Is-Sitta u Għoxrin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Il-Ħamis

 

Qari I

Esdra fetaħ il-Ktieb tal-Liġi u bierek il-Mulej, u l-poplu kollu wieġeb: Ammen, Ammen!

Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12

 

Qari mill-Ktieb ta’ Neħemija

 

F’dak iż-żmien, il-poplu kollu nġabar flimkien fil-misraħ ta’ quddiem Bieb l-Ilma, u talbu lil Esdra l-iskriba biex iġib il-Ktieb tal-Liġi ta’ Mosč li l-Mulej kien ta lil Iżrael. Kien l-ewwel tas-sebaxahar mela, u Esdra l-qassis ġieb il-Liġi quddiem il-ġemgħa, li kienet magħmula minn irġiel, nisa u oħrajn, li kienu jifhmu dak li jisimgħu.

 

U mis-sebħ sa nofsinhar qara minnu quddiem l-irġiel, in-nisa, u dawk li kienu kapaċi jifhmu, iħares lejn il-misraħ li hemm quddiem Bieb l-Ilma. U l-poplu kollu kien attent jisma’ l-qari tal-Ktieb tal-Liġi.

 

Esdra l-iskriba kien wieqaf fuq palk tal-injam, li kienu waqqfu għall-okkażjoni. Esdra fetaħ il-Ktieb u rah kulħadd jagħmel dan billi kien fil-għoli ’l fuq mill-poplu kollu. U meta fetaħ il-ktieb kulħadd qam bilwieqfa. U Esdra bierek il-Mulej, Alla l-kbir, u l-poplu kollu b’idejh merfugħinil fuq wieġeb: “Ammen, ammen”. U nxteħtu għarkupptejhom b’wiċċhom mal-art jagħtu qima lill-Mulej.

 

Il-Leviti, qagħdu jgħallmu l-Liġi lill-poplu, u l-poplu baqawieqaf fejn kien. Dawn qraw mill-Ktieb tal-Liġi b’mod li jiftiehem, fissruh, u spjegaw il-qari.

 

Imbagħad Neħemija, li kien il-gvernatur, Esdra, il-qassis u skriba, u l-Leviti li kienu qegħdin jgħallmu lill-poplu, qalu lin-nies kollha: “Dan hu jum qaddis, ikkonsagrat lill-Mulej Alla tagħkom. Titnikktux u tibkux!” Għax il-poplu kollu kien infexx jibki meta samakliem il-Liġi.

 

U żiedu jgħidulhom: “Morru u kulu laħam imsemmen u ixorbu nbid ħelu, u lil dak li ma ħejjewlu xejn ibagħtulu sehem minn dak li għandkom. Dan hu jum qaddis għall-Mulej. La ssewdux qalbkom, għax il-ferħ tal-Mulej il-qawwa tagħkom”. U l-Leviti komplew iqawwu qalb il-poplu u jgħidulu: “Isktu! Dan hu jum qaddis. La ssewdux qalbkom”. Imbagħad il-poplu kollu telaq biex jiekol u jixrob, u jibgħat jaqsam ma’ ħaddieħor, u biex jagħmel festa b’ferħ kbir, għax kien fehem dak kollu li kienu għallmuh.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 18 (19), 8.9.10.11

 

R/. (9a): Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb

 

Il-liġi tal-Mulej perfetta,

u tagħti l-ħajja;

ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,

u tgħallem lil min ma jafx. R/.

 

Il-preċetti tal-Mulej dritti,

u jferrħu l-qalb;

il-kmandament tal-Mulej safi,

u jdawwal l-għajnejn. R/.

 

Il-biżatal-Mulej sinċier,

u jibqagħal dejjem;

il-ġudizzji tal-Mulej sewwa,

u mseddqa għalkollox. R/.

 

Egħżeż mid-deheb,

mid-deheb l-aktar fin,

oħla mill-għasel

u mill-qtar tax-xehda. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Mk 1, 15

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Is-Saltna ta’ Alla waslet;

indmu u emmnu fl-Evanġelju

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu.

Lq 10, 1-12

 

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

 

F’dak iż-żmien, 1il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.

 

Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu: “Is-sliem lil din id-dar!. U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġalura għandkom. Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra. F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; fejqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom: “Is-Saltna ta’ Alla waslitilkom”. Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu fil-pjazez tagħha u għidu: “Sa t-trab ta’ beltkom infarfru minn ma’ riġlejna, u nħalluh għalikom. Imma kunu afu dan: is-Saltna ta’ Alla waslet”. Ngħidilkom li dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma milli għal dik il-belt”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu