|
Il-Lajkat Nisrani qabel u wara l-Konċilju Vatikan II
Il-kelma lajk ġejja mill-Kelma Griega “laos” li tfisser poplu. Fil-kitba tal-ewwel żmenijiet insara nsibu wżata ħafna l-espressjoni “laos theou” – il-poplu t’Alla, espressjoni li kienet tirreferi għall-komunita tal-Knisja u mat-tifsira pożittiva li kellha kienu jintużaw espressjonijiet bħal : il-magħżula, il-qaddisin, id-dixxipli.
Klement ta’ Ruma
Kien f’ittra li Klement ta’ Ruma bagħat lill-Korintin li l-kelma “laikos” ġiet użata biex tiddiskrivi n-nies komuni u tifridhom minn dawk li kienu f’pożizzjoni uffiċjali.
Fit-tieni seklu meta l-Knisja beda jkollha struttura ġerarkika aktar organizzata, il-lajċi bdew ikunu meqjusa inferjuri għall-kleru.
Fir-raba’ seklu meta l-istrutturi tal-Knisja bdew isiru jixbhu aktar lil dawk tas-soċjeta ta’ dak iż-żmien ( ma ninsewx ir-rabta kbira li kien hemm bejn il-Knisja u l-Istat) , is-subordinazzjoni tal-lajċi saret parti mill-ħajja tal-Knisja; kien hemm min jikkmanda u kien hemm min jobdi.
Meta spiċċaw il-persekuzzjonijiet, l-ewwel insara, kemm lajċi kif ukoll kleru, komplew jagħtu x-xkieda tagħhom mhux aktar bħala martri, imma bħala eremiti: il-ħajja monastika saret mudell ta’ qdusija. U l-lajċi li ġa kienu meqjusa bħala “sekonda klassi”, issa waqgħu għat-tielet post għax kienu jiġu wara l-kleru u wara l-monaċi.
L-inferjorita u l-passivita tal-lajċi kompliet fis-sekli li ġew wara; tista’ tgħid li din is-sitwazzjoni baqgħet sal-Konċilju Vatikan II. Nies ta’ ċertu eta' jiftakru li l-ħajja tal-lajk fil-Knisja kienet aktar dik ta’ spettatur.
▪ Il-Bibbja ma kienetx f’idejn il-lajċi, dan kien ktieb jgħodd biss għal idejn dawk li kienu jistudjaw biex isiru sacerdoti.
▪ Il-liturġija: huma biżżejjed certi espressjonijiet li ħadu l-gheruq li juruk x’kienet tl-quddiesa: sejra nisma’ l-Quddiesa
Chiara Lubich
Iżda minkejja dan kollu ma tistax ma tarax kif l-Ispirtu s-Santu jaħdem fil-Knisja; ġa minn snin sew qabel il-Konċilju donnu beda jipprepara t-triq. Niftakar kemm kont milquta mill-istorja ta’ Chiara Lubich, il-fundatriċi tal-Moviment tral-Fokolori li beda fi Trento fl-1943. Dak iż-żmien il-post tal-lajk fil-Knisja ġa kien limitat ħafna, u aktar u aktar il-post tral-mara fil-Knisja. Iżda Alla ta kariżma lil din il-mara, mhux għaliha imma għall-Knisja kollha u hi waqqfet moviment li minnu ħarġet spiritwalita’ ta’ komunjoni ufih nies ta’ kull eta u minn kull qasam tal-hajja, inklużi sacerdoti jagħmlu mixja flimkien lejn Alla.
San Ġorġ Preca
U l-istess nistgħu ngħidu għall-Qaddis San Ġorġ Preca, li waqqaf is-Soċjeta tal-MUSEUM, fejn wieħed jista’ mhux biss jara s-sehem sħiħ tal-lajk fil-missjoni tal-Knisja imma wkoll it-tweġiba ghas-sejħa tal-qdusija.
Il-Konċilju Vatikan II
Il-Konċilju Vatikan II kien ġrajja li ġabet magħha attaġġament ġdid: attaġġament ta’ apertura, ta’ solidarjeta, ta’ kondiviżjoni …… u dan jidher anki fid-dokument Apostolicam Actuositatem.
Dan id-Dokument tal-Konċilju fih daħla u sitt kapitli
Daħla
▪ Tidher il-ħtieġa tas-sehem tal-lajċi fil-missjoni tal-Knisja
▪ Iż-żmenijet jitolbu appostolat aktar wiesgħa -
▪ Il-Knisja ma tistax tkun preżenti mingħajr il-ħidma tal-lajċi
▪ Ħidma tal-Ispirtu s-Santu li qed jagħmel il-lajċi aktar konxji tar-responsabbilta tagħhom
Kap 1 – il-vokazzjoni tal-lajċi għall-appostolat
▪ Għax inti nisrani mela int imsejjaħ biex tagħti s-sehem tiegħek fil-missjoni tal-Knisja
▪ Il-lajk għandu sehem mill-uffiċċju saċerdotali, profetiku u rjali ta’ Kristu – li jingħata fil-magħmudija u jissaħħaħ fil-Griżma
▪ Il-frott tal-ħidma tal-lajk jiddependi mill-għaqda vitali tiegħu ma’ Kristu
Kap II – l-iskopijiet tal-appostolat tal-lajċi
▪ Is-salvazzjoni tal-bnedmi u t-tiġdid tal-ordni temporali
▪ Evanġelizzazzjoni u qdusija
▪ Kristu ġie biex jibni saltna ta’ mħabba: għalhekk il-lajċi għandu jagħtuimportanzi lil dawk il-ħidmiet kollha li jibnu din is-saltna ta’ mħabba fid-dinja.
Kap III – l-Oqsma differenti tal-appostolat
▪ Sehem attiv fil-ħajja tal-knisja: sens ta’ djoċesi, ħidma fil-parroċċa
▪ Sehem fil-familja li hi l-ewwel ċelluli vitali ats-soċjeta
▪ Sehem taż-żgħażagħ
▪ L-appostolat fil-qasam soċjali – dan hu appostolat li ma jeskludi lil ħadd
▪ L-appostolat fl-ordni nazzjonali u internazzjonali – l-koperazzjoni ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba li qed jagħtu s-sehem tagħhom biex iġibu ’l quddiem il-ġid komuni, dak kollu li hu veru, li hu gust.
Kap IV – Għamliet differenti ta’ appostolat
▪ L-appostolat individwali
▪ L-appostolat individwali f’ċirkustanzi partikulari – fejn il-Knisja hi mfixkla b’mod gravi
▪ L-importanza tal-appostolat organizzat – evanġelizzazzjoni u l-qdusija tal-bniedem
Kap V – l-ordni li għandu jkun imħares fl-appostolat
▪ L-istima u r-rispett rċiproku
▪ Ir-relazzjoni mal-ġerarkija: fiduċja, - korresponsabbilta u kollaborazzjoni
Kap Vi – il-formazzjoni għall-appostolat
▪ Formazzjoni, anki speċifika u partikulari
▪ Membri attivi tas-soċjeta li jgħixu fiha
▪ Jgħixu l-fidi tagħhom
▪ Xhieda ħajja tal-Knisja li jagħmluha preżenti u attiva fid-dinja fejn jgħixu
▪ Jitkellem ukoll dwar min jagħti din il-formazzjoni li trid tibda mill-familja, u hi waħda li ma tieqafx
▪ Iffurmati għad-djalogu; il-prinċipji soċjali tad-duttrina soċjali tal-knisja; xhieda permezz ta’ ħidmiet ma’ min hu fil-bżonn.
Fl-1986, il-KDAL u l-KDZ organizzaw Kungress i bi thejjija għas-Sinodu dwar il-Lajċi li kellu jsir is-sena ta’ wara. It-tema ta’ dan il-Kungress kienet: “Is-sejħa tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja”. Xi ftit punti mill-ktejjeb dwar dan il-Kungress:
Messaġġ tal-Kardinal Pironio:
▪ Nisimgħu n-nies li niltaqgħu magħhom
▪ Naqraw b’mod ġdid is-sinjali taż-żmenijiet
▪ Il-kuraġġ li jkunu preżenti fid-dinja
▪ Fedelta lejn Kristu
Diskors ta’ Profs Dun Gorg Grima
Introduzzjoni
▪ Qabel ma niddistingwu bejn lajk u qassis – il-Knisja hija magħmula minn dawk li tgħammdu u jemmnu fi Kristu
▪ L-importanza mhux biss taS-SEJĦA imma wkoll tal-missjoni
L-Iżvilupp wara Vatikan II - L-espansjoni tal-appostolat kollettiv li tirrifletti ruħha;
▪ Fil-forom tal-appostolat: mat-tfal, maż-żgħażagħ, mal-familji, eċċ
▪ Fil-korsijiet imfasslin prinċipalment għal-lajċi
▪ Fl-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-Knisja fuq livell djoċesan u parrokkjali
Id-diffikultajiet li nħolqu
▪ It-tensjoni li xi drabi tinħoloq bejn il-kappillan u l-lajċi li jkunu jaħdmu fid-diversi entitajiet
▪ Ċerta distanza bejn il-kappillan u l-għaqdiet fil-parroċċi
▪ Diffikultajiet li l-għerq ewlieni tagħhom tinsab f’teoloġija żbaljata tal-Knisja: jisħaq li l-imgħammdin kollha huma msejħin biex flimkien jibnu l-Ġisem Mistiku ta’ Kristu li hu l-Knisja: u allura il-korresponsabbilta u l-kolloborazzjoni: komunita tinbena bis-sehem li l-membri tagħha jagħtu għall-iżvilupp ta’ xulxin u tal-komunita kollha kemm hi.
▪ is-superfiċjaliżmu li jiġi mill-preżunzjoni żejda
▪ l-idea tal-parteċipazzjoni daħlet, iżda xi drabi tinnota li din għadha dgħajfa.
Viżjoni ġdida tal-lajk fil-Knisja u fid-Dinja.
▪ Parteċipazzjoni tal-lajċi fix-xandir u t-tagħlim tal-Evanġelju
▪ Il-parteċipazzjoni fil-liturġija – azzjoni tal-poplu t’Alla
▪ Il-parteċipazzjoni fit-tmexxija – l-importanza tad-djalogu
▪ Sehem attiv fil-bini tal-komunita
▪ Il-preżenza attiva tal-Knisja fid-dinja.
Fid-diversi workshops li saru matul il-Kungress ġew diskussi dawn it-temi:
▪ Iż-żgħażagħ u l-parroċċa ; Iż-żgħażagħ u l-għaqdiet/grupp; Iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni nisranija;Iż-żgħażagħ u x-xogħol; Iż-żgħażagħ u l-ħin liberu/divertiment, Iż-żgħażagħ u l-Impenn soċjali; Iż-żgħażagħ u l-Knisja,
▪ L-Għaqdiet; l-għaqdiet fil-parroċċi; il-post tal-għaqdiet fid-djoċesi, l-għaqdiet u l-polz tal-Knisja, l-impenn tal-membri; l-għaqdiet u l-poplu Malti; il-membru tal-appostolat.. bniedem ta’ talb u sagrifiċċju, l-għaqdiet u l-kleru/ ▪ reliġjużi.
▪ In-Nisrani u l-kultura; in-nisrani u x-xogħol; in-nisrani u l-familja, in-nisrani u l-ħin liberu, in-nisrani u l-edukazzjoni, in-nisrani u l-mass media, in-nisrani u l-parroċċa.
Fl-evalwazzjoni kritika dwar il-Kungress,
Br. Domnic Rosso FSC, fost affarijiet oħra kien qal: “Ħassejna arja friska” u fil-waqt li kkummenta dwar il-preżenza ta’ tant żgħażagħ wissa: “Ma nħallux l-ilma joqgħod: ilma qiegħed jintenn u żgur li ma jaqta’ għatx lil ħadd”.
Fid-diskors tal-għeluq
L-Eċċ. Tiegħu Mons.Ġużeppi Mercieca fakkar dwar l-importanza kbira tal-ħidma tal-lajċi fil-Knisja u fis-soċjeta ċivili u ħeġġeġ biex inħarsu ‘l quddiem “għax hu Alla li jmexxi l-istorja tal-bniedem”.
Is-Sinodu dwar il-Lajċi sar f’Ruma mill-1 sat-30 ta’ Ottubru 1987
Preżenti: Fost il-parteċipanti kien hemm 60 lajċi minn 44 pajjiż mill-ħames kontinenti; 28 minn dawn kienu nisa. Għalkemm dawn ma kellhomx id-dritt tal-vot, imam kollha ħadu sehem fid-diskussjonijiet li saru fiċ-circuli minors u 17 minnhom (10 nisa u 7 rġiel) indirizzaw l-Assemblea Sinodali. Kellhom intervent ta’ 20 minuta, meta l-Padri Sinodali kellhom jitkellmu biss għal 6 minuti.
Fl-omelija li għamel fil-Quddiesa tal-għeluq , il-Papa Ġwanni Pawlu II kien semma l-importanza tal-preżenza tal-lajċi fis-Sinodu u qal li din l-esperjenza kellha tkun mudell għall-ġejjieni.
Ara aktar riżorsi dwar il-Lajkat nisrani ⇨
Noti miġbura minn Vivienne Attard