It-Tnax-il Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sibt

 

Qari I

Hemm xi ħaġa iebsa żżejjed għall-Mulej? Nerġaniġi għandek, u Sara jkollha iben.

Ġen 18, 1-15

 

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

 

F’dak iż-żmien, 1il-Mulej deher lil Abraham ħdejn il-ballut ta’ Mamri; u hu kien fil-bieb tal-għarix fl-aqwa tas-sħana tal-jum. U rafagħajnejh u ħares, u ra tlitt irġiel weqfin quddiemu; u malli rahom mar jiġri jilqagħhom mill-bieb tal-għarix u nxteħet wiċċu fl-art quddiemhom. U qal: “Sidi, jekk jien sibt ħniena f’għajnejk, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek. Ħa nġib ftit ilma u aħslu riġlejkom, u strieħu taħt is-siġra, sakemm inġibilkom gidma ħobż, biex titrejqu, imbagħad tibqgħu sejringħax għalhekk għaddejtu għand il-qaddej tagħkom”. U huma qalulu: “Tajjeb, agħmel kif għedt”.

 

U Abraham ħaffef lejn l-għarix, ħdejn Sara, u qalilha: “Fittex lesti tliet sigħan smid, agħġnu u agħmlu ftajjar”. U Abraham mar jiġri ħdejn il-baqar u ħa għoġol tari u sabiħ, u tah lill-qaddej; u dan fittex ilestih. U ħa l-baqta u l-ħalib u l-għoġol li kien lesta, u qegħedhom quddiemhom. U hu baqabilwieqfa quddiemhom taħt is-siġra, u huma bdew jieklu.

 

U staqsewh: “Fejn hi Sara, martek?”. U hu weġibhom: “Hemm fl-għarix”. U qallu: “Nerġaniġi għandek bħal dan iż-żmien sena, u ara, Sara martek ikollha iben”. U Sara kienet qiegħda tissammaminn bieb l-għarix, u hu kien warajh. Abraham u Sara kienu xjuħ imdaħħla fiż-żmien, u kienet waqfitilha l-imxija tan-nisa. U Sara daħket f’qalbha u qalet: “Wara li dbilt u sidi diġà xjieħ sa jkolli l-pjaċir!.

 

U l-Mulej qal lil Abraham: “Għala daħket Sara u qalet: “Tgħid minnu li sa niled, meta jien xjaħt?”. Hemm xi ħaġa iebsa żżejjed għall-Mulej? Bħal dan iż-żmien sena nerġaniġi għandek, u Sara jkollha iben”.

 

U Sara ċaħdet u qalet: “Ma dħaktx!” Għax beżgħet. U hu qalilha: “Le, dħakt żgur”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Lq 1, 46-47.48-49. 50 u 53.54-55

 

R/. (ara 54b): Il-Mulej ftakar fina fil-ħniena tiegħu

 

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,

u l-ispirtu tiegħi

jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi. R/.

 

Għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja.

Għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;

qaddis hu l-isem tiegħu. R/.

 

Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien

fuq dawk li jibżgħu minnu.

Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,

u l-għonja bagħathomil barra b’xejn. R/.

 

Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu,

għax ftakar fil-ħniena tiegħu,

bħalma wiegħed lil missirijietna,

b’riżq Abraham u nislu għal dejjem. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Mt 8, 17

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Kristu rafafuqu d-dgħufija tagħna,

u tgħabba bil-mard tagħna.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent u joqogħdu fuq il-mejda ma’ Abraham u ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb.

Mt 8, 5-17

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

 

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”. Qalluċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu: “Mur!”, u jmur; lil ieħor ngħidlu: “Ejja!”, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu: “Agħmel dan!”, u jagħmlu”. Ġesù baqa mistagħġeb meta samadan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din. Jiena ngħidilkom li għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent u joqogħdu fuq il-mejda ma’ Abraham u ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb fis-Saltna tas-Smewwiet, waqt li dawk li twieldu fis-Saltna jitkeċċewil barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien”.

 

Imbagħad Ġesù qal liċ-ċenturjun: “Mur, ħa jsirlek kif emmint”. U l-qaddej fieq dak il-ħin stess. Ġesù mar fid-dar ta’ Pietru, u ra li omm il-mara ta’ Pietru kienet mixħuta bid-deni. Messilha idha, u d-deni ħallieha; imbagħad qamet u bdiet isservih. Filgħaxija mbagħad ġabulu quddiemu bosta li kienu maħkuma mixxitan, u bil-kelma tiegħu keċċa l-ispirti, u fejjaq il-morda kollha. Biex hekk seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal: “Hu rafafuqu d-dgħufija tagħna, u tgħabba bil-mard tagħna”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu