It-Tmien Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Il-Ħamis

 

Qari I

B’sebħ il-Mulej hu mimli xogħlu.

Sir 42, 15-26 (gr. 15-25)

 

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak

 

Sa nfakkar issa l-għemejjel tal-Mulej,

u nitkellem fuq dak li rajt.

Bi kliem il-Mulej saru l-għemejjel tiegħu.

Ix-xemx iddawwal hi u tħares fuq kollox;

hekk b’sebħ il-Mulej hu mimli xogħlu.

Lanqas lill-qaddisin tiegħu ma ta l-Mulej is-setgħa,

li jgħoddu u jfissru għeġubijietu,

dak li għamel il-Mulej li jistakollox

biex il-ħolqien kollu jkun fis-sod fil-glorja tiegħu.

Jifli l-abbissi u qlub il-bnedmin,

u jagħraf it-triqat imwiegħra tagħhom,

għax Alla l-għoli jagħraf kulma jistajingħaraf,

u jħares lejn is-sinjali taż-żmien.

Iħabbar dak li għadda u dak li għad ikun,

u jikxef triqat il-ħwejjeġ mistura.

Ma jaħrablu l-ebda ħsieb,

u lanqas kelma waħda mhi moħbija minnu.

Qassam bl-ordni l-opri l-kbar ta’ għerfu,

u hu minn dejjem u għal dejjem.

Xejn ma jiżdiedlu u lanqas jitnaqqaslu,

u ma jeħtieġ il-parir ta’ ħadd.

X’għaxqa fihom l-għemejjel tiegħu kollha!

U minnhom ma tidhirx ħlief xrara!

Kollha jgħixu u jibqgħu għal dejjem,

kollha meħtieġa, u kollha jisimgħu minnu.

Kollox tnejn tnejn, wieħed il-maqlub tal-ieħor,

u m’għamel xejn bin-nieqes.

B’wieħed isaħħaħ it-tajjeb tal-ieħor,

u min se jixbajħares lejn sebħu?

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 32 (33), 2-3.4-5.6-7.8-9

 

R/. (6a): Bil-kelma tal-Mulej saru s-smewwiet

 

Faħħru l-Mulej bid-daqq taċ-ċetra;

għannulu fuq l-arpa b’għaxar kordi.

Għannulu għanja ġdida;

doqqulu bis-sengħa u b’leħen qawwi. R/.

 

Għax sewwa hi l-kelma tal-Mulej,

kollox bil-fedeltà huwa għamel.

Hu jħobb id-dritt u s-sewwa;

bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art. R/.

 

Bil-kelma tal-Mulej saru s-smewwiet,

u b’nifs fommu t-tiżjin kollu tagħhom.

Bħal f’ġarra l-ilmijiet ġabar,

u l-ibħra kbar fi mħażen. R/.

 

Ħa tibża’ mill-Mulej l-art kollha;

jitbeżżaminnu kull min jgħammar fid-dinja.

Għax hu tkellem, u hi saret;

hu ordna, u hi twaqqfet. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Ġw 8,12

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej:

min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Li nerġanara, Rabbuni!

Mk 10, 46-52

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

 

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!. Kien hemm ħafna li bdew jgħajtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!.

 

Ġesù waqaf u qal: “Sejħulu!” Huma sejħu l-agħma u qalulu: Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed isejjaħlek!. Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù. U Ġesù kellmu u qallu: “Xi tridni nagħmillek?”. “Li nerġanara, Rabbuni!” wieġbu l-agħma. Qallu Ġesù: “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek”. U minnufih raġabeda jara, u baqamiexi warajh fit-triq.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu