Il-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

 

Qari I

Isma’, o Iżrael: Ħobb lill-Mulej b’qalbek kollha.

Dewt 6:2-6

 

Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju

 

Mosè kellem lill-poplu u qal: “Ibża’ mill-Mulej, Alla tiegħek, billi int, ibnek u bin ibnek, tħarsu dejjem il-liġijiet u l-kmandamenti kollha tiegħu, li jien qiegħed nagħtik, biex ikollok għomor twil.

 

Isma’, o Iżrael, u ħu ħsieb agħmilhom, biex ikollok il-ġid u toktor ħafna, bħalma wiegħed il-Mulej, Alla ta’ missirijietek, li jagħtik art tnixxi ħalib u għasel.

 

Isma’, o Iżrael: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu. Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha. Żomm f’qalbek dan il-kliem u dawn il-kmandamenti li qiegħed nagħtik illum”.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Salm Responsorjali

Salm 17:2-3a,3bċ-4,47,51ab

 

R/.(2): Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi!

 

Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi!

Il-Mulej blata tiegħi,

fortizza u ħellies tiegħi! R/.

 

Alla tiegħi, sur tal-kenn tiegħi u tarka tiegħi,

qawwa tas-salvazzjoni tiegħi u kenn tiegħi!

Insejjaħ il-Mulej, li hu ta’ min ifaħħru,

u nkun meħlus mill-għedewwa tiegħi. R/.

 

Ħaj il-Mulej! Imbierek hu, il-blata tiegħi!

Ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi!

Hu jkabbar ir-rebħ lis-sultan tiegħu,

juri mħabbtu mal-midluk tiegħu. R/.

 

Qari II

Ġesù għandu saċerdozju li ma jintemm qatt.

Lhud 7:23-28

 

Qari mill-Ittra lil-Lhud

 

Ħuti, dawk tal-imgħoddi kienu jsiru qassisin f’għadd kbir, għax minħabba fil-mewt ma kinux jistgħu jibqgħu għal dejjem. Imma Ġesù, billi jibqagħal dejjem, għandu saċerdozju li ma jintemm qatt. Għalhekk ukoll huwa jistajsalva għalkolloxil dawk li bih jersqu lejn Alla, ladarba hu jibqagħal dejjem ħaj biex jidħol għalihom.

 

Dan hu, tabilħaqq, il-qassis il-kbir li kien jgħodd għalina: qaddis, innoċenti, safi, maqtugħ mill-midinbin, merfugħil fuq mis-smewwiet; li ma għandux bżonn, bħall-qassisin il-kbar l-oħra, joffri kuljum is-sagrifiċċju, l-ewwel għad-dnubiet tiegħu stess, imbagħad għad-dnubiet tal-poplu. Dan hu għamlu darba għal dejjem, meta offra lilu nnifsu.

 

Għax il-Liġi tqiegħed bħala qassisin il-kbar bnedmin li huma dgħajfa; iżda l-kelma tal-ġurament, li ġiet wara l-Liġi, tqiegħed Iben, li ġie magħmul perfett għal dejjem.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Ġw 14:23

 

Hallelujah. R/. Hallelujah.

Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, jgħid Ġesù,

u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu.

R/. Hallelujah.

 

Evanġelju

Il-kmandament tal-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu.

Mk 12:28b-34

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

 

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh:Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: IsmaIżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek. Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn”.

 

Qallu l-kittieb: “Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem; għandek raġun tgħid li wieħed hemm, u li ma hemmx ieħor ħliefu. Iva, li tħobb lilu b’qalbek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha, u li tħobb lil għajrek bħalek innifsek, huwa aqwa minn kull sagrifiċċju tal-ħruq u mis-sagrifiċċji kollha”.

 

Ġesù, meta rah kemm kien wieġeb bil-għaqal, qallu: “M’intix il bogħod mis-Saltna ta’ Alla”. U ħadd ma kellu l-ħila jistaqsih iżjed.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Tifħir lilek, Kristu.