www. laikos.org      |        email       |                                                                                                                                       Segretarjat għal-Lajċi - Malta

Mill-Mesaġġ ta’

Mons. Arċisqof Pawl Cremona OP

 

Il-kelma “viżta” tfisser li wieħed iżur xi post, xi imkien...  Il-kelma “pastorali” ġejja minn kelma “pastor” li tfisser “ragħaj”.  Għalhekk il-Viżta Pastorali tiegħi hija parti importanti mill-missjoni tiegħi bħala Isqof – Ragħaj ta’ din id-djoċesi.

Il-mudell huwa ta’ Sidna Ġesù Kristu li huwa r-Ragħaj it-Tajjeb, li jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu.

Iċ-ċentru ta’ din il-viżta huwa kull wieħed u waħda li jagħmlu parroċċa, mill-kappillan, għas-saċerdoti u r-reliġjużi, għall-insara kollha.  Jiena se nagħti dan il-ħin tiegħi, biex bl-għajnuna tal-Mulej inwettaqkom fil-ħajja tal-Fidi.

 “Jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi u n-ngħaġ tiegħi jagħrfu lili.”  It-tmexxija tar-Ragħaj hija dak li jsir jaf lil kull wieħed u waħda personalment.

 Ir-Ragħaj it-Tajjeb jeħtieġ li jiġbor lin-“ngħag oħra li mhumiex minn dan il-maqjel”.  Qalbi se tkun ukoll lejn dawk li tbiegħdu mill-Knisja.  Jekk ma nkunx nista’ nilħaqhom jien, irrid inħeġġeġ lilkom biex tieħdu ħsiebhom intom.  Il-Mulej jixtieq ħafna li jara l-merħla għażiża tiegħu waħda u bla firdiet.

 Nitlobkom biex tingħaqdu miegħi fit-talb ħalli joħroġ il-ġid minn din il-Viżta Pastorali.

 Nibgħat fuqkom il-Barka tiegħi.

  Pawlu Cremona, OP

PROGRAMM TAL-VIŻTI PASTORALI MATUL    

 

 

 

 

 

 

 

Ħ’ATTARD

ĦAL BALZAN VALLETTA S. DUMINKU