|
ITTRA TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
LILL-KATTOLIĊI TAL-LVANT NOFSANI
Għeżież ħuti,
Naħseb fikom u nitlob għalikom. Nixtieq inkun qrib tagħkom f�dan il-jum ta� diqa. Sena ilu qabdet in-niċċa tal-mibegħda; ma ntfietx, imma xterdet f�iktar vjolenza, u hu tal-mistħija li l-komunit� internazzjonali u l-pajjiżi l-aktar b�saħħithom ma kinux kapaċi jsikktu l-armi u jtemmu t-traġedja tal-gwerra. Id-demm jixtered, bħad-dmugħ; ir-rabja tikber, u magħha l-kilba għall-vendetta, waqt li donnu ftit huma dawk li jinteressahom dak li l-aktar jiswa u li n-nies tixtieq: id-djalogu, il-paċi. Ma negħja qatt intenni li l-gwerra hi telfa, li l-armi ma jibnux il-futur imma jeqirduh, li l-vjolenza qatt ma ġġib il-paċi. Dan turih l-istorja, u safrattant donna ma tgħallimna xejn minn snin fuq snin ta� kunflitti.
U intom, ħuti fi Kristu li tgħixu fl-Imkejjen li dwarhom l-aktar li titkellem l-Iskrittura, intom merħla ċkejkna bla armi, għatxana għall-paċi. Grazzi ta� dak kollu li intom, grazzi li tixtiequ tibqgħu fl-artijiet tagħkom, grazzi għax, minkejja kollox, tafu titolbu u tħobbu. Intom żerriegħa maħbuba ta� Alla. U kif żerriegħa, li minn barra tidher fgata mill-art li tgħattiha, dejjem taf issib it-triq lejn il-wiċċ, lejn id-dawl, biex tagħmel il-frott u tagħti l-ħajja, hekk intom tħallux tiblagħkom id-dalma li għandkom madwarkom imma, imħawla fl-artijiet imqaddsa tagħkom, ħa ssiru friegħi ta� tama, biex id-dawl tal-fidi jwassalkom tagħtu xhieda tal-imħabba meta kulħadd qed jitkellem fuq il-mibegħda, tal-laqgħa meta qed jikber it-tilwim, tal-għaqda meta kollox hu indirizzat lejn il-ġlied.
B�qalb ta� missier indur lejkom, poplu qaddis ta� Alla; lilkom, ulied tal-Knejjes qodma tagħkom, illum �taħt martirju�; lilkom, żerriegħa ta� paċi fix-xitwa tal-gwerra; lilkom li temmnu f�Ġes� �ta� qalb ħelwa u umli� (Mt 11:29) u fih intom xhieda tal-qawwa ta� paċi bla armamenti.
Il-bnedmin illum ma jafux isibu l-paċi u aħna l-Insara ma rridux nehdew nitolbuha lil Alla. Għalhekk illum stedint lil kulħadd jgħix jum ta� talb u sawm. Talb u sawm huma l-armi tal-imħabba li jibdlu l-istorja, l-armi li jegħlbu lill-uniku veru għadu tagħna: l-ispirtu tal-ħażen li jrewwaħ il-gwerra, għax hu �qattiel sa mill-bidu�, �giddieb u missier il-gideb� (Ġw 8:44). Nitlobkom, ejjew niddedikaw il-ħin għat-talb u niskopru mill-ġdid il-qawwa salvifika tas-sawm!
Għandi f�qalbi ħaġa li rrid ngħid lilkom, ħuti, imma wkoll lill-bnedmin kollha ta� kull konfessjoni u reliġjon li fil-Lvant Nofsani qed ibatu minħabba l-bluha tal-gwerra: jiena qrib tagħkom, jiena ninsab magħkom.
Ninsab nagħkom, abitanti ta� Gaza, martorjati u bla saħħa, li intom ta� kuljum fil-ħsieb u t-talb tiegħi.
Ninsab magħkom, li kellkom tħallu djarkom, titilqu l-iskola u x-xogħol, u tmorru tfittxu destinazzjoni biex taħarbu mill-bombi.
Ninsab magħkom, ommijiet li xxerrdu d-dmugħ meta taraw lil uliedkom mejta jew midruba, bħal Marija li tara lil Ġes�; magħkom, iċ-ċkejkna li tgħixu fl-artijiet kbar tal-Lvant Nofsani, fejn l-intriċċi tas-setgħanin qed jisirqulkom id-dritt li tilagħbu.
Ninsab magħkom, li qed tibżgħu terfgħu ħarsitkom fil-għoli, għax mis-sema nieżla xita ta� nar.
Ninsab magħkom, li ma għandkomx vuċi, għax jingħad ħafna dwar pjanijiet u strateġiji, imma ftit dwar is-sitwazzjoni konkreta ta� min qed ibati l-gwerra, li s-setgħanin jimponu fuq l-oħrajn; fuqhom, imma, hemm l-għarbiel mirqum ta� Alla (ara Għerf 6:8).
Ninsab magħkom, li intom bil-għatx għall-paċi u għall-ġustizzja, li ma ċċedux għal-loġika tal-ħażen u f�isem Ġes� �tħobbu lill-għedewwa tagħkom u titolbu għal dawk li jippersegwitawkom� (Mt 5:44).
Grazzi lilkom, ulied il-paċi, għax intom tfarrġu l-qalb ta� Alla, midruba mill-ħażen tal-bniedem. U grazzi lil dawk kollha li, fid-dinja kollha, qed jgħinukom; lilhom, li fikom jieħdu ħsieb ta� Kristu mġewwaħ, marid, barranin, abbandunat, fqir u fil-bżonn, nitlobhom ikomplu jagħmlu dan b�ġenerożit�. U grazzi, ħuti isqfijiet u saċerdoti, li qed twasslu l-faraġ ta� Alla fis-solitudni tal-bniedem. Nitlobkom tħarsu lejn il-poplu qaddis li intom imsejħin taqdu u tħallu qalbkom titqanqal, u għall-imħabba tal-fidi tagħkom, twarrbu kull firda u ambizzjoni.
Ħuti f�Ġes�, jiena nberikkom u nħaddankom miegħi bi mħabba, bil-qalb. Il-Madonna, Sultana tal-paċi, tħariskom. San Ġużepp, Patrun tal-Knisja, jipproteġikom.
Ħukom,
FRANĠISKU
Ruma, San Ġwann Lateran, 7 ta� Ottubru 2024.
miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard