Il-Katina Dinjija

tar-Rużarju għall-Qdusija

tas-Saċerdoti

Il-Katina Dinjija ta' Rużarju għall-qdusija tas-saċerdoti li ser issir nhar il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù fit-23 ta’ Ġunju, 2017. Se jkun il-jum meta d-dinja kollha tinaqgħad għal darb’oħra, għat-tmin sena, bis-sehem ta’ aktar santwarji minn qatt qabel, f’dik li issa hi magħrufa bħala inizjattiva ta’ tifsir kbir u ta’ qawwa devozzjonali fi ħdan il-Knisja Kattolika biex tagħti għarfien u tbierek il-ħidma tas-saċerdoti li jaqdu lil-fidili madwar id-dinja kollha.

Il-poplu miġbur fkull wieħed mis-santwarji li se jieħdu sehem minn aktar minn 50 pajjiż, se jitlob misteri partikolari tar-Rużarju f’nofs siegħa partikolari tal-ġurnata fil-jum ta’ radd il-ħajr lil Alla għas-saċerdoti tagħna u biex b’ħerqa kbira tintalab il-protezzjoni u l-ħarsien mimli mħabba ta’ Sidtna Marija, Omm is-saċerdoti kollha, għal uliedha saċerdoti.  Ma’ nofsillejl tat-23 ta’ Ġunju, 2017, id-dinja kollha, sa dak il-ħin, tkun ingħaqdet ċirku wieħed f’talba għas-saċerdoti f’din il-Ġurnata ta’ Katina tar-Rużarju.

Kien il-kbir saċerdot Irlandiż Dun Patrick Peyton li qatt ma heda jgħid illi: ‘l-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien’.  Bħala membru tal-familja tal-Knisja, int mistieden/mistiedna biex nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju, 2017 tgħaqqad it-talb tiegħek mat-talb ta’ miljuni oħra minn madwar id-dinja.

Hi opportunità għalina biex nerfgħu qlubna lejn Alla għas-saċerdoti kollha fil-qadi tal-ministeru tagħhom; ħalli jkunu mberkin permezz tat-talb tagħna, bil-grazzja t’Alla għas-saċerdozju tagħhom; sabiex f’din il-komunjoni dinjija ta’ talb għalihom, huma jġarrbu l-gratitudni u l-appoġġ tagħna; u fl-aħħar sabiex huma jipperseveraw fl-għaqda ma’ Kristu u mal-Knisja tiegħu u jmexxu l-merħla tal-Mulej lejn il-mergħat kollhom ħdura tas-Saltna tiegħu.

Jien kuntent ħafna li qed nagħti sapport u nirrikmanda bil-qawwa din l-inizjattiva tal-Katina Dinjija tar-Rużarju.  Jiena nemmen li għandha potenzjal kbir u għandha ġġib ħafna benefiċċji spiritwali lil kull min se jieħu sehem.

Miġjub għall-Malti mill-Ingliż minn Joe Huber