Ir-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
L-Erbgħa
Qari I
Agħżluli malajr lil Barnaba u lil Sawl.
Atti 12, 24 – 13, 5a
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, il-kelma
ta’ Alla baqgħet tikber u toktor. Barnaba u Sawl,
wara li temmew il-ministeru tagħhom f’Ġerusalemm, reġgħu lura
u ħadu magħhom lil Ġwanni, li jgħidulu wkoll Marku.
Fil-Knisja ta’ Antjokja kien hemm
xi profeti u għalliema:
Barnaba, Xmun
li jgħidulu Niger, Luċju
minn Ċireni,
Manahen li kien trabba
ma’ Erodi t-tetrarka, u Sawl. Darba, waqt li kienu qegħdin iqimu lill-Mulej u jsumu, l-Ispirtu s-Santu qalilhom: “Agħżluli malajr lil Barnaba
u lil Sawl għax-xogħol li għalih
sejjaħtilhom”. Imbagħad, wara
li samu u talbu, qiegħdu jdejhom fuqhom u bagħtuhom. Għalhekk
huma, mibgħuta mill-Ispirtu s-Santu, niżlu Selewkja, u minn
hemm telqu bil-baħar għal Ċipru. Meta waslu Salamina, bdew ixandru
l-kelma ta’ Alla fis-sinagogi tal-Lhud.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 66 (67), 2-3.5.6 u 8
R/. (4): Ifaħħruk
il-popli, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Iħenn
għalina Alla, u jberikna;
idawwar
għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!
Biex
jingħarfu fuq l-art triqatek,
fost
il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek. R/.
Jithennew
il-ġnus u jgħannu
bil-ferħ,
għax
trieġi l-popli bis-sewwa,
u
l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom. R/.
Ifaħħruk
il-popli, o Alla,
ifaħħruk
il-popli kollha.
Iberikna
Alla, u tibża’ minnu
l-art
kollha minn tarf għall-ieħor! R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 8, 12
Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena
d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;
min
jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja.
Ġw 12, 44-50
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġesù
għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed
jemmen mhux fija imma f’min
bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed
jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex
kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam. Min
jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu,
għax
jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva
d-dinja.
Min imaqdar lili u ma jilqax kliemi, hemm min jagħmel ħaqq minnu:
il-kelma li jiena għedt; tkun
hi li tagħmel ħaqq
minnu
fl-aħħar
jum. Għax jien ma għedt xejn minn
moħħi, imma kien dak li bagħatni,
jiġifieri l-Missier,
li ordnali xi ngħid u nitkellem. U jiena naf
li l-ordni tiegħu hija l-ħajja ta’ dejjem. Dak li ngħid jien, ngħidu
kif
qalli l-Missier”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu