ID-DJAKONAT
PERMANENTI F'MALTA
"Wasal
iż-żmien ħalli fid-Djoċesi tagħna
jibdew jiġu ordnati d-Djakni
Permanenti."
Waqt l-Assemblea Djoċesana tal-10 ta’
Ottubru 2014, Monsinjur Arċisqof
Pawlu Cremona OP ħabbar id-deċiżjoni
tiegħu li l-Knisja f’Malta jkollha
l-Ministeri Lajkali u Djakonat Permanenti.
Segwi filmati tad-diskors ta’
Monsinjur Arċisqof, kif ukoll dak ta’
Fr Mark Sultana li tkellem dwar
il-Ministeri Lajkali u dak ta’ Fr
Hector Scerri li tkellem dwar id-Djakonat
Permaenti.

Minkejja li l-ministeru tad-djakonu
fil-Knisja kien fost l-ewwel li kien
stabilit, madonkollu fil-punent dan
il-ministeru kien baqa’ biss bħala
l-aħħar tarġa qabel ma wieħed ikun
ordnat saċerdot. Fis-sena 1964,
permezz tal-Kostituzzjoni Dommatika
“Lumen Gentium”, li titratta dwar
il-Knisja, il-Konċilju Vatikan II
irrestawra d-djakonat bħala grad
propju u permanenti tal-ġerarkija,
iżda ħalla f’idejn il-Konferenzi
Episkopali territorjali li
jiddeċiedu jekk id-djakni permanenti
għanhomx ikunu istitwiti fid-djoċesijiet
tagħhom.
Kompli aqra u tista' wkoll
tl-kummenti tiegħek ...>
L-Arċisqof
Pawlu
Cremona dwar
id-Djakni
Permanenti
f'Malta

“Minn din
is-sena se
nibdew
proċess.
Hemm grupp
li għandhom
ċertu
esperjenza,
u dawn
jibdew
jagħmlu din
ir-riflessjoni,
jagħtuni
rapport huma,
imbagħad fuq
hekk nara
ftit minn
dak ir-rapport
dak li
naħseb li hu
tajjeb u dak
li naħseb li
mhux tajjeb.”
Din id-dikjarazzjoni
dwar it-twaqqif
tad-Djakonat
Permanenti
f’Malta,
għamilha
Monsinjur
Arċisqof
Pawlu
Cremona waqt
intervista
li kellu fuq
l-istazzjon
RTK.
Kompli aqra
l-intervista
u tista
wkoll
tiktbilna
x'taħseb
...>
Xi
lajċi xtaqu
jsiru Djakni
Permanenti

Iċ-Ċentru Djoċesan
għall-Vokazzjonijiet, kellu grupp ta’
xi ħmistax-il-raġel li kienu mħajjra
jsiru djakni permanenti, iżda
f’Malta qatt ma kellna djakonat
permanenti. Fl-istess waqt nafu li
f’Malta hawn ħafna saċerdoti
djoċesana, kif ukoll għandna
reliġjużi, irġiel u nisa kif ukoll
bosta lajċi li jistgħu jgħinu
f’ħidma pastorali.
Hekk kien kiteb Dun
Frans Bonnici f’The Sunday Times
tas-27 ta’ Novembru 2005. Huwa kien
għamel bosta snin bħala Direttur
Djoċesan għall-Vokazzjonijiet. Illum
huwa jaħdem fil-Kongregazzjoni
għall-Edukazzjoni Kattolika, f’Ruma.
Kompli aqra l-artiklu ta’ Dun Frans
Bonnici. …>
|
KITBIET RELATATI OĦRA
Sacrum Diaconatus Ordinem,
General Norms for Restoring the
Permanent Diaconate in the Latin
Church, Motu Proprio of Pope Paul
VI, 18 June 1967. ...>
Il Diaconato Permanente, Identita',
Funzione e Prospettive, Mons.
Roberto Gonzalez Nieves OFM,
Arcivescovo di San Juan de Puerto
Rico, 19 febbraio 2000. ...>
Basic norms for the formation of
Permanent Deacons, Congregation
of Catholic Education, Vatican, 22
February 1998. ...>
Rapporto tra Presbiteri e Diaconi
Permanenti, Mons Vincenzo
Apicella, Vescovo Ausiliare, Roma, 1
giugno 1999. ...>
A National Study on the Permanent
Diaconate of the Catholic Church in
the United States 1994-1995, by
the Committee on the Permanent
Diaconate, National Conference of
Catholic Bishops. ...>
Learning about the Permanent Deacon,
Conclusions drawn from the
1994-1995 Permanent Diaconate Study,
United States Catholic Conference of
Bishops. ...>
Restoring the Permanent Diaconate:
Practical Questions to be
addressed in the Irish Context, Fr
Kevin Doran, National Co-ordinator
for Vocations, 6 May 2003. ...>
|