Ir-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
It-Tnejn
Qari I
Alla lill-pagani
wkoll tahom l-indiema li twassal għall-ħajja!
Atti 11, 1-18
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, l-appostli
u l-aħwa li kienu fil-Lhudija semgħu li l-pagani
wkoll kienu laqgħu l-kelma ta’ Alla. Għalhekk, meta Pietru
tala’
Ġerusalemm, dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha
miegħu u jgħidulu:
“Inti dħalt għand
nies li ma għandhomx iċ-ċirkonċiżjoni
u kilt magħhom”.
Imbagħad
Pietru qabad ifissrilhom kollox ħaġa b’ħaġa u
qalilhom: “Jiena
kont qiegħed nitlob fil-belt ta’ Ġaffa, xħin kelli
dehra f’estasi; rajt
xi ħaġa nieżla
mis-sema, qisha liżar kbir miżmum mill-erbat itruf,
u wasal sa ħdejja. Bqajt inħares lejh sewwa, u rajt
bhejjem tal-art
b’erba’ saqajn, bhejjem selvaġġi, bhejjem li jitkaxkru, u għasafar
tal-ajru. U smajt leħen jgħidli: “Qum, Pietru, oqtol u kul”.
Imma
jiena għedt: “Ma jkun qatt, Mulej!
Għax qatt ma daħal ġo ħalqi
ikel
profan jew imniġġes!” Għal darba oħra l-leħen mis-sema qalli:
“Dak li Alla saffa, int
ma għndekx issejjaħu
mniġġes”. Dan ġara għal
tliet darbiet. Imbagħad kollox ittieħed mill-ġdid lejn is-sema.
Sewwasew
dak il-ħin, fid-dar fejn konna,
waslu tlitt irġiel, mibgħuta għandi
minn Ċesarija.
L-Ispirtu qalli biex immur magħhom
bla ma noqgħod
nitħasseb. Miegħi
ġew ukoll dawn is-sitt aħwa, u dħalna
fid-dar ta’ dak ir-raġel. Hu għarrafna kif kien ra l-anġlu
f’daru, wieqaf
quddiemu, u qallu: “Ibgħat lil xi ħadd iġib minn Ġaffa lil Xmun, li jgħidulu Pietru; u hu jgħidlek kliem li bih issalva,
int u
l-familja tiegħek kollha”. Kif bdejt nitkellem,
l-Ispirtu s-Santu niżel
fuqhom,
bħalma kien niżel fuqna fil-bidu. Ftakart imbagħad il-Kelma
tal-Mulej, meta qal: “Ġwanni għammed bl-ilma, iżda intom titgħammdu
bl-Ispirtu s-Santu”. Mela jekk Alla
tahom l-istess don kif
tah lilna meta emminna fil-Mulej Ġesù Kristu, jien x’jien biex
stajt
inżomm
lil Alla?”.
Meta semgħu dan il-kliem siktu,
u bdew jagħtu glorja lil Alla
u jgħidu:
“Mela Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal
għall-ħajja!”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4
R/. (ara
Salm 41 (42), 3a): Ruħi
għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Bħalma
għażżiela tixxennaq
għan-nixxigħat tal-ilma,
hekk
tixxennaq ruħi għalik, o Alla.
Ruħi
għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj;
meta
niġi u nara wiċċ Alla? R/.
Ibgħat
id-dawl tiegħek u s-sewwa tiegħek;
huma
jmexxuni;
iwassluni
sal-għolja mqaddsa tiegħek
u
sal-għerejjex tiegħek.
R/.
Nidħol
ħdejn l-artal ta’ Alla,
ħdejn
Alla, ferħ u hena tiegħi.
U rroddlok ħajr biċ-ċetra,
o
Alla, Alla tiegħi. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 10, 14
Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena
r-ragħaj it-tajjeb, jgħid il-Mulej;
jien
nagħraf in-nagħaġ
tiegħi, u n-nagħaġ
tiegħi jagħrfu lili.
R/. Hallelujah
Sena A:
Evanġelju
Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu.
Ġw 10, 11-18
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal: “Jiena
r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti
ħajtu għan-nagħaġ
tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ
mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej,
u jħalli n-nagħaġ
u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ.
Jiena
r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u
n-nagħaġ tiegħi
jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier;
u għan-nagħaġ tiegħi
nagħti ħajti. Għandi wkoll nagħaġ oħra,
li mhumiex minn
dan il-maqjel; lilhom ukoll jeħtieġ
li niġbor, u huma
jisimgħu leħni, u
jkun hemm merħla waħda, ragħaj wieħed. Għalhekk
iħobbni l-Missier, għax jien nagħti ħajti, biex nerġa’ neħodha.
Ħadd ma jeħodhieli,
iżda jien nagħtiha minn
rajja. Għandi setgħa
li nagħtiha, u għandi
s-setgħa li nerġa’
neħodha; din hi l-ordni li ħadt
mingħand Missieri”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Sena B u
Ċ:
Evanġelju
Il-bieb tan-nagħaġ
huwa jien.
Ġw 10, 1-10
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal: “Tassew
tassew ngħidilkom, min
ma jidħolx
fil-maqjel tan-nagħaġ
mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa
oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu
r-ragħaj tan-nagħaġ.
Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn
leħnu jisimgħu, u
hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom
u joħroġhom barra.
U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa
jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu.
Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu
minnu, għax
leħen barrani ma jafuhx”.
Din il-parabbola qalhielhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x’ried jgħidilhom
biha.
Għalhekk
Ġesù raġa’ qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-bieb
tan-nagħaġ huwa jien. Dawk kollha
li ġew sa
issa qabli huma ħallelin u briganti. Iżda n-nagħaġ lilhom ma semgħuhomx. Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd
jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva, u jidħol u joħroġ
u jsib fejn jirgħa. Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq
u joqtol
u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu