbagħad, hemm konvinzjoni falza, li daħlet sew �il ġewwa f�ċerti kulturi lokali, li tiġġenera ostilit� lejn l-anzjani, għax jissuspettaw li huma jużaw is-seħer biex ineħħu l-enerġija vitali miż-żgħażagħ; tant hu hekk, li fil-kas ta� mewt prematura jew ta� marda jew xorti ħażina li tolqot lil xi persuna żgħażugħa, il-ħtija jeħel biha xi anzjan. Dil-mentalit� għandna nikkumbattuha u neqirduha. Hi waħda mill-preġudizzji bla bażi, li l-fidi nisranija ħelsitna minnhom, mentalit� li tmanti konflittwalit� ġenerazzjonali persistenti bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani.
Jekk nirriflettu sew, din l-akkuża li ssir lix-xjuħ, dik li �jisirqu l-ġejjieni taż-żgħażagħ�, illum hi preżenti kullimkien. Din tippreżenta ruħna f�forom oħra, anki fis-soċjetajiet l-aktar avvanzati u moderni. Per eżempju, issa daħlet il-konvinzjoni li l-anzjani huma piż finanzjarju fuq iż-żgħażagħ minħabba l-assistenza li jeħtieġu, u b�hekk ikunu qed idgħajfu r-riżorsi li hemm bżonn għall-iżvilupp tal-pajjiż, jiġifieri għaż-żgżażagħ. Hi perċezzjoni li tgħawweġ għal kollox ir-realt�. Qiesu li s-sopravvivenza tal-anzjani qed tqiegħed f�riskju dik taż-żgħażagħ. Qiesu li biex nappoġġjaw liż-żgħażagħ hemm bżonn nittraskuraw lill-anzjani, inkella neħilsu minnhom. Il-kontrappożizzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet hi ingann u hija frott avvelenat tal-kultura tal-kunflitt. Li liż-żgħażagħ u l-anzjani nkesksuhom kontra xulxin hi manipolazzjoni inaċċettabbli: �Hemm fin-nofs l-għaqda bejn l-etajiet tal-ħajja: jiġifieri, il-punt ta� riferiment reali biex nifhmu u napprezzaw il-ħajja umana fls-sħuħija tagħha� (Katekeżi 23 ta� Frar, 2022).
Is-salm li kkowtajt qabel � it-talba ħerqana biex ma nisfawx abbandunati fi xjuħitna � jitkellem dwar kumplott li jhedded il-ħajja tal-anzjani. Donnu kliem daqsxejn goff imma nifhmuhom jekk inqisu li s-solitudni, u li niskartaw l-anzjani mhumiex kumbinazzjoni jew inevitabbli, imma huma frott ta� għażliet � politiċi, ekonomiċi, soċjali u personali � li ma jagħtux għarfien xieraq lid-dinjit� infinita ta� kull persuna �lil hinn minn kull ċirkustanza u kwalunkwe stat jew sitwazzjoni li tkun tinsab fiha� (Dik. Dignitas infinita 1) Dan iseħħ meta nitilfu s-sens tal-valur ta� kull wieħed u waħda minna u l-persuni jsiru biss spiża, l-istess anzjani jisfaw vittmi ta� din il-mentalit� u jibdew jitqiesu bħala piż, tant li huma stess jibdew jixtiequ jwarrbu min-nofs.
Min-naħa l-oħra ħafna huma l-irġiel u n-nisa li jfittxu s-sodisfazzjon personali f�eżistenza kemm jista� jkun awtonoma u maqtugħa mill-oħrajn. Is-sens ta� appartenenza komuni jinsab fi kriżi u s-suċċess sar prerogattiva tal-individwu; �il-passaġġ� mill-�aħna� lejn �jiena� jidher li hu wieħed mill-aktar sinjali evidenti ta� żmienna. Il-familja, li hi l-ewwel u l-aktar kontestazzjoni radikali tal-idea li nistgħu nsalvaw bil-ħila tagħna biss, hi waħda mill-vittmi ta� dil-kultura individwalista. Per�, meta nixjieħu, ftit ftit aktar ma� l-forzi jibdew ibattu, il-miraġġ tal-indvidwaliżmu, l-illużjoni li �m�għandi bżonn ħadd� u li nista� ngħix bla ebda rabtiet jibda jidher dak li hu; għax insibu li jkollna bżonn ta� kollox, imma issa waħedna, bla ebda għajnuna, bla ħadd li nistgħu nafdaw fih. Hi skoperta ta� swied il-qalb li ħafna jiskopru meta jkun tard wisq.
Is-solitudni u l-iskart saru elementi regolari fil-kuntest li fih qed ngħixu. L-għeruq tagħhom huma bosta: f�xi każi huma frott ta� esklużjoni programmata, speċi ta� �konġura soċjali�; f�każi oħra, sfortunatament hi deċiżjoni personali. Drabi oħra wkoll din hi sitwazzjoni li bniedem jagħmel tabirruħu li għażilha awtonomament. �Il-gost tal-fraternit�� qed jintilef dejjem aktar� (Enċ. Fratelli tutti, 33), u nsibuha bi tqila li mqar nimmaġinaw xi ħaġa differenti.
F�ħafna anzjani qed ninnutaw dak is-sentiment ta� rassenjazzjoni li jitkellem dwaru l-Ktieb ta� Rut meta jirrakkonta li x-xwejħa Noemi, li wara l-mewt ta� żewġha u uliedha subjien, tistieden liż-żewġ nisa tagħhom, Orpa u Rut, biex jerġgħu jmorru lura lejn il-pajjiż mnejn ġew u lejn darhom (cfr Rut 1,8). Noemi � bħal ħafna anzjani llum � tibża� li se tisfa� waħedha, madankollu ma jirnexxilhiex timmaġina xi ħaġa differenti. Bħala armla, hi konxja li f�għajnejn is-soċjet� ftit għandha valur u hi konvinta li hi piż għal dawk iż-żewġ żgħażagħ li, bil-maqlub tagħha, kienu għad iridu jgħixu ħajjithom. Għalhekk kienet ħasbet li jkun aħjar li titwarrab u tkun hi stess li tistieden lin-nsa ta� uliedha biex iħalluha u jerġgħu jibdew jibnu ħajjithom ximkien ieħor (cfr Rut 1,11-13). Kliemha hu konċentrat ta� normi soċjali u reliġjużi li donnhom ma jinbidlux u li huma d-destin tagħha.
Ir-rakkont bibliku, f�dal-punt, jippreżentalna żewġ għażliet għall-istedina ta� Noemi, u għalhekk quddiem ix-xjuħija. Waħda min-nisa, Orpa, li xorta waħda tħobb lil Noemi, b�ġest ta� għożża, tbusha, imma taċċetta dik li għaliha tidher bħala s-soluzzjoni ewlenija possibbli u titlaq lejn triqtha. Iżda Rut, ma tinqatax minn ma� Noemi u tgħidilha kliem sorprendenti: �Iġġagħalnix nitilqek u nerġa� lura minnek� (Rut 1,16). Ma tibżax tisfida d-drawwiet u l-ħsieb komuni, tħoss li dik l-anzjana għandha bżonnha u, bil-kuraġġ, tibqa� magħha f�dak li kellu jkun vjaġġ ġdid għat-tnejn li huma. Lilna lkoll � ikkundizzjonati mill-idea li s-solitudni ma nistgħux naħarbu minnha � Rut tgħallimna li għall-invokazzjoni �tabbandunanix� possibbli t-tweġiba �mhux se nabbandunak!� Rut ma tiddejjaq xejn taqleb ta� taħt fuq dik li tidher bħala realt� li ma tistax tinbidel: il-ħajja tas-solitudni ma tistax tkun l-unika alternattiva! Mhux ta� b�xejn, Rut � dik li tibqa� qrib l-anzjana Noemi � hi antenata tal-Messija (cfr Mt 1,5), ta� Ġes�, l-Immanu-el, Dak li hu �Alla magħna�, Dak li jġib il-qrubija ta� Alla mal-bnedmin kollha, ta� kull kundizzjoni, ta� kull et�.
Il-libert� u l-kuraġġ ta� Rut jistednuna biex interrqu triq ġdida: nimxu fuq il-passi tagħha, nibdew vjaġġ flimkien ma� dil-mara barranija żgħażugħa u mal-anzjana Noemi, le ma nibżgħu nibdlu d-drawwiet tagħna u nimmaġinaw ġejjieni differenti għall-anzjani tagħna. Il-gratitudni tagħna hi lejn dawk il-persuni kollha li, minkejja tant sagrifiċċji, imxew fuq l-eżempju ta� Rut u qed jieħdu ħsieb ta� xi anzjan jew sempliċiment, ta� kuljum, juru l-qrubija tagħhom ma xi qarib jew xi ħadd ieħor li safa waħdu. Rut għażlet li tibqa� qrib Noemi u kisbet il-barka: bi żwieġ hieni, dixxendenza, art. Dan jgħodd dejjem u għal kulħadd: billi nkunu qrib l-anzjani, nagħrfu l-irwol insostitwibbli li huma għandhom fi ħdan il-familja, fil-soċjet� u fil-Knisja. Hekk aħna wkoll nirċievu bosta doni, bosta grazzji, bosta barkiet!
F�dan ir-raba� Jum Dinji dedikat lilhom, ejjew nuru l-ħlewwa tagħna man-nanniet u l-anzjani tal-familji tagħna, inżuru lil dawk li huma sfiduċjati u tilfu kull tama li hu possibbli jkun hemm futur differenti għalihom. Għall-atteġġjament egoistiku li jwassal għall-iskart u s-solitudni ejjew inwieġbu b�qalb miftuħa u wiċċ daħqan ta� min għandu l-kuraġġ jgħid �mhux se nabbandunak!�, u nibdew mixja differenti.
Lilkom ilkoll, nanniet u anzjani mill-aktar għeżież, u lil dawk li huma qribkom, taslilkom il-barka tiegħi flimkien ma� talbi. Intom ukoll, jekk jogħġobkom, tinsewx titolbu għalija.
Ruma, San Giovanni in Laterano, 25 ta� April, 2024.
FRANĠISKU
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber