It-Tmien Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sibt

 

Qari I

Lil min tani l-għerf glorja nagħtih.

Sir 51, 17-27 (gr 12-20b)

 

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak

 

Irroddlok ħajr u nfaħħrek,

u nbierek l-isem tal-Mulej.

Meta kont għadni żagħżugħ, qabel ma bdejt nivvjaġġa,

fittixt l-għerf bid-dieher fit-talb tiegħi.

Quddiem it-tempju kont nitlob għalih,

u nibqanfittxu sal-aħħar.

Xħin tiżhar id-dielja sa ma ssajjar l-għeneb,

qalbi kienet tithenna bl-għerf.

Meddejt riġli f’mogħdija dritta,

minn żgħożiti kont insus warajh.

Tajtu ftit widen u ngħatali,

imma sibt għalija ħafna tagħlim.

Bih imxejtil quddiem;

lil min tani l-għerf glorja nagħtih.

Għax għandi f’moħħi li nġib ruħi bl-għerf,

u sirt ħerqan għat-tajjeb u ma jkollix għax nistħi.

Tħabatt ħafna biex nikseb l-għerf,

u ħarist il-Liġi bir-reqqa.

Irfajt idejja ’l fuq

u bkejt għax ma kontx nagħrfu.

Mexxejt lili nnifsi lejn l-għerf

imma sibtu fis-safa.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 18 (19), 8.9.10.11

 

R/. (9a): Il-preċetti tal-Mulej iferrħu l-qalb

 

Il-liġi tal-Mulej perfetta,

u tagħti l-ħajja;

ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,

u tgħallem lil min ma jafx. R/.

 

Il-preċetti tal-Mulej dritti,

u jferrħu l-qalb;

il-kmandament tal-Mulej safi,

u jdawwal l-għajnejn. R/.

 

Il-biżatal-Mulej sinċier,

u jibqagħal dejjem;

il-ġudizzji tal-Mulej sewwa,

u mseddqa għalkollox. R/.

 

Egħżeż mid-deheb,

mid-deheb l-aktar fin,

oħla mill-għasel

u mill-qtar tax-xehda. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

ara Kol 3, 16a.17ċ

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Il-kelma ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom;

kulma tagħmlu roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu?

Mk 11, 27-33

 

Qari mil-Evanġelju skont San Mark

 

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?. Ġesù qalilhom: Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien. Weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? Weġbuni”. Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu: “Jekk inweġbuh: “Mis-sema”, jgħidilna: “Mela għaliex ma emmintuhx?”. Mela ngħidulu: “Mill-bnedmin?””.

 

Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta. Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu: “Ma nafux”. U Ġesù qalilhom: “Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu