Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari I
Jiena nqajmilhom
profeta u nqiegħed kliemi fuq fommu.
Dewt 18, 15-20
Qari mill-Ktieb
tad-Dewteronomju
Mosè kellem
lill-poplu u qal: “Il-Mulej, Alla tiegħek,
iqajjimlek profeta bħali
minn ġensek, minn fost ħutek;
lilu għandkom tisimgħu. Dan kollu
skont ma tlabt inti stess lill-Mulej, Alla tiegħek, fil-Ħoreb f’jum il-laqgħa,
meta għedt: żJalla
ma nismax aktar leħen il-Mulej, Alla tiegħi,
u ma narax aktar dan in-nar iħeġġeġ, ħalli ma mmutx’.U l-Mulej qalli:
‘Sewwa għamlu li tkellmu.
Jiena nqajmilhom profeta bħalek,
minn fost ħuthom; inqiegħed kliemi fuq fommu,
u jħabbrilhom kull ma nordnalu.
Min ma jagħtix widen għal
kliemi li huwa
jħabbar f’ismi, jiena nitolbu kont
talli jkun naqas. U jekk xi profeta jfettillu
jgħid f’ismi ħwejjeġ li ma nkunx qabbadtu jgħid, jew inkella jħabbar
f’isem allat oħra, dan il-profeta jkun ħaqqu l-mewt’”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu
ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 94 (95),
1-2.6-7.8-9
R/. (8): Mhux li kontu llum
tisimgħu leħen
il-Mulej.
La twebbsux
qalbkom
Ejjew, ħa
nfaħħru bl-hena
l-Mulej,
ħa ngħajtu
bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu
b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’għajjat
ta’ ferħ. R/.
Ejjew inqimuh
u ninxteħtu quddiemu,
għarkupptejna quddiem
il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla
tagħna,
u aħna
l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu. R/.
Mhux li kontu
llum tisimgħu leħnu!
“La twebbsux
qalbkom bħal f’Meriba,
bħal dakinhar
f’Massa, fid-deżert,
meta ġarrbuni
u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw dak li jien għamilt”. R/.
Qari II
Ikunu ħsibijietna
fil-ħwejjeġ tal-Mulej.
1 Kor 7, 32-35
Qari mill-Ewwel
Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin
Ħuti, iva,
jiena rridkom bla ħsibijiet. Ir-raġel mhux miżżewweġ, ħsiebu fil-ħwejjeġ
tal-Mulej, jiġifieri,
kif jogħġob lill-Mulej.
Min hu miżżewweġ, ħsiebu
fil-ħwejjeġ tad-dinja,
jiġifieri, kif jogħġob
lil martu, u hu mifrud
fih innifsu!
Hekk ukoll
il-mara mhix miżżewġa
u x-xebba ħsiebhom
fil-ħwejjeġ tal-Mulej, jiġifieri,
biex ikunu qaddisa f’ġisimhom u f’ruħhom. Iżda l-mara miżżewġa
ħsiebha fil-ħwejjeġ
tad-dinja, jiġifieri,
kif togħġob lil żewġha.
Dan qiegħed
ngħidhulkom għall-ġid
tagħkom, mhux biex inxekkilkom, iżda
għall-ġid tagħkom
u biex tgħixu marbutin mal-Mulej bla tixrid ta’ moħħ.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu
ħajr lil Alla
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Mat 4, 16
Hallelujah. R/. Hallelujah
Il-poplu
li kien qiegħed fid-dlam
ra dawl
kbir;
dawk li kienu
f’art u dell il-mewt
idda dawl
għalihom.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Kien jgħallimhom
bħal wieħed li għandu s-setgħa.
Mk 1, 21-28
Qari mill-Evanġelju
skont San Mark
F’dak iż-żmien,
Ġesù u d-dixxipli tiegħu daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt,
daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod
tat-tagħlim tiegħu,
għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu
s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.
Mela jkun
hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad
jgħajjat u jgħid:
“Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt
biex teqridna? Jien naf min int: Il-Qaddis ta’ Alla!”.
Imma Ġesù
kkmandah: “Iskot! Oħroġ minnu!” Imbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel
beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.
U lkoll
stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin
u jgħidu: “Dan x’inhu? X’tagħlim ġdid
mogħti bis-setgħa!
Sa lill-ispirti ħżiena
jikkmanda, u huma joqogħdu
għalih?” U l-fama tiegħu malajr xterdet mal-inħawi kollha tal-Galilija.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir
lilek Kristu