Uħud mill-Isqfijiet fis-Sinodu.
Jidher fosthom l-Isqof Mario Grech ⇪
Il-Messaġġ
Finali
mis-Sinodu
tal-Isqfijiet
Il-Knisja hi dak l-ispazju li
Kristu offra fl-istorja biex nistgħu
niltaqgħu miegħu. Hu fdalha l-Kelma tiegħu,
il-Magħmudija li tagħmilna wlied Alla,
il-Ġisem u d-Demm tiegħu, il-grazzja
tal-maħfra tad-dnubiet, fuq kollox
fis-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Fdalha l-esperjenza ta’
komunjoni li hi mera ta’
l-istess misteru tat-Trinità Qaddisa,
il-qawwa ta’
l-Ispirtu li toħloq
l-imħabba lejn kulħadd.
Jeħtieġ niffurmaw
komunitajiet akkoljenti, fejn dawk kollha li
jħossuhom imwarrba jsibu d-dar tagħhom,
esperjenzi konkreti ta’
komunjoni, li, bil-qawwa mħeġġa ta’
l-imħabba ....
Aqra l-messaġġ kollu
bil-Malti ⇨
Ara dokumentarju dwar dan
il-Messaġġ
Finali
⇨
Jiktbilna mis-Sinodu l-Isqof
Mario Grech
Belt
tal-Vatikan, Tnejn, 15 Ottubru 2012
– Meta l-262 isqof miġbura fis-Sinodu daħlu fit-tieni ġimgħa ta’
laqgħat tagħhom dwar l-Evanġelizzazzjoni Ġdida għat-Tixrid tal-Fidi
Nisranija, qed nippublikaw komunikati li rċevejna minn
għand l-Isqof ta’ Għawdex, l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech,
li qed jieħu sehem f’dan is-Sinodu f’isem il-Konferenza Episkopali
Maltija. F’dan il-komunikat hemm xi siltiet mill-interventi li saru
waqt is-Sinodu.
B'dan is-servizz
nixtiequ ngħinu biex il-Knisja f’Malta jkollha idea ta’ dak li qed
ikun diskuss mill-Isqfijiet waqt il-laqgħat ġenerali. Hekk mhux
biss nħossu aħna wkoll il-polz tal-Knisja universali, imma nkunu
nistgħu nkomplu nakkumpanjaw lil dawn il-mexxejja tal-Knisja bit-talb
tagħna.
L-Isqof Mario Grech se għamel l-intervent tiegħu
It-Tlieta 16 ta' Ottubru 2012 fl-10.0 0am.
Ara d-diskors kollu tal-Isqof
Mario Grech ⇨
Komunikat
⇨ Nru
01…
⇨
Nru 02... ⇨ Nru
03...
⇨
Nru 04... ⇨ Nru
05...
Komunikat
⇨
Nru 06...
⇨
Nru 07...
⇨
Nru 08...
⇨
Nru 09... ⇨ Nru
10...
Komunikat
⇨
Nru 11...
Nevanġelizzaw
il-Familji Feruti
Vatikan,Tlieta 16
Ottubru 2012 -
Dalgħodu l-Isqof
Mario Grech, waqt li
ndirizza lil madwar
260 isqof miġbura
flimkien mal-Papa
Benedettu XVI għall-Assemblea
Ġenerali tas-Sinodu
tal-Isqfijiet dwar
l-Evanġelizzazzjoni,
tkellem dwar
il-ħtieġa urġenti
li l-Knisja
tevanġelizza
lill-familji feruti,
li uħud minnhom
jħossu t-tagħlim
tal-Maġisteru bħal
mażra ma’ għonqhom u
piż fuq qalbhom.
Aqra d-diskors kollu
⇨
Rapport fis-Sinodu
fil-Vatican Insider
⇨
Tsunami ta' Sekulariżmu
Belt
tal-Vatikan, Tnejn, 8 Ottubru 2012
– “Mill-Konċilju Vatikan II ‘l hawn, tsunami ta’ sekulariżmu għadda
minn fuq id-dinja tal-punent u kines jew kaxkar miegħu il-valuri u
istituzzjonijiet tradizzjonali, inkluż iż-żwieġ, il-familja, l-ordni
morali, il-kunċetti oġġettivi ta’ tajjeb u ħażin u tal-ġid komuni.”
Dan qalu l-Kardinal Donald Wuerl, Arċisqof ta’
Washington, fl-indirizz tiegħu bħala Rapporteur Ġenerali waqt l-ewwel
sessjoni tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Dan kollu ġab miegħu “tnaqqis drammatiku fil-prattika
tal-fidi fost dawk li kienu diġà mgħammdin.” Il-Kardinal Amerikan
qal li l-għerq kien ġej mit-taqlib tas-snin 70 u 80, li matulhom,
f’diversi livelli ta’ l-edukazzjoni kien manifestat faqar kbir
fil-katekeżi.
F’konferenza stampa li ta aktar tard, il-Kardinal
Wuerl qal li s-Sinodu jrid jara kif il-Knisja tista’ tevanġelizza
mill-ġdid lil dawk li tilfu l-fidi u twassal l-evanġelju lil dawk li
qatt ma waslitilhom l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesù Kristu. Din hija li
tfisser evanġelizzazzjoni ġdida.
Dokumenti u
Tagħrif dwar is-Sinodu 2012
Informazzjoni Sinodali
⇨
Lineamenta,
L-Evanġelizzazzjoni
Ġdida
għat-Tixrid
tal-Fidi Nisranija ⇨
Instrumentum Laboris,
L-Evanġelizzazzjoni
Ġdida
għat-Tixrid
tal-Fidi Nisranija ⇨ |