Laikos

 

TISLIMA TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
LILL-IMPJEGATI TAL-VATIKAN

GĦALL-AWGURI TAL-MILIED

Sala Pawlu VI
il-Ħamis, 21 ta� Diċembru, 2023

 

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Dis-sena wkoll il-Milied qed ilaqqgħana flimkilen biex nawguraw lil xulxin. Grazzi li ġejtu bil-familjari tagħkom ukoll!

Aħna u nikkontemplaw flimkien il-Misteru tat-Twelid ta� Ġes� jkun sabiħ nifhmu l-istil ta� Alla, li mhuwiex grandjuz, storbjuz, imma, għall-kuntrarju, hu l-istil tas-satra u taċ-ċkunija.  Żewġ kelmiet importanti: satra u ċkunija.  Dawn juruna l-karatteristika mansweta ta� Alla li ma jiġix għandna biex ibeżżgħana bil-kobor tiegħu jew biex jiddominana bl-isplendur tiegħu, imma jiġi fostna bl-aktar mod komuni possibbli, billi jsir wieħed minna.

Satra u ċkunija.  Alla jinħeba fiċ-ċokon ta� Tarbija li titwieled fi ħdan koppja miżżewġa � Marija u Ġużeppi � li mhix fl-aħbarijiet, fil-faqar ta� stalla għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.  Dawn huma s-sinjali li jiddistingwu lil Iben Alla, li jippreżenta ruħu fid-dinja bħala żerriegħa ċkejkna li tmut moħbija fl-art biex tagħti l-frott.  Hu Alla taċ-ċkejknin, Alla ta� min hu tal-aħħar u, miegħu aħna lkoll nitgħallmu t-triq li għandna nimxu fiha biex nidħlu fis-Saltna t�Alla: mhux reliġjożit� tal-qoxra u artifiċjali, imma li nsiru ċkejknin bħat-tfal.

Intom, għeżież, tafuhom sew dawn iż-żewġ kelmiet.  Xogħolkom hawn fil-Vatikan fil-biċċa l-kbira tiegħu isir kuljum fis-satra, spiss billi twettqu ħidma li donnha ta� ftit siwi iżda hi kontribut għas-servizz tal-Knisja u tas-soċjet�.  Irroddilkom ħajr għal dan u nawguralkom li tkomplu ħidmietkom bi spirtu ta� gratitudni, bis-serenit� u l-umilt�, u billi fir-relazzjonijiet mal-kollegi tagħkom tagħtu xhieda nisranija.  Hawn ukoll, anzi qabel kollox hawnhekk, hemm bżonn � veru? � ta� dix-xhieda nisranija.  Ħarsu lejn is-satra u ċ-ċkunija ta� Ġes� fil-grotta; ħarsu lejn is-sempliċit� tal-presepju li għamiltu, d-dar; u kunu żguri li t-tajjeb, anki meta jkun mistur u inviżibbli, jikber bla ma jagħmel ħoss.  It-tajjeb jikber bla ma jagħmel ħoss, jitkattar b�mod mhux mistenni u jifrex il-fwieħa tal-ferħ.  Tinsewħx dan: it-tajjeb jikber bla ħoss u jagħti dik il-paċi, dak il-ferħ lill-qalb, li huma tant sbieħ.

Dan l-istil � is-satra u ċ-ċkunija � irrid nawgurah ukoll lill-familji tagħkom u lil uliedkom.  Illum qed ngħixu fi żmien �tal-irtokk: kulħadd jirtokkja, mhux biss wiċċu, imma wkoll il-qalb, u dan hu ikraħ ħafna, u jmorru jippużaw fil-vetrina. Id-dehra, speċjalment permezz tal-mezzi soċjali.  Xi ftit jew wisq qiesu jridu t-tazzi tal-kristall bla ma jħabblu rashom l-inbid hux tajjeb.  L-inbid tajjeb nixorbuh f�tazza komuni.  Imma fil-familja, l-apparenzi u l-maskri ma jiswewx � fil-familja kollox hu magħruf -, jew, ftit jew wisq, ftit idumu; jgħodd biss li l-inbid tajjeb tal-imħabba, tat-tenerezza, tal-ħniena reċiproka, qatt ma jkun nieqes.

Dan hu l-istil ta� Alla: qrubija, ħniena u tenerezza.  U l-imħabba � nafuha tajjeb � ma tagħmilx ħoss.  Ngħixuha fis-satra u ċ-ċkunija tal-ġesti tal-ħajja ta� kuljum, fl-attenzjoni li nafu nagħtu lil xulxin.  Dan nawguralkom: li tkunu attenti, fi djarkom u fil-familji tagħkom, għall-affarijiet iż-żgħar tal-ħajja ta� kuljum, fil-ġesti żgħar ta� gratitudni, fil-premura li tieħdu ħsieb xulxin.  Aħna u nħarsu lejn il-presepju nistgħu nimmaġinaw, il-ħerqa, it-tenerezza ta� Marija u Ġużeppi għat-Tfajjel li tiwieled.  Nixtieq nawgura dan l-istil lilkom ilkoll.

Għeżież ħuti, intikom l-isbaħ xewqat għal Milied Qaddis.  Huma xewqat li ngħaddi wkoll lit-tfal u liż-żgħażagħ, lill-familjari tagħkom, lill-anzjani li jgħixu magħkom, speċjalment l-għeżież tagħkom li huma morda.  Ħuti, niftħu qlubna għall-ferħ: il-Mulej ġej fostna!  Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd!  U, jekk jogħġobkom, itolbu għalija.  Grazzi!

Miġjub għall-Malti mit-taljan minn Joe Huber