27 ta’ Diċembru
San Ġwann, Appostlu u Evanġelista
Festa
Qari I
1 Ġw 1: 1-4
Bidu tal-Ewwel Ittra ta’
San Ġwann Appostlu.
Għeżież:
Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li
lejh ħarisna u li messew idejna, jiġfieri l-kelma tal-ħajja, dan
sa nxandrulkom.
Għax
il-ħajja wriet ruħha u aħna rajnieha u qegħdin nixhdu
għaliha. Qegħdin inxandrulkom il-ħajja ta’ dejjem li kienet
għand il-Missier u li wriet ruħha lilna. Qegħdin inxandrulkom
dak li aħna rajna u smajna, biex intom tissieħbu magħna, u
l-għaqda tagħna tkun mal-Missier u ma’ Ibnu Ġesù Kristu. U
qegħdin niktbu dan biex il-hena tagħkom ikun sħiħ.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 96: 1-2.5-6.11-12
R/. Ifirħu, ġusti, fil-Mulej!
Il-Mulej
isaltan! Ħa tifraħ l-art,
ħa
jifirħu l-ħafna gżejjer!
Sħab
u dlam hemm madwaru,
is-sewwa
u l-ħaqq is-sisien tat-tron tiegħu. R/.
Bħax-xema’
jdubu l-muntanji quddiem il-Mulej,
quddiem
is-Sid tal-art kollha;
ixandru
s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu,
u
l-popli kollha jaraw is-sebħ tiegħu. R/.
Id-dawl
feġġ fuq il-ġust,
u
l-hena għal qalb in-nies sewwa.
Ifirħu,
ġusti, fil-Mulej,
u
faħħru l-isem qaddis tiegħu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
R/. Hallelujah.
Lilek,
o Alla, infaħħru. Lilek bħala Mulej nistqarru.
Lilek
tfaħħar, Mulej, il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
R/. Hallelujah.
Evanġelju
Ġw 20: 2-8
Qari mill-Evanġelju
skont San Ġwann.
Kien
l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu
d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata
mneħħija mill-qabar.
Għalhekk
telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor
il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u
ma nafux fejn qegħduh”. Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u
ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu
l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru, u laħaq qablu ħdejn
il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex tal-għażel mixħutin hemm, iżda
ma daħalx.
Imbagħad
wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex
tal-għażel mixħutin, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma
kienx mal-faxex, imma mgeżwer u mixħut għalih. Imbagħad
id-dixxiplu l-ieħor, li kien l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu
wkoll, ra, u emmen.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.