28 ta’ Ottubru
San Xmun u
San Ġuda, Appostli
Festa
Qari I
Efesin 2: 19-22
Qari mill-Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lill-Efesin
Ħuti: Ma għadkomx aktar barranin
u għorba, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar
ta’ Alla, mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti, fejn Kristu
Ġesù hu l-ġebla tax-xewka. Fih il-bini kollu, marbut sewwa, jitla’
f’tempju qaddis fil-Mulej; fih, intom ukoll, fl-Ispirtu, tinbnew flimkien f’dar
fejn jgħammar Alla.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 18: 2-5
R/. Mal-art kollha jasal leħinhom!
Is-smewwiet
ixandru l-glorja ta’ Alla,
għemil
idejh tħabbar il-firxa tas-sema.
Jum
lill-ieħor jagħti l-aħbar,
lejl
lill-ieħor iwassal it-tagħrif. R/.
Ma
hemmx aħbar u anqas kliem,
ma
hemmx leħen li ma jinstemax.
Mal-art
kollha jasal leħinhom,
mad-dinja
kollha jinxtered kliemhom. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
R/. Hallelujah.
Lilek,
o Alla, infaħħru: lilek bħala Mulej nistqarru.
Lilek
tfaħħar, Mulej, il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
R/. Hallelujah.
Evanġelju
Lq 6: 12-19
Qari mill-Evanġelju
skont San Luqa
Darba fost l-oħrajn,
Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda
l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli
tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li
semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew,
Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam
l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda
l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.
Imbagħad niżel
magħhom u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla
kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta
ta’ Tir u Sidon. Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard
tagħhom. Min kien imħabbat mill-ispirti ħżiena kien ifiq; u
l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa
li tfejjaq lil kulħadd.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.