Ir-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Il-Ġimgħa
Qari I
Il-wegħda li Alla
kien għamel temmha għalina billi qajjem lil
Ġesù mill-imwiet.
Atti 13, 26-33
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, huwa u jitkellem fis-sinagoga ta’ Antjokja ta’ Pisidja, Pawlu
qal: “Ħuti,
ulied Abraham, u intom
mill-ġnus li tibżgħu minn
Alla, lilna bagħatha Alla l-aħbar ta’ din is-salvazzjoni. In-nies
ta’ Ġerusalemm u l-kapijiet
tagħhom ma għarfux
lil Ġesù, u anqas
ma fehmu kliem il-profeti li jinqraw kull nhar ta’ Sibt; madankollu temmewhom huma stess billi kkundannawh għall-mewt.
Għalkemm ma sabux fuqiex setgħu jagħtuh il-mewt, talbu
lil Pilatu biex ineħħilu ħajtu.
U meta temmew
dak kollu li kien miktub fuqu,
niżżluh mis-salib u qegħduh
f’qabar. Imma Alla qajmu mill-imwiet. Għal ħafna
jiem
baqa’ jidher lil dawk li kienu
jitilgħu miegħu
mill-Galilija lejn Ġerusalemm,
u li issa huma xhieda tiegħu quddiem il-poplu. U għalhekk
aħna qegħdin hawn, biex nagħtukom
l-aħbar, li l-wegħda, li Alla kien għamel
lil missirijietna, temmha għalina, li aħna
wliedhom, billi qajjem lil Ġesù
mill-imwiet, kif hemm miktub fit-tieni
salm: “Ibni int, jien illum
nissiltek”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 2, 6-7.8-9.10-11
R/. (7): Ibni int, jien illum
nissiltek
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
“Jien għamiltu s-sultan tiegħi,
fuq
Sijon, l-għolja mqaddsa tiegħi”.
Irrid
inxandar id-digriet tal-Mulej;
hu
qalli: “Ibni int, jien illum
nissiltek. R/.
Itlobni,
u l-ġnus nagħtik b’wirtek,
u
truf l-art bi priża tiegħek.
B’virġa
tal-ħadid int tkissirhom,
bħal
ġarra tal-fuħħar
frak tagħmilhom”. R/.
U issa, slaten, ifhmu sewwa;
twiddbu,
intom li taħkmu l-art.
Aqdu
lill-Mulej bil-biża’,
u
bir-rogħda riġlejh
busu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 14, 6
Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena
hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej.
Ħadd
ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja.
Ġw 14, 1-6
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux
qalbkom titħawwad!
Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll.
Fid-dar ta’ Missieri hemm
ħafna postijiet. Li ma
kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer
inħejjilkom
fejn toqogħdu”? U meta
mmur u nħejjilkom
post, nerġa’ niġi
biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien,
tkunu intom ukoll.
U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha”. Tumas
qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?”. Wieġbu
Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità
u l-Ħajja. Ħadd
ma jmur
għand il-Missier jekk mhux permezz
tiegħi”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu