It-Tmien Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
It-Tlieta
Qari I
Min iħares il-kmandamenti
jagħmel sagrifiċċju
tas-sliem.
Sir 35, 1-15 (gr.
1-12)
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak
Min iħares
il-Liġi jkun qed jagħmel kotra ta’ offerti,
min iħares il-kmandamenti jagħmel sagrifiċċju tas-sliem.
Min ipatti
l-ħniena għall-ħniena
jkun qed iressaq offerta tal-qmuħ
u min jagħmel karità jkun qed
joffri sagrifiċċju
ta’ tifħir.
Jogħġob lill-Mulej min iżomm ’il
bogħod mill-ħażen
u jħallas għal dnubietu min jibqa’ ’l bogħod mill-inġustizzja.
Tidhirx quddiem il-Mulej b’idek vojta;
dan kollu għandu jsir minħabba l-kmandament.
L-offerta
tal-ġust tikkonsagra
l-artal biż-żejt,
u l-fwieħa tagħha titla’ quddiem l-Għoli.
Is-sagrifiċċju
tal-ġust jilqgħu
l-Mulej,
u t-tifkira tiegħu ma tintesiex.
Agħti ġieħ lill-Mulej b’idejk miftuħa,
u toffrix bit-tqanċiċ mill-bikri.
Kull għotja
tiegħek agħtiha bil-ferħ,
u agħti l-għexur tiegħek bil-qalb.
Agħti lill-Għoli skont ma tak hu,
b’qalb kbira skont ma ssib f’idejk.
Għax il-Mulej irodd lura,
u jħallsek seba’ darbiet aktar.
Tippruvax ixxaħħmu għax ma jilqax dak li toffrilu,
u sserraħx rasek fuq sagrifiċċju
inġust,
għax il-Mulej hu mħallef, u ma jħarisx lejn l-uċuħ.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 49 (50), 5-6.7-8.14 u 23
R/. (23b): Lil min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla
“Iġimgħu ’l ħbiebi quddiemi,
li għamlu patt miegħi bis-sagrifiċċju”.
Iħabbru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu,
għaliex Alla nnifsu
jagħmel il-ħaqq.
R/.
“Isma’, poplu tiegħi, għax se nitkellem,
Iżrael, għax se nixhed kontrik!
Jiena Alla, Alla tiegħek!
Ma nċanfrekx
għas-sagrifiċċji tiegħek;
il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi. R/.
Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,
u rodd lill-Għoli
l-wegħdiet tiegħek.
Min iroddli
sagrifiċċju ta’ radd
il-ħajr, dan isebbaħni;
lil min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla”. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara
Mt 11, 25
Hallelujah. R/.
Hallelujah
Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art,
għax inti dawn il-ħwejjeġ
tas-Saltna wrejthom liċ-ċkejknin.
R/. Hallelujah
Evanġelju
F’din id-dinja stess tirċievu
għal mitt darba iktar, flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej.
Mk 10, 28-31
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù:
“Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”. Qallu Ġesù:
“Tassew ngħidilkom, li
fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil
ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom
jew lil uliedhom
jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa,
subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja
ta’ dejjem fiż-żmien li ġej. U ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar, u tal-aħħar
jiġu l-ewwel”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu