L-Ewwel Ġimgħa tar-Randan
Il-Ġimgħa
Qari I
Forsi jien togħġobni l-mewt tal-bniedem il-ħażin, mhux aktar jogħġobni li jerġa
lura minn
triqatu u jgħix?
Eżek 18, 21-28
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel
Dan jgħid Sidi l-Mulej: Jekk
il-bniedem ħażin jerġa lura minn ħtijietu kollha li jkun għamel, u jħares il-liġijiet kollha tiegħi u jagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja, hu jgħix u ma jmutx. Ebda dnub
milli jkun għamel
ma nfakkarlu; u hu jgħix minħabba fil-ġustizzja li jkun għamel.
Forsi jien togħġobni l-mewt tal-bniedem il-ħażin?
oraklu ta
Sidi l-Mulej mhux aktar jogħġobni
li jerġa lura minn triqatu
u jgħix?
Iżda
mbagħad forsi se jgħix il-bniedem ġust jekk jerġa lura mill-ġustizzja
tiegħu u jagħmel il-ħażen kollu li jagħmel il-bniedem il-ħażin?
Ebda wieħed mill-għemejjel tajba tiegħu ma nfakkarlu, u minħabba
l-qerq li jkun għamel u l-ħtija li fiha jkun waqa,
huwa jmut.
Intom
tgħidu: Mhijiex sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael:
Forsi l-imġiba tiegħi mhijiex sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom
li mhijiex sewwa? Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja
tiegħu u jagħmel il-ħażen, u jmut minħabba dan, minħabba
ħżunitu jkun miet. Imma jekk
il-midneb jerġa lura mid-dnub li jkun għamel,
u jagħmel il-ħaqq
u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu. Għax
ikun intebaħ u reġa lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa ħaj u ma jmutx.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8
R/. (3): Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, min jista jżomm sħiħ?
Minn
qiegħ l-art insejjaħlek,
Mulej:
isma,
Sidi, il-leħen tiegħi!
Ħa
jkunu widnejk miftuħa,
jiena
u nitolbok bil-ħniena.
R/.
Jekk
tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej,
Sidi,
min jista jżomm sħiħ?
Imma
għandek hemm il-maħfra,
biex
hekk inqimuk fil-biża tiegħek. R/.
Jien
lill-Mulej nistenna,
ruħi
fkelmtu tittama.
Tistenna
ruħi lil Sidi,
aktar
milli l-għassiesa s-sebħ. R/.
Aktar
milli l-għassiesa s-sebħ,
jistenna
Iżrael lill-Mulej!
Għax
għand il-Mulej hemm it-tieba,
u
l-fidwa għandu bil-kotra.
Hu li jifdi lil Iżrael minn ħtijietu
kollha. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Eżek 18, 31
Glorja
u tifħir lilek, Kristu!
Biegħdu
minnkom il-ħtijiet kollha li waqajtu fihom, jgħid il-Mulej,
u
ġeddu qalbkom u ruħkom.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Mur l-ewwel irranġa
ma ħuk.
Mt 5, 20-26
Qari
mill-Evanġelju skont
San Mattew
Fdak
iż-żmien, Ġes๙
qal lid-dixxipli tiegħu: Ngħidilkom
li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej,
ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.
Smajtu
xi ntqal lin-nies ta dari: La toqtolx. Mela jekk xi ħadd joqtol
ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla
għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh
jgħidlu: Ġifa, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu:
Iblah, ikun ħaqqu n-nar tal-infern.
Mela
jekk tkun qiegħed ittalla l-offerta tiegħek fuq l-altar u hemm tiftakar
li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk
quddiem l-altar u mur l-ewwel irranġa ma ħuk, u mbagħad
ejja talla l-offerta tiegħek. Lil min ikun
se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis
waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx
jagħtik fidejn l-imħallef,
u l-imħallef fidejn
l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs. Tassew ngħidlek,
minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast
l-aħħar tliet ħabbiet!
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu