Laikos

 

ADSUMUS DOMINE

Ninsabu hawn Mulej

Fil-bidu tal-kull sessjoni tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II (1962- 1965), l-Isqfijiet miġbura kien jitolbu flimkien din it-talba lill-Ispirtu s-Santu.  L-isem tat-talba, Adsumus Domine, huwa meħud mill-ewwel żewġ kelmiet tat-talba bil-Latin u jfisser, Ninsabu hawn Mulej. It-talba li tmur lura bosta sekli u li kienet tintuza f’bosta konċilji u sinodi aktarx inkibet minn San Isidor ta’ Sevilja (c 560 – 4 April 636 AD)

Din ta’ hawn taħt hija addattament għas-Sinodu tal-Isqfijiet mit-Talba oriġinali użata fil-Konċilju Vatikan II.

 

IT-TALBA ADSUMUS DOMINE

Ninsabu hawn quddiemek, o Spirtu s-Santu,

waqt li ninġabru lkoll f’ismek.

 

Kun int biss li tmexxina,

ejja oqgħod fi qlubna bħal f’darek;

għallimna t-triq li jeħtieġ nimxu fiha

u wrina kif għandna nimxuha.

 

Aħna dgħajfa u midinbin;

tħalliniex inġibu t-taħwid.

Tħallix li l-injoranza teħodna fit-triq żbaljata,

lanqas li l-preferenzi tagħna jinfluwenzawna f’dak li nagħmlu.

 

Agħmel li nsibu fik l-għaqda tagħna

            hekk li nimxu flimkien lejn il-ħajja ta’ dejjem

            u ma nitbiegħdu qatt mit-triq tal-verità

            u minn dak li hu sewwa.

 

Dan kollu nitolbuh lilek

            li taħdem dejjem u kullimkien,

            fl-għaqda mal-Missier u mal-Iben,

            għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.