L-EVANĠELJU SKONT SAN LUQA

Kap 1 - Qabel it-twelid ta’ Ġesù.

Kap 2 - It-twelid u l-infanzja ta’ Ġesù.

Kap 3 - Ġwanni l-Battista, il-Magħmudija ta’ Ġesù, u l-antenati tiegħu.

Kap 4 - Tiġrib fid-deżert, bidu tal-ministeru, niesu ma jilqgħuhx, mirakli u predikazzjoni.

Kap 5 - L-ewwel dixxipli, xi mirakli u Ġesù jitkellem dwar is-sawm.

Kap 6 - Id-dixxipli jaqtgħu s-sbul nhar ta' Sibt, Ġesù jagħżel it-tnax u jwettaq aktar mirakli u jkompli jgħallem.

Kap 7 - Iċ-ċenturjun, l-armla ta’ Najn, messaġiera m’għand il-Battista, u Ġesù għand Xmun il-Fariżew.

Kap 8 - In-nisa twajba, parabboli, isikket it-tempesta u aktar mirakli fosthom bint Ġajru mqajjma mill-mewt.

Kap 9 - Il-missjoni tat-Tnax, Erodi mħasseb, tkattir tal-ħobż, il-fidi ta’ Pietru, Trasfigurazzjoni, mirakli, u tagħlim, u s-Samaritani ma jilqgħux lil Ġesù.

Kap 10 - Missjoni tad-dixxipli, Samaritan it-tajjeb, Marta u Marija.

Kap 11 - Tagħlim ta’ Ġesù dwar it-talb u dwar ħwejjeġ oħra.

Kap 12 - Ġesù jkompli jgħallem lill-poplu.

Kap 13 - Tagħlim dwar l-iniema, mirakli u parabboli.

Kap 14 - Fejqan is-Sibt u aktar parabboli.

Kap 15 - Parabboli tan-nagħġa mitlufa, drakma mitlufa u iben il-ħali.

Kap 16 - Parabboli tal-amminstrattur il-Liġi l-qadima u l-ġdida, Parabbola tal-għani u Lazzru.

Kap 17 - Twissijiet ta’ Ġesù, fejqan tal-għaxar lebbrużi u l-miġja tas-Saltna ta’ Alla.

Kap 18 - Ġesù jkompli jgħallem u jfejjaq.

Kap 19 - Żakkew, parabbola tal-miniet, daħla f’Ġerusalemm u t-Tempju.

Kap 20 - Il-Lhud jistaqsu dwar is-setgħa ta’ Ġesù, parabbola tal-għalqa tal-bdiewa, Ġesù faccat mill-Fariżej u s-Sadduċej.

Kap 21 - L-offerta tal-armla, tbassir dwar il-qerda tat-Tempju u ta’ Ġerusalemm, il-miġja ta’ Bin il-bniedem u s-siġra tat-tin.

Kap 22 - Ftehim kontra Ġesù, l-ikla tal-Għid u l-Ewkaristija, l-aħħar tagħlim, it-tradiment ta’ Ġuda, arrest ta’ Ġesù, u ċ-ċaħda ta’ Pietru.

Kap 23 - Ġesù quddiem Pilatu u quddiem Erodi, kundannat għall-mewt, msallab, il-mewt u d-difna.

Kap 24 - Qawmien ta’ Ġesù, jidher lid-dixxipli u tlugħ ta’ Ġesù fis-sema.

 

Ħajr liċ-channel BIBBJAMALTI ta’ dan ix-xogħol.