Inħarsu, nipproteġu u niddefendu l-ħajja

Kontra l-kultura tal-iskart u l-mewt.

 ABORTION IN MALTA? NOT IN MY NAME (2)

 

Wara l-kummenti pożittivi li kellna dwar l-aħħar kitba li wassaltilkom permezz tal-laikos, ħassejtni tassew imħajjar li gġal darb’oħra inkompli nikteb dwar l-istess suġġett. Kien hemm  reazzjonijiet differenti: kemm dawk li nsejjħulhom pożittivi – favur, għax jaqblu ma’ dak li nkunu stqarrejna f’dan li ktibna, kif ukoll reazzjoniiet negattivi – kontra, għax ikun hemm min ma qabilx għal kollox. Ninsabu f’pajjiż demokratiku u għalhekk filwaqt li ħadd m’għandhu d-dritt li jieħu l-liġi b’idejh u jagħmel li jrid, imma kulħaddd għandu d-dritt li jargumenta, jidddiskuti u juri l-opinjoni tiegħu fuq kull suġġett filwaqt li juri rispett lejn il-proċess tal-mod kif isiru l-liġijiet f’pajjiżna. 

U proprju f’dan il-kontribut li ser naqsam magħkom din id-darba nixtieq  nagħmel referenza għal wieħed mill-argumenti, forsi dak prinċipali,  li wħud mill-qarrejja ppreżentawli u wħud kellmuni dwarhom fejn qaluli ċar u tond li ma jaqblux. Ma kienux ħafna, tafhux!!! ... imma hemm qegħdin. U mill-ftit li hemm dawn jistgħu joktru maż-żmien. Ser nipprova li nkun daqstant qalbieni, ċar u dritt billli nikteb fuq dawk li wħud li  ma qablux magħna mhux biex nilgħaba tal-‘kuraġġjuż’ jew biex ‘nisfida’. Imma pjuttost għal kollox il-kuntrarju. Nixtieq nagħmel  dan għax nemmen li b’hekk inkun qed ‘nolqot il-musmar fuq rasu’ kif jgħid il-malti u anke għax nifhem li din hija l-aħjar sistema pedagoġika biex tgħallem u tevvanġelizza lil min għadu ma fehemx b’mod għal kollox ċar l-argument li qed nittrattaw: id-dritt għall-ħajjja b’referenza għall-abbort u l-ewtanasja. Inħosss li jkun ġieħ kbir għalina li bħala ‘laikos’ nkunu ta’ plataforma fil-kontribut siewi li tagħti fil-forum li qed jinħoloq, u anke jiħrax, fid-diskussjoni speċjalment b’referenza għall-abbort.

 

L-ABORT: HUWA DRITT TAL-MARA LI TAGĦŻEL?

Dan huwa wieħed mill-argumenti li nisimgħuh mhux biss f’Malta imma wkoll f’dawk il-pajjiżi kollha fejn hemm moviment qawwi favur l-abort. L-argument tagħhom, hekk kif huma jsejjħulhu ‘pro choice’ huwa mibni fuq id-dritt li xiħadd qed jagħti lill-persuna li saret omm li toqtol lit-tarbija f’ġufha.  Il-mistoqsija toħroġ weħedha:

 

‘MIN QED JAGĦTI D-DRITT LIL MARA TQILA B’TARBIJA F’ĠUFHA LI TIEĦU DEĊIŻJONI U TWETTAQ ABORT?’

Fl-ispazju li għandi ser nilllimita lili nnifsi nikteb minn erba’ fatturi (fost tant oħrajn)  li nħosss li huma erba’ protagonisti fit-twelid u l-ħajja ta’ tarbija ġdida:

 

Ø  Alla?

Żgur li le – dan narawh ċar fl-istess Kelma tiegħu mifruxa fil-Kotba Mqaddsa.

·        “U Alla ħalaq il-bniedem fuq ix-xbihietu, raġel u mara ħalaqhom. U berikhom Alla u qalilhom: ‘Nisslu u oktru, u imlew l-art, u aħkmuha...’” (Ġen 1, 27-28).

·        “Qabel ma sawwartek fil-ġuf, għaraftek, qabel ħriġt minn ħdan ommmok ikkonsagrajtejk.” (Ġer 1,5: ara wkoll Ġob 10, 8-12; Salm 22, 10-11).

·        “Ma kienx moħbi għadmi minnek meta kont qiegħed insir fis-satra u nintiseġ fil-qigħan tal-art.” Salm 139, 15).

·        Għandna r-4 Kmandament mogħti minn Alla lil Mosè: “La toqtolx” (Eżodu 20, 13).

 

Ø  In-natura?

Lanqas, għax nafu kemm wieħed mill-għanijiet li għalih ġie maħluq u mibni l-istesss ġisem tal-mara huwa l-fertilità, sintendi matura u fi żmiennha. Dan jgħodd mhux bisss għall-bniedem imma wkoll għall-ħolqien kollu ta’ mawdarna.

 

Ø  Il-liġijiet li kull pajjiż għandu d-dritt li jagħmel?

Iva u le. Iva għax kull pajjiż, kull paralament elett b’mod demokratiku għandu kull setgħa li jagħmel liġijiet. Pero, hawnhekk tidħol il-‘le’ għax mhux kull liġi li tgħaddi mill-parlament bilfors hija ġusta, tħares il-veru dritt u d-dinjità tal-persuna u tmur skont il-liġi naturali li hemm minquxa fil-qalb ta’ kull bniedem. Mhux kull liġi li tgħadddi mill-parlament tħares, l-ewwel u qabel kollox, il-ġid komuni tal-bniedem fis-soċjetà. F’dan il-każ il-parlament ikun qed imur lil hemm u ‘l fuq mis-setgħat li tagħtih l-istesss liġi ta’ Alla.  Il-fatt li realtà fiha nfisha ħażina (fil-każ tagħna l-abort) iġġib il-maġġuranza tal-voti fil-parlament favur tagħha, qattt ma tista ssir tajba. Jista’ parlament jiddekriminalizza liġi, imma qattt minn ħażina jagħmilha tajba.

Fil-każ tagħna l-parlament ikun jista’ joħroġ jiftaħar li qed jogħġob u jikkuntenta lil mara li temmen fid-dritt tal-abort imma żgur ikun qed jabbuża mill-liġi tal-ġustizzja fil-ħarsien tat-tarbija fil-ġuf, tat-tarbija bla leħen, tat-tarbija li mhix sempliċi gozz ċelluli jew featus imma persuna. Mhux kull liġi li toħroġ mill-parlament u tiġi ffirmata mill-President tar-Repubbbblika ta’ Malta ifisser li issa dak li kien ħażin sar tajjeb u għalhekk tista’ tagħmlu bla ma tidħol fil-moralità tad-dnub. Quddiem Alla d-dnub jibqa’ dnub.  Għalhekk id-dritt għall-ħajja ta’ kull individwu bla ħtija, huwa dritt li ma jista’ qatt jiġi fix-xejn. Huwa element kostituttiv tas-soċjetà ċivili u tal-liġijiet tagħha.

 

Ø  Il-mara li ħarġet tqila b’tarbija f’ġufha?

Lanqas din. Din issa m’għandha l-ebda dritt sabiex tagħmel li trid b’bint u b’iben ġufha. Kull persuna, fil-każ tagħna l-mara li saret omm, hija mgħonnija bi drittijiet u dmirijiet. Ħasra li fis-soċjetà li qed ngħixu fiha, minħabba diversi fatturi egoistiċi, edonisti, materjalisti, finanzjarji, laxkezza ta’ valuri flimkien ma’ immaturità umana, psikoloġika, emozzjonali u wisq aktar spiritwali, il-bniedem qed jasal biex jiġġieled aktar għad-drtittijiet milli għad-dmirijiet. U meta nitkellmu mill-abort, dan huwa wieħed minnhom. Ma rridux, m’aħniex kapaċi jew ma rridux nerfgħu r-resposnsabiltà ta’ għemilna.

Kull mara li, bil-qawwa feminili u bid-doni tal-fertilità li Alla żejjinha bihom sa mill-bidu tal-ħolqien, tasal biex tnissel tarbija f’ġufha, dak l-embrijun għandu jitqies li hu persuna sħiħa. Għalhekk dik it-tarbija għandhu jkolllha mħarsa l-integrità tagħha, id-dritttijiet kolllha tagħha speċjalement dawk maqgħuda mall-ħajja bħala drittt fundamentali. L-omm u l-misssier li ġabu fid-dinja dik il-krejatura, flimkien u mgħejjuna mill-Istat, għandhom, sakemm hu posssibbli, jieħdu ħsieb is-saħħa sħiħa w integra tagħha bħal kull bniedem ieħor. 

 

INKOMPLU DARB’OĦRA

Żgur li ser ikolli nkompli nikteb dwar dan is-suġġett darb’oħra. Suġġett vast u wkoll urġenti li nittrattawh. Għalhekk min jixtieq jagħti xi suġġerimenti, proposti, opinjonijiet u tagħrif ieħor aħna lesti nilqgħuh. Nitilgħu lkoll kemm aħna fuq plataforma waħda, bħala Maltin u Għawdxin, sabiex dak li huwa verità nwassluh, niddefenduh u ngħaddduh lill-oħrajn.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem!

 

Minn Fr Philip Cutajar ofm cap