FTUĦ TAS-SENA TAL-FIDI F’MALTA
Rabat, 11 Ottubru 2012:
l-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa laqgħa ta’ talb għall-kleru fil-ftuħ
tas-Sena tal-Fidi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat.
Ghal din l-okkazjoni kien hemm preżenti n-Nunzju Appostoliku, l-E.T.
Mons. Tommaso Caputo, l-Arċisqof Emeritus, Mons. Ġuzeppi Mercieca u
l-Isqof Awżiljarju-elett, Mons. Charles J. Scicluna. Matul din
iċ-ċelebrazzjoni, b’mod simboliku, l-Arċisqof xegħel id-dawl
tal-fidi mill-lampier li jinsab fil-grotta ta’ San Pawl, u li
jirrapreżenta l-wasla tal-fidi f’Malta. Wara li saret ċelebrazzjoni
tal-Kelma t’ Alla, l-Arċisqof ippreżenta lil kull kappillan musbieħ
li inxtegħel mill-lampier tal-grotta. Dan il-musbieħ se ittieħed
fil-parroċċi biex ifakkar fir-realta’ tad-dawl tal-fidi.
Ara
aktar tagħrif
dwar is-Sena tal-Fidi …>
Fotografu:-
Photocity Valletta
  
  
|
|