Is-Sbatax-il Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sibt

 

Qari I

Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġagħal li kellu.

Lev 25, 1. 8-17

 

Qari mill-Ktieb tal-Levitiku

 

Il-Mulej kellem lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj u qallu: “Imbagħad tgħodd sebagimgħat ta’ snin, sebasnin għal sebadarbiet, li jġibu disgħa u erbgħin sena. U ddoqq it-tromba fl-għaxra tas-sebaxahar, f’jum l-espjazzjoni, u ssemmgħu t-trombi ma’ artkom kollha.

 

Tqaddsu intom il-ħamsin sena u tniedu l-ħelsien fl-art lil kull min jgħammar fiha. Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġagħal li kellu u għal ma’ niesu.

 

Tkun għalikom il-ħamsin sena, is-sena tal-ġublew; la tiżirgħu u lanqas taħsdu milli tnibbet l-art, u anqas tiġbru l-għeneb mid-dwieli bla żbir. Għax hu żmien il-ġublew, żmien li għandkom tqaddsu, u tieklu mir-rabadak li trodd l-art.

 

F’din is-sena tal-ġublew kulħadd jerġalura għal li kellu. Meta tbigħ lil għajrek, jew tixtri mingħandu, tagħfsux lil xulxin. Skont l-għadd tas-snin mill-aħħar ġublew tixtri mingħand għajrek, skont is-snin tal-għadd tal-uċuħ tar-rabatiegħek ibegħlek. Aktar ma jkun fadal snin, aktar iżżid fil-ħlas; u inqas ma jkun fadal snin, inqas tħallas, għax għadd ta’ wċuħ ikun qiegħed ibegħlek.

 

La tagħfsux wieħed lil ieħor, u ibżgħu minn Alla tagħkom, għax jien il-Mulej Alla tagħkom”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 66 (67), 2-3.5.7-8

 

R/. (4): Ifaħħruk il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha

 

Iħenn għalina Alla, u jberikna;

idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!

Biex jingħarfu fuq l-art triqatek,

fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek. R/.

 

Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ,

għax trieġi l-popli bis-sewwa,

u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom. R/.

 

L-art tat il-frott tagħha;

iberikna Alla, Alla tagħna!

Iberikna Alla, u tibżaminnu

l-art kollha minn tarf għall-ieħor! R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Mt 5, 10

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa,

għax tagħhom hija s-Saltna tas- Smewwiet.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Erodi bagħat jaqtaras Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

Mt 14, 1-12

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

 

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka samabil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!.

 

Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!. Ried kieku joqtlu, imma kien jibża min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta.

 

Mela wasal jum li fih Erodi għalaq sninu, u bint Erodja ħarġet fin-nofs tiżfen, u għoġbot lil Erodi; għalhekk wegħedha taħt ġurament li jagħtiha kulma titolbu. U hi, mogħwija minn ommha, qaltlu: “Agħtini issa stess ras Ġwanni l-Battista fuq platt”.

 

Is-sultan tnikket, iżda minħabba l-ġurament li ħa u l-mistednin tiegħu ordna li tingħatalha. U bagħat jaqtaras Ġwanni fil-ħabs. U ġiebu rasu fuq platt u tawha lit-tfajla, u din ħaditha lil ommha.

 

Imbagħad id-dixxipli tiegħu ġew, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh, u marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu.