L-Ewwel Ġimgħa tar-Randan
Is-Sibt
Qari I
Tkun ġens ikkonsagrat lill-Mulej, Alla tiegħek.
Dewt 26, 16-19
Qari
mill-Ktieb tad-Dewteronomju
Mosè
kellem lill-poplu u qal: “Illum il-Mulej,
Alla tiegħek, qiegħed jordnalek li tagħmel dawn il-liġijiet
u dawn il-preċetti, u qis
li tagħmilhom
b’qalbek kollha u b’ruħek kollha. Int
ġegħelt lill-Mulej
jgħid li jkun Alla tiegħek, u li timxi fit-toroq tiegħu
u li tħares il-liġijiet
tiegħu u l-kmandamenti
u l-preċetti tiegħu, u tisma’
minn kliemu.
U l-Mulej ġiegħlek tagħti l-kelma llum li tkun
poplu maħtur tiegħu,
kif kien qallek, u li tħares l-ordnijiet kollha tiegħu biex hu jgħollik fuq il-ġnus kollha li għamel, fl-isem u fil-ġieħ, u tkun ġens ikkonsagrat
lill-Mulej, Alla tiegħek, kif kien wiegħdek”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 118 (119), 1-2.4-5.7-8
R/. (1b): Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
Henjin
dawk li triqthom bla ħtija,
li
jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Henjin
dawk li jħarsu l-preċetti tiegħu,
u
li jfittxuh b’qalbhom kollha. R/.
Int
tajt il-preċetti tiegħek,
biex
inħarsuhom bir-reqqa.
Ħa
jżomm sħiħ il-mixi tiegħi
fil-ħarsien tal-kmandamenti
tiegħek! R/.
Imbagħad
infaħħrek b’qalb safja.
Meta nitgħallem id-digrieti ġusti tiegħek.
Irrid
inħares il-kmandamenti
tiegħek;
la
tħallinix għalkollox!
R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
2 Kor 6, 2b
Glorja
u tifħir lilek, Kristu!
Issa
hu ż-żmien it-tajjeb;
issa
hu jum is-salvazzjoni!
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Kunu perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet.
Mt 5, 43-48
Qari
mill-Evanġelju skont
San Mattew
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb
lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom:
Ħobbu lill-għedewwa
tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom,
biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet;
għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq
it-tajbin, u jniżżel
ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex.
Għax
jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? Mhux il-pubblikani
wkoll jagħmluh dan? U jekk issellmu
lil ħutkom biss,
xi tkunu tagħmlu żejjed? Mhux il-pagani wkoll jagħmluh dan? Kunu
mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu