Int Ġużeppi ħares b’id ħanina

Lil poplu tagħna jitlob is-serħan.

Għallmu li Alla dejjem jaħseb fina,

Dejjem iroddlu lura il-fejqan.

 

Fakkar Missier li Alla jrid jaħfrilna,

Sikket kull rabja, ħeġġeġ lill-ħerqan,

Warrab kull għawġ li donnu jħebb għalina,

Sawwab il-għaqda, wirt poplu ferħan.

 

Int taf tajjeb id-dmugħ li jrid jifnina,

U fraħt fil-għożża ta’ Ġesù dakħan.

Tħabatt biex tħares lil min ried jifdina:

Għinna biex Kelmtu ma narmuhiex b’duħħan.

 

Għaxqa ta’ ġensna Int, ħlewwa ta’ qalbna:

Għax Int Ġużeppi dlonk tisma’ lil talbna.

 

X

Charles J. Scicluna

      Arċisqof ta' Malta