L-Erbgħa u Tletin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sibt

 

Qari I

Is-saltna u s-setgħa jingħataw lill-poplu tal-qaddisin ta’ Alla l-Għoli.

Dan 7, 15-27

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Danjel

 

Jien, Danjel, ħassejtni mnikket fija nnifsi fl-ispirtu, u d-dehriet ta’ moħħi ħawduni. Ersaqt lejn wieħed minn dawk li kienu hemm wieqfa, u staqsejtu fuq dan kollu biex inkun żgur. U hu kellimni u għarrafni xi tfisser din il-ħaġa: Dawn l-erbabhejjem kbar huma erbaslaten li għad jiġu fuq l-art. Imma s-saltna jirċevuha l-qaddisin ta’ Alla l-Għoli, u s-saltna tibqatagħhom għal dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem”.

 

Imbagħad ridt niżgura ruħi mir-rababhima li ma kinitx bħall-oħrajn, dik il-bhima tal-biża’, li kellha s-snien tal-ħadid, u d-dwiefer tal-bronż, u li kienet tiekol u tfarrak, u tgħaffeġ il-fdal taħt saqajha.

 

Ridt inkun naf fuq l-għaxart iqrun li kellha fuq rasha, u fuq il-qarn l-ieħor li nibet, u quddiemu nqalgħu minn għeruqhom tlieta mill-oħrajn, u kellu l-għajnejn u l-fomm jgħid ħafna kliem arroganti, u deher akbar mill-oħrajn.

 

Jiena u nħares, ġara li dak il-qarn għamel gwerra lill-qaddisin u għelibhom, sa ma ġie x-Xiħ fl-għomor u għamel il-ħaqq lill-qaddisin ta’ Alla l-Għoli, għax iż-żmien kien wasal; u l-qaddisin irċevew is-saltna.


Huwa qal: “Ir-rababhima tfisser ir-rabasaltna, li jkun hawn
fuq l-art, u li ma tkunx bħas-saltniet l-oħra; hija tiekol l-art kollha, tisħaqha u tgħaffiġha. L-għaxart iqrun ifissru li minn din is-saltna jqumu għaxar slaten; u mbagħad warajhom iqum ieħor li ma jkunx bħalhom, u jwaqqatliet slaten. Huwa jgħid kliem kontra Alla l-Għoli biex jifni lill-qaddisin tal-Għoli, u jkun irid ibiddel iż-żminijiet u l-liġi, u dawn jingħatawlu f’idejh għal żmien, żminijiet u nofs żmien.

 

Imbagħad il-Qorti toqgħod bilqiegħda, u s-setgħa tiegħu jeħduhielu, biex ineħħuh u jeqirduh u jtemmuh. Is-saltna u s-setgħa u l-kobor tas-saltniet ta’ taħt is-smewwiet kollha jingħataw lill-poplu tal-qaddisin ta’ Alla l-Għoli. Saltnatu saltna għal dejjem, u kull setgħa taqdih u tismaminnu”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Dan 3, 82.83.84.85.86.87

 

R/. (59b): Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

 

Bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej. R/.

 

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, qaddejja tal-Mulej, il-Mulej. R/.

 

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej.

Bierku, qaddisin u intom ta’ qalbkom umli, il-Mulej. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Lq 21, 36

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Ishru, u itolbu l-ħin kollu,

biex tkunu tifilħu tieqfu quddiem Bin il-bniedem.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Ishru, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.

Lq 21, 34-36

 

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

 

F’dak iż-żmien, Ġesů qal lid-dixxipli tiegħu: Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqabħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha.

 

Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu