Il-Papa Franġisku

TalbaTalba lill-Ħallieq

f'għeluq l-Enċiklika, Fratelli tutti

Assisi. 3 ta' Ottubru 2020

 

 

Mulej u Missier tal-umanità,

li ħlaqt lill-bnedmin kollha bl-istess dinjità,

sawwab fi qlubna spirtu ta’ aħwa.

Nebbaħ fina l-ħolma ta’ laqgħa ġdida,

ta’ djalogu, ta’ ġustizzja u ta’ paċi.

Ħeġġiġna biex noħolqu soċjetajiet iktar b’saħħithom u dinja iżjed xierqa,

fejn ma jkunx hemm ġuħ, faqar, vjolenza, gwerer.

 

Ħa tinfetaħ qalbna

għall-popli u n-nazzjonijiet kollha tal-art,

biex nagħrfu t-tjieba u l-ġmiel li inti żrajt f’kull wieħed u waħda minnhom,

biex ninsġu rabtiet ta’ għaqda, ta’ proġetti komuni, ta’ tamiet maqsuma flimkien.

Amen.

 

 

Talba Kristjana Ekumenika

 

Alla tagħna, Trinità ta’ mħabba,

mill-komunjoni qawwija tal-intimità divina tiegħek

sawwab fostna x-xmara tal-imħabba fraterna.

Roddilna l-imħabba li dehret fil-ġesti ta’ Ġesù,

fil-familja tiegħu ta’ Nazaret u fl-ewwel komunità Nisranija.

 

Lilna l-Insara agħtina li ngħixu l-Vanġelu

u li nagħrfu lil Kristu f’kull bniedem,

biex nilmħuh mislub fit-tbatijiet tal-imwarrbin u tal-minsijin ta’ din id-dinja

u rxoxt f’kull wieħed u waħda minn ħutna li jerġgħu jqumu fuq riġlejhom.

 

Ejja, Spirtu s-Santu!

Urina l-ġmiel tiegħek li jilma fil-ġnus kollha tal-art,

biex niskopru li lkoll aħna importanti, li kulħadd hu meħtieġ,

li huma wċuħ differenti tal-istess umanità maħbuba minn Alla.

 

Amen.